Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

G ħat-tieni sena konsekuttiva komplejna ngħinu lill- kmamar tan-nar li jaħdmu fuq bażi volontarja – tant li l-ġimgħa li għaddiet kien hemm 28 kamra tan-nar li bbenefikaw minn total ta' €140,000 biex insaħħu s-sigurtà fil-piroteknika. Meta nitkellmu dwar għajnuna lis-settur tal-kultura, ma nitkellmux biss imma nwettqu. Kif qed inwettqu wieħed mill-prinċipji f 'dan il-qasam li nressqu l-kultura lejn il-poplu u li l-kultura tkun aċċessibbli għal kulħadd. Dan il-fond huwa eżempju ċar ta' kemm dan il-Gvern huwa impenjat biex ikompli jsaħħaħ it-tradizzjonijiet u d-drawwiet tagħna li jiffurmaw parti intrinsika mill-identità tagħna. Mhux biss għajnuna biex ngħinu lill-artist ikun jista' jimraħ fl-arti tiegħu, imma għajnuna wkoll biex l-artist ikun jista' jagħmel dan f 'post aktar sigur. Dawn it-28 kamra tan-nar ingħataw €5,000 kull wieħed biex isaħħu s-sigurtà fil- piroteknika. Huwa tajjeb li l-poplu u t-turist igawdi minn din it-tradizzjoni li tmur lura snin kbar f 'Malta, imma huwa tajjeb ukoll li aħna nħarsu din it-tradizzjoni filwaqt li nassiguraw is-sigurtà tal- voluntiera li joħolqu dawn ix-xogħlijiet t'arti. Dan il-fond, disponibbli għat- tieni sena konsekuttiva grazzi għall-Kunsill Malti għall-Arti, fi ħdan il-Ministeru għall- Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, jgħin lill-kmamar tan- nar ukoll biex jinvestu f 'riżorsi li jgħinuhom itejbu l-kwalità u s-sigurezza tal-prodott pirotekniku. La qed nitkellem dwar it- tradizzjoni tan-nar, tajjeb li nerġa' nifraħ lill-kamra tan-nar 25 ta' Novembru tal-Għaqda tan-Nar Santa Katerina taż- Żejtun, rebbieħa ta' Festival Internazzjonali tan-Nar ta' din is-sena. Dan juri l-kapaċitajiet tal-artist Malti anki f 'dan il- qasam, kapaċità li tagħmel unur lil pajjiżna lil hinn minnu. * * * Ftit tal-jiem ilu attendejt għal ċerimonja ħelwa f 'Ħal Għaxaq. Ċerimonja li għandha sinifikat sabiħ għall-qasam kulturali. Ħa nispjega għalfejn. F'Ħal Għaxaq inawgurajna monument li huwa ddedikat lil Żaru. Isem li żgur huwa f 'moħħ dawk kollha li għandhom id-delizzju sabiħ tradizzjonali tal-għana. Żaru l-Għaxqi, popolari ferm f 'dan is-settur ħalliena fl-2001. Propjament jismu Żaru Mifsud, kien emigrant l-Amerika ta' Fuq. Imma anki barra minn pajjiżu, esporta l-għana fost il-komunità Maltija kemm f 'Detroit u wkoll f 'Toronto. Ambaxxatur għat- tradizzjoni Maltija. Iċ-ċerimonja kienet sinifikanti għaliex permezz ta' dan il- monument se nħallu ħaj lil Żaru f 'post twelidu. Aktar minn hekk, se nħallu ismu u wkoll l-għana marbuta miegħu f 'post fejn iż-żagħżugħ jista' jħares lejh u għalhekk inkunu qed inħallu għall-posterità mhux biss isem li għamlina ġieħ, imma wkoll it-tradizzjoni tal-għana. Aħna impenjati biex inkomplu nsaħħu u nippromovu d-drawwiet lokali. * * * Is-sitt edizzjoni tal-Valletta Green Festival infetħet il-Ħamis fil-Belt Valletta, organizzat mill-Aġenzija Kulturali għall- Belt Valletta (VCA) u li jifforma parti mil-legat tal-Programm Kulturali ta' Valletta 2018. Illum il-Ħadd se jkun miftuħ sat- tmienja ta' filgħaxija. Dan huwa wieħed mill- avvenimenti li jiffurmaw parti mil-legat ta' Valletta 2018. Festival li jżid l-għarfien li l-arti u l-kultura verament jinsabu f 'ħafna aspetti u elementi differenti madwarna. Bħall-edizzjonijiet preċedenti, l-ispettaklu bil-pjanti u l-fjuri jittrasforma wieħed mill-akbar spazji miftuħa fil-Belt Valletta, Pjazza San Ġorġ, b'installazzjoni kkulurita magħmula minn 190,000 fjura. Din is-sena l-infiorata għandha messaġġ li jqajjem kuxjenza dwar il- periklu tal-plastik 'single-use' u l-impatt li dan għandu fuq id-dinja tagħna. Turi s-sbuħija tal-art u l-baħar tagħna, u skart li nġabar minn madwar il-ġżira biex turi r-realtà ħarxa tat- tniġġis li noħolqu kuljum. Diversi għaqdiet non- governattivi, WasteServ Malta Ltd., il-Konsorzju ELC, l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u Ambjent Malta se jkunu preżenti tul il- festival billi jippreżentaw tagħrif dwar l-ambjent. Wara tmiem il-festival, il-pjanti se jingħataw lill- komunitajiet lokali u l-qsari li jifdal se jingħataw lura lill-ELC biex jerġgħu jintużaw. * * * Qed nitkellem dwar l-ibħra tagħna. Din il-ġimgħa wkoll komplejna nuru l-ħidma li qed tagħmel id-Diviżjoni għat-tindif u l-manutenzjoni. Id-diviżjoni għandha wkoll responsabbilità, apparti tindif u manutenzjoni fil-bliet u rħula tagħna, iż-żamma tal-bajjiet. Fil-fatt din is-sena, diġà nġabru 'l fuq minn 1,500 tunnellata ta' alka mill-kosta Maltija. Is- sena li għaddiet inġabru 5,000 tunellata. Xogħol tajjeb li qed jagħmlu l-ħaddiema ta' din id-diviżjoni biex jiżguraw li l-bajjiet u l-kosta tagħna jkunu miżmuma tajba u jkunu siguri għal kulħadd. Hemm madwar 50 impjegat f 'din is-sezzjoni li jieħdu ħsieb il-bajjiet u dawn jaħdmu kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd. Permezz tad-dedikazzjoni u determinazzjoni, aħna qegħdin insaħħu aktar l-istrateġija tagħna biex noħolqu postijiet aktar siguri u miżmuma tajjeb, għall-benefiċċju tal-komunità u biex dawn jitgawdew minna. * * * Attività li kelli wkoll din il- ġimgħa ħaditni l-Imtarfa. Żorna s-siti tal-pjazza tal-Imtarfa u tal- Clock Tower fejn se jsir proġett ta' riġenerazzjoni u restawr, b'investiment ta' madwar €1.5 miljun u bil-mira li jitlesta sal- 2022. L-istrateġija tagħna tara li ssaħħaħ il-wirt lokali tagħna speċjalment minħabba li din tifforma parti intrinsika mill-identità tagħna. L-istorja vasta tagħna ffurmatna bħala komunità u permezz ta' dawn l-inizjattivi qegħdin niżguraw aktar aċċessibbilità lejn il-wirt tanġibbli, speċjalment għal ġenerazzjonijiet futuri. Bħalissa d-Direttorat tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali qiegħed jaħdem fuq 71 proġett ta' restawr fl-sitess ħin. Fl-Imtarfa faħħart din l-inizjattiva li jiġi rrestawrat dan il-monument ikoniku bl- għajnuna ta' fondi Ewropej. Lil hinn mill-proġetti infrastrutturali kbar li twettqu bl-għajnuna tal-fondi Ewropej, dan il-proġett huwa eżempju ta' kif il-fondi Ewropej qed jitwasslu fil-komunitajiet tal- irħula u l-ibliet tagħna. * * * Il-Kunsilli Lokali. Tajjeb li nagħlaq billi nsemmi r-riforma tal-Kunsilli. Il-ġimgħa li għaddiet nedejna uffiċjalment ir-Riforma tal-Gvern Lokali wara perjodu estensiv ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, inklużi l-Oppożizzjoni, il-kunsilli lokali, il-kunsilli reġjonali, u r-residenti tal-lokalitajiet kollha. Il-25 anniversarju tal-Gvern Lokali offra din l-opportunità xierqa biex inħarsu fil-fond lejn il-kunsilli. Ħarisna lejn dak li kien sejjer tajjeb u wkoll analizzajna dak li ma kienx sejjer daqstant tajjeb, jew ukoll dak li ma kienx qed jaħdem. Kien permezz ta' din il-ħidma li wasalna għal dokument illum ir-Rofrma tal-Kunsilli. Riforma li tkompli bid-deċentralizzazzjoni u tagħti aktar awtonomija lill-Gvern Lokali tagħna. Hija riforma ambizzjuża li se twassal għal Gvern Lokali ta' eċċellenza. L-importanza mogħtija mill- Gvern Ċentrali lill-kunsilli lokali u reġjonali hija ċara. Kien dan il-Gvern li alloka €3 miljun lill-Kunsilli Reġjonali, u mill-2013 sal-2019 żied l-allokazzjoni tal-Kunsilli Lokali b' €10 miljun. Huwa b'sodisfazzjon kbir li x-xogħol iebes li sar f 'din ir- riforma, flimkien mal-kollega u s-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali, Silvio Parnis, issa se tibda tagħti l-frott tagħha. Owen Bonnici huwa Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Inkomplu nagħtu spinta lill-kultura OWEN BONNICI Qegħdin insaħħu aktar l-istrateġija tagħna biex noħolqu postijiet aktar siguri u miżmuma tajjeb, għall-benefiċċju tal-komunità u biex dawn jitgawdew minna Il-ġimgħa li għaddiet kien hemm 28 kamra tan-nar li bbenefikaw minn total ta' €140,000 biex insaħħu s-sigurtà fil-piroteknika Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 18 Opinjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019