Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 L-affinazzjoni ta' Alice Rohrwacher għall-kampanja ġiet esibita f ' The Wonders (Le Meraviglie , 2014), dwar familja li jrabbu n-naħal. Infatti l-ġenituri tagħha u ta' oħtha, Alba kellhom tassew razzett organiku f 'Umbria, l-Italja, fejn verament kellhom il-bejtiet tan-baħal. L-atmosfera rurali tassew tibbrilla fil-film ta' wara tagħha, Happy As Lazzaro (Lazzaro Felice), li hu bis-sotto titoli u maqsum f 'żewġ ambjenti. Dan il-film li jieħu s-sura ta' ħrafa allegorika jibda f 'raħal fittizju jismu Inviolata fejn kulħadd jaħdem bla heda u mingħajr paga, qishom ilsiera, taħt il-ħakma ta' Markiza (Braschi) biex ikabbru x-xtieli tat-tabakk u jagħmlu xogħol ieħor konness mar-raba' f 'kampanja ta' miżerja sħiħa u trab, u jispiċċa f 'belt ta' sema griż, ġungla tal-ħadid u elettriku ta' ħajja artifiċjali. Jidher biċ-ċar li din id-direttriċi qed tagħmel kuntrast bejn il-fewdaliżmu tal-antik u l-kapitaliżmu modern iddominat mill-banek jew il- falliment tagħhom. Fuq kulħadd u fuq kollox jiddomina bis-sħiħ il-karattru ta' Lazzaro (Tardiolo), ġuvni twajjeb, ubbidjenti, dejjem kuntent b'ħarsa fissa, qatt ma jgerger, pjuttost fidil, propju qaddis jimxi fl-art. Happy As Lazzaro jiffoka wkoll fuq ir-relazzjoni bejn Lazzaro u Tancredi (Chikovani), it-tifel tal-Markiza De Luna li jirribella kontra l-awtorità ta' ommu u jorganizza pjan biex jinkwetaha bil-kbir. Din hi produzzjoni li tassew għandha tolqot il-qalb fejn il-ġwejdin u l-innoċenti huma dawk li, mingħajr ħsibijiet ta' xejn, kapaċi jisfidaw it-toqol tal-ħajja ta' kuljum. Tassew film li jinvolvik u jibqa' jniggżek wara li tarah. Brillanti! Jekk l-ewwel parti ta' ħaddiema sfruttati u ferħana jgħixu hekk tidher ambigwa u rrelevanti għall-preżent, id- direttriċi stess qrat li dan ġara fis-snin tmenin ukoll b'Markiza tiddomina fuq il-ħaddiema jaħdmu fl-oqsma agrikoli tagħha. Id-dinja ta' dawk il-mostri żgħar msejħin Poke'mon (pocket monsters) bdiet fil-Ġappun fl-1996 b'rispons globali verament qawwi. Dan il-fenominu ġġenera logħbiet video, kupuni għat-tpartit bi 11-il lingwa u serje televiżiva animata li ilha sejra 22 sena. Barra minn hekk ħarġu xi 20 film dwarhom, kotba, komiks manga (Ġappuniżi), ġugarelli, mużika u apps fuq il-kompjuter. Mela, kien wasal iż-żmien biex tinħadem produzzjoni ċinematografika elaborata u ta' xeħta epika, fejn l-aktar Poke'mon famuż, Pikachu jkun il-protagonist. Dan hu Poke'mon: Detective Pikachu , l-ewwel xogħol li fih barra dawn il-karattri ċkejknin maħbubin, jaħdmu wkoll atturi reali (bħas-sensiela Ninja Turtles ). Meta l-investigatur bravu, Harry Goodman (Reynolds) jisparixxi, it-tifel tiegħu Tim (Smith) ta' 21 sena jindaga x'ġara. Hu jsib għajnuna mis-sieħeb tiegħu ta' qabel, Detective Pikachu (vuċi ta' Reynolds), Poke'mon li jaf xi jgħid u espert f 'xogħlu. Tim hu l-uniku uman li jista' jikkomunika bil-kliem ma' Pikachu u b'hekk flimkien jimxu ħarir. Minn ħjiel u indikazzjonijiet oħra jmorru fil-belt ta' Ryme City, metropoli kollha mdawla bil-lejl, fejn l-umani u l-Poke'mon jgħixu fil-paċi. L-indikazzjonijiet tagħhom, flimkien ma' Lucy Stevens (Newton) ġurnalista prinċipjanta b'papra, Psyduck, dejjem f 'idejha, jiskopru pjan faħxi li jista' jeqred id-dinja b'ħerba titanika u anki jtemm il-paċi li teżisti. Poke'mon: Detective Pikachu hu xogħol fuq skala kbira, tassew differenti minn dawk ta' qabel. It-triq prinċipali ta' Ryme City kollha mdawwla bit- tubi neon tixbah lil dik ta' Chinatown li naraw f 'diversi bliet tal-films klassiċi noir b'dik l-istess atmosfera ta' misteru li dawn ix-xogħlijiet jiġġeneraw. L-aħħar parti b'mod kolossali tiġbed lejn dawk il-produzzjonijiet ta' katakliżmi kbar. Film divertenti għall-aħħar u movimentat b'furja palpabbli. illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 TV/Ċinema Il-klieb Bailey, Molly, Max u Toby (kollha vuċi ta' Josh Gad). infatti kelb wieħed inkarnat minn oħrajn ta' diversi razez, huma l-protagonisti assoluti ta' A Dog's Journey . Dan hu is-sequel ta' A Dog's Purpose (2017), produzzjoni li tassew daħlet fil-qalb ta' miljuni u għamlet suċċess internazzjonali. F'dan ix- xogħol, il-maħbub kelb, Bailey isib id-destin ġdid tiegħu u jifforma ħbiberija soda u twila li se twasslu f 'postijiet li qatt ma ħolom u ma' ħbieb tassew ġenwini. Bailey verament għaddej ħajja ġenjali f 'Michigan, fir-razzett tal-veterani Ethan (Quaid) u Ħannah Montgomery (Helgenberger). Però, mat-twelid tan-neputija tagħhom, Clarity June (Prescott adulta), imsejħa C.J., sa minn meta tibda timxi, issir adulta u anki tiżżewweġ, dan il-kelb tassew gustuż u leali se jsib l-għaxqa ta' qalbu. Gloria (Gilpin), omm C.J. u l-mara tat-tifel ta' Ethan u Hannah mhijiex omm eżemplari u mdejqa fir-razzett tiddeċiedi li titlaq u tieħu lit-tifla magħha. Il-kelb li kien salva liċ-ċkejkna meta ommha ttraskurata, tant iħoss għal din il-firda, li meta jasal fl-aħħar ta' ħajtu, iwiegħed lil Ethan li xorta se jibqa' jipproteġiha permezz ta' oħrajn. Minn hawn, tibda avventura eċitanti ta' Bailey minn ħajjiet ta' oħrajn differenti, meta dan il-kelb jerġa' jkun il-mimmi ta' għajnejn mhux biss ta' C.J. imma anki tal-akbar ħabib tagħha, Trent (Lau). A Dog's Journey barra l-mossi kollha u l-aġir sabiħ ta' kelb li jaf jirrispetta bil-qawwa, nsibu fih ukoll ingredjenti bħal ferħ u taqtigħ il-qalb, mużika ħelwa, daħk u devozzjoni leali u assoluta. Barra li hu film addattat għall-familji, għandu jinteressa wkoll lill-kbar, speċjalment lil dawk li jħobbu l-annimali. Bħax-xogħol ta' qabel, dan hu bbażat minn fuq ktieb ta' W. Bruce Cameron. Atturi Ewlenin: Kathryn Prescott; Marge Helgenberger; Dennis Quaid; Betty Gilpin; Henru Lau u Josh Gad (vuċi). Direttur: Nick Mancuso. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 108 min. Ċert. PG Carmel Bonnici Happy as Lazzaro Poke'mon: Detective Pikachu Atturi Ewlenin: Adriano Tardiolo; Alba Rohrwacher; Luca Chiko- vani; Serġi Lopez; Nico- letta Braschi. Direttriċi: Alice Rohrwacher. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 127 min. Ċert 12A. Atturi Ewlenin: Ryan Reynolds (vuċi); Justice Smith; Kathryn Newton; Bill Nighy; Ken Wa- tanabe; Suki Waterhouse. Direttur: Rob Letterman. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 104 min. Ċert. PG Films għal din il-ġimgħa A Dog's Journey

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019