Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

M inistri tal- Gvern, u ta' madwarhom, qishom qegħdin fil-kju għall-prosit wara li tħabbar li Ta' Qali ser ikun estiż biex ikun l-ikbar spazju miftuħ f 'Malta. Park Nazzjonali, qalulna. Sal-ħin li qed nikteb għadu mhux ċar x'inhu propost eżattament, avolja l-fatt fih innifsu li l-ispazji miftuħa aċċessibbli għal kulħadd ser jiżdiedu hu pass pożittiv u li hu inkoraġġanti. Huwa biss biż-żmien li nistgħu nsiru nafu jekk din l-aħbar hix intenzjonata biex tostor azzjonijiet oħra, bħal, pereżempju, il-qerda ta' Villa Gollcher fil-Mosta. Ninsab infurmat li din il-possibilità, li Villa Gollcher tinqered u flokha jkun żviluppat xi ħaġa oħra, ġiet diskussa minn kandidat tal-Partit Laburista għall-Kunsill Lokali tal-Mosta waqt laqgħa b'attendenza miżera li saret għall-komunità tan-negozju fil-Mosta. Speċifikament issemmiet il-possibbilità li fuq sit li effettivament hu protett ikun ipprovdut parkeġġ għal 500 karozza! Villa Gollcher qiegħda fil-qalba urbana tal-Mosta b'kejl superfiċjali ta' madwar 13,000 metru kwadru. Il-parti l-kbira tas-sit hi okkupata minn ġnien mimli b'siġar taċ-ċitru. Villa Gollcher mhix skedata. Imma kont sorpriż meta identifikajt li hemm protezzjoni permezz tal- policy CG09 tal-pjan lokali għaċ-Ċentru ta' Malta li kien approvat fl-2006. Mhux normali li nsibu sorpriżi bħal dawn fil-pjani lokali għax ġeneralment dawn kienu użati biex ikun immassakrat il-wirt mibni tagħna. Il-Pjan Lokali jenfasizza li siti bħal Villa Gollcher fil- Mosta, bi ġnien imdaqqas, identifikati bħala spazji mhux mibnija bejn il-bini, għandhom ikunu mħarsa. Il-pjan lokali għaldaqstant jipprovdi li m'għandhomx ikunu kkunsidrati proposti biex isir żvilupp fuq dawn is-siti li bħala riżultat tiegħu jinħolqu binjiet separati, residenzjali jew mhux, u dan inkluż garaxxijiet għall-karozzi. L-unika possibbiltajiet li jistgħu jkunu kkunsidrati huma dawk li jikkonċernaw xogħol żgħir immirat biex jikkonserva u/ jew jirrestawra dawn it-tip ta' proprjetajiet fiż-żoni ta' konservazzjoni urbana. Jista' jkun hemm il-possibilità wkoll għal żidiet żgħar kompatibbli mar-regoli għaż-żoni ta' konservazzjoni urbana imma jidher li hu possibbli li Villa Gollcher fil- Mosta nsalvawha. Dejjem hemm il-logħob tal-iżviluppaturi, pereżempju, li ma jiħdux ħsieb il- bini biex tiġrilu l-ħsara u eventwalment ma jibqa' xejn xi jkun protett! Biex nevitaw dawn l-affarijiet għandna ninsistu mal- Awtorità tal-Ippjanar biex tagħti kont ta' għemilha. Dan billi tassigura li sidien il-proprjetà ma jippruvawx jonqsu mill-obbligi tagħhom biex jirnexxilhom jevitaw milli jintlaħqu l-miri tal- pjan lokali intenzjonati biex ikunu protetti ż-żoni ta' konservazzjoni urbana. Jiena infurmat li minkejja dan kollu, diġà ġie ffirmat konvenju biex tinbiegħ Villa Gollcher fil-Mosta, u dan soġġett li jinħareġ permess ta' żvilupp mill-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp massiċċ. Qed jissemmew miljuni kbar ta' ewro. Ilkoll nafu x'kapaċi jagħmlu l-flus! Hemm ħafna ġonna mdaqqsa li jeħtieġilhom u jixirqilhom ikunu protetti fiż-żoni urbani tagħna li qegħdin fil-periklu li jkunu ssaggrifikati u jkunu soġġetti għall-iżvilupp. Biex dan iseħħ irid ikun hemm il-kompliċità tal-Awtorità tal-Ippjanar, għax il-bqija dan ma jistax iseħħ. Huwa dover tagħna li nassiguraw li l-Awtorità tal- Ippjanar tkun kontinwament attentat biex dan ikun evitat f 'kull ħin. L-Awtorità tal-Ippjanar għandha tkun iffukata biex twettaq dmirha ħalli l-ippjanar għall-użu tal-art ikun servizz li minnu tibbenefika l-komunità kollha. Forsi, min jaf, il-ħarsien tal- wirt mibni tagħna jkun xi ftit iktar faċli milli hu llum. Carmel Cacopardo huwa Chairman tal-Alternattiva Demokrattika u kandidat għall-Parlament Ewropew G ħawdex - gżira ċkejkna, mimlija storja u bi ġmiel naturali. Din hi l-perspettiva ta' ħafna li jżuru din il-gżira. Filwaqt, li għal ħafna hija post ta' rilassament, għalina l-Għawdxin, din il- gżira hija d-dar tagħna. Għalina li ngħixuhom kuljum, il-karatteristiċi ġeografiċi t'Għawdex, iġibu magħhom diffikultajiet konsiderevoli u sfidi uniċi. L-insularità doppja ta' gżiritna u n-negliġenza tal-Partit Nazzjonalista fi żmien preċendenti wassal biex dil-gżira li tant ngħożżu sofriet minn nuqqas kbir ta' investiment, li saħansitra tellef lil Għawdex mill-potenzjal tiegħu. Għawdxin daqsi żgur jiftakru kif Għawdex kien ikun mejjet, partikolarment fiż-żminijiet tax-xitwa. Li jkollok negozju għal rasek kien riskju, għaliex l-investiment f 'Għawdex ma kienx jingħata prijorità. Li tikkunsidra li tistabilixxi impjieg stabbli f 'Għawdex lanqas biss kienet tgħaddi mill-imħuħ, għax l-intrapriżi ma kellhom l-ebda inċentiv li jistabilixxu lilhom infushom fi gżiritna. Imbagħad hemm ir-realtà l-oħra ta' min irid jivvjaġġa kuljum għax-xogħol f 'Malta jew min bħali jkollu jinqata' minn mal-familja u jikri post f 'Malta biex jevita li jkollu jaqsam il-fliegu ta' kuljum – spejjeż żejda, imma sagrifiċċji li l-familji Għawdxin ikollhom jagħmlu, speċjalment sabiex jinvestu fl- edukazzjoni ta' wliedhom. Dawn ir-realtajiet tagħna l-Għawdxin, Gvern Laburista ma ħbiehomx taħt it-tapit. Għarafhom, u xammar il-kmiem biex jindirizzahom. Hu għalhekk li l-ħidma ta' dan il-Gvern hi immirata lejn il-ħolqien ta' inċentivi f 'Għawdex għall- investituri, it-turisti lokali u internazzjonali, it-tneħħija tal-insularità doppja, u dan kollu b'mod sostenibbli, sabiex gżiritna terġa' tieħu l-ħajja. Dan il-Gvern investa bis- sħiħ f 'Għawdex, speċjalment fl-oqsma soċjali, industrijali u dak mediku. Rajna l-ftuħ ta' one-stop shop għas- servizzi tal-persuni b'diżabilità f 'Għajnsielem, u żieda fis- sodod u servizzi għall-anzjani. Kellna wkoll investiment sostanzjali fl-iskola ta' Barts u fl-isptar ġenerali. Sa dil- ġimgħa stess, infetħet sala speċifikament iddedikata għall-ortopedija f 'Għawdex. Esperjenzajna wkoll miżuri għall-ħolqien tal-impjieg, bħall-approvazzjoni ta' 11-il proġett li se jibdew joperaw miż-żona industrijali tax-Xewkija, u l-iskema ta' rifużjoni t'impjiegi f 'Għawdex. Aħna l-Għawdxin nafu li dan hu kollu pożittiv, iżda mhux biżżejjed biex jindirizza snin twal ta' telqa u abbandun. Hemm bżonn ta' aktar investiment f 'oqsma tat-teknoloġija u s-servizz finanzjarju, l-agrituriżmu u t-turiżmu sostenibbli, u xogħol relatat mar-restawr, fost oħrajn. Dawn l-inizjattivi għandhom iservu biex iqajmu l-ekonomija Għawdxija b'mod sostenibbli – b'mod li l-karatteristiċi Għawdxin ma nitilfuhomx, anzi, nippreservawhom f 'era moderna. L-ikbar sfida tibqa' dejjem dik infrastrutturali. L-infrastruttura preżenti bejn il-gżejjer m'għadhiex biżżejjed biex taqdi l-bżonnijiet ta' pajjiżna. Filwaqt li nilqgħu proposti ta' aktar investiment fi trasport aċċessibbli li kapaċi jtaffu ftit din is- sitwazzjoni, hemm il-bżonn ta' konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex. Il-kritika li smajt u li indirizzajt matul din il- kampanja dwar il-mina bejn il-gżejjer hi pożittiva – għas-sempliċi raġuni li hi kollha mnebbħa mill-biża' li ser nitilfu l-ġmiel naturali Għawdxi. Hu tajjeb li hawn min hu kkonċernat dwar l-ambjent Għawdxi, iżda jien ma narax in-nies bejn il-mina u din l-allegata qirda jekk ikun hemm ippjanar serju. Jien nisħaq li meta ppjanati u eżegwiti b'għaqal, inizjattivi u politiki biex jindirizzaw l-insularità doppja t'Għawdex, u jkattru l-ekonomija lokali tagħna, għandhom iwasslu għall-preservazzjoni reali tal- karatteristiċi Għawdxin. Minflok nieqfu mal-biża' tal-mina, nippreferi li kieku naħdmu għal masterplans urbani u rurali għall-bliet u rħula Għawdxin, li jagħrfu l-preġju Għawdxi, u li jiġu infurzati strettament. Wasal iż-żmien li nitkellmu bis-serjetà fuq id-diffikultajiet li naffaċjaw aħna l-Għawdxin, anke fil-kuntest Ewropew. Xogħli fi Brussell se jkun qed jara li l-isfidi tagħna jiġu rikonoxxuti u jingħataw prijorità, għaliex l-Għawdxi hu ċittadin Ewropew daqs il- 500 miljun ċittadin ieħor. Fl-istituzzjonijiet Ewropej, irrid nenfasizza fuq il-bżonn li r-regoli dwar għajnuna tal-istat, u regoli oħrajn li jxekklu żoni żgħar u speċjali bħal Għawdex, jiġu emendati sabiex ma jibqgħux iżommu gżejjer żgħar neqsin mill- investiment dirett li jeħtieġu biex jibqgħu jiżviluppaw. Għawdex jistħoqqlu jkun fuq quddiem tal-prijoritajiet tar-rappreżentanti ta' pajjiżna fl-Unjoni Ewropea. Bħala Għawdxija, jekk ningħata l-fiduċja tagħkom, ser inkun qed nara li gżiritna tingħata l-attenzjoni u l-ħidma li għandha bżonn. Josianne Cutajar hija kandidata Laburista għall- Parlament Ewropew Villa Gollcher fil-Mosta: nipproteġuha Għawdex f 'qalbna L-insularità doppja ta' gżiritna u n-negliġenza tal- Partit Nazzjonalista żmien preċendenti wassal biex dil-gżira li tant ngħożżu sofriet minn nuqqas kbir ta' investiment CARMEL CACOPARDO JOSIANNE CUTAJAR illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 16 VotEWROPA 2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019