Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 4 VotEWROPA 2019 L-ELEZZJONI tal-25 ta' Mejju issa riesqa sew u bħal kull elezzjoni t-tiġrija sal- barkun u ħadd ma jkun jaf x'se jkun ir-riżultat sakemm fil-fatt ikun imħabbar. Din id-darba l-ħeġġa fil- kampanja jidher illi hija nieqsa hekk kif għal bosta xhur issa s-sondaġġi ilhom juru lill- Partit Nazzjonalista minn taħt u Adrian Delia wara Muscat sew. Minkejja li rebħa Laburista kważi tidher ċerta, fil- politika xorta waħda xejn mhu ċert. Għalhekk f 'dan l-artiklu l-ILLUM se tanalizza l-mistoqsija li għamlet lill- qarrejja fuq l-illum.com.mt u tanalizza aħjar x'inhuma s-sorpriżi (koroh jew sbieħ) li jista' jkollna nhar is-26 ta' Mejju (l-għada tal-votazzjoni). Norman Lowell imur tajjeb u jaqbeż l-20,000 vot Waħda mill-akbar mistoqsijiet f 'din l-elezzjoni hija dik dwar il-vot tal- protesta. Dawk il-kaċċaturi, ambjentalisti, persuni li xebgħu miż-żewġ partiti u dawk li qed jilmentaw li Malta "saret miżbla" għax "imtlejna bil- barranin," lil min se jivvutaw? Norman Lowell, miġnun f 'għajnejn ħafna u 'profeta' f 'għajnejn oħrajn, huwa l-aktar kandidat kontroversjali. Sa din il-ġimgħa stess l-illum.com. mt irrapportat kif f 'attività tal- Imperium Europa hu sostna li Auschwitz huwa 'Disneyland' u li l-Lhud huma wlied ix-xitan. Dan apparti li reġa' fakkar illi hu favur l-abort għal dawk l-ommijiet li jkunu tqal bi trabi b'diżabilità. Huwa forsi l-aktar kandidat pro-abort u daqshekk fil-miftuħ dwar din il-kwistjoni mill-kandidati kollha. 'Imma allura, possibbli jista' jkun li jmur tajjeb?' jistaqsu bosta nies. Tajjeb jew ħażin, nammettuha jew le, f 'Malta bħalissa hawn sentiment qawwi u mifrux ħafna kontra l-miġja tal-barranin f 'pajjiżna. Din il-ġimgħa, biex nagħtu eżempju u għal min kellu l-isfortuna li jarah, kien hemm messaġġ fuq Facebook ta' Indjan li jixtieq isib xogħol f 'Malta. L-ammont ta' tgħajjir li qala', twissijiet biex ma jiġix hawn u kummenti jmaqdru lil pajjiżna biex jaqtgħulu qalbu kien xokkanti. Prattikament kull biċċa aħbar li tinvolvi barranin, sa turisti Ingliżi f 'Buġibba, qed tintlaqa' bl-għajjat u kummenti dispreġġjativi u oħrajn dwar kif "spiċċat Malta." Bil-Partit Nazzjonalista issa wkoll irewwaħ dan is- sentiment għalkemm mill- angolu ta' nuqqas ta' ppjanar, issa nfirex aktar id-dwejjaq fuq dik li hemm min isejjaħ "invażjoni." Dan kollu qed jagħmel lil Norman Lowell, li ammetta hu stess li huwa Nazzist, popolari fost bosta persuni. Min qed isegwi lil Lowell bħalissa jinduna li apparti s-soltu politika razzista u l-ambraċċament tal-mibgħeda, hu qed jindirizza b'mod indirett lil-Laburisti b'referenzi kontinwi għal Dom Mintoff u l-fatt illi nhar it-Tnejn fuq 'Realtà' qabeż għal Muscat u l-argument dwar l-immigranti u x-xogħol. Xejra kostanti li qed titfa' lil Lowell fit-tielet post, wara l-PN Kieku l-argumenti xenofibiċi ta' Lowell jagħmilhom kwalunkwe kandidat ieħor hija kważi ċertezza li dan jispiċċa jitkeċċa mit-tiġrija u umiljat. Lowell mhux talli mhux umiljat talli qed jidher fis- sondaġġi u qed jaqbeż liż-żewġ partiti ż-żgħar l-oħrajn. Fil-fatt, nhar il-Ħadd li għadda f 'sondaġġ ippubblikat mill-Mediatoday, Lowell kiseb persentaġġ ta' voti biżżejjed (1.2%) biex qabeż lill-partiti ż-żgħar kollha. F'kull sondaġġ online li għamlet l-illum.com. mt s'issa minn Diċembru, anke jekk mhux xjentifiku, Norman Lowell dejjem ġab it-tielet l-aktar numru ta' preferenzi. F'Novembru f 'dan is- sondaġġ online, minn 8,784 li pparteċipaw, 1,223 preferew lil Lowell biex kien it-tielet preferenza fost il-qarrejja tal- illum.com.mt. Fis-sondaġġ ta' Jannar, Lowell kien it-tielet preferenza wkoll meta minn 4,835 vot 385 għażlu lilu. Fl-aħħar sondaġġ, jiġiferi dak ta' April minn 4,839 vot, 670 tal-qarrejja qalu li se jivvutaw lil Lowell fl-elezzjoni ta' Mejju. Għalkemm mhux xjentifiku, dan juri konsistenza ta' Lowell bħala l-iktar kandidat popolari wara l-PN u l-PL fost il- qarrejja tagħna u issa (wara s-sondaġġ), l-aktar popolari wara l-PN u l-PL fuq livell nazzjonali. Lil hinn mis-sondaġġi iżda, Lowell dejjem żied il-voti f 'kull waħda mit-tliet elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Fl- 2004 kiseb 1,603 voti, fl-2009 kiseb 3,559 voti biex imbagħad fl-2014 kiseb 6,205 voti. Allura fejn hi s-sorpriża? Jekk Lowell jikseb mat-12,000 vot, filwaqt li jkun qed jirdoppja l-voti u jisfida lill-partiti ż-żgħar waħda sew, xorta ma jkunx sfida kbira biżżejjed għall-PN u l-PL u 'l bogħod sew minn siġġu fi Brussell. Jekk iżda, l-ilmenti u l-garr, jittrrasformaw ruħhom f '20,000 vot għal Lowell jew aktar inkunu dħalna f 'territorju ġdid, fejn dan il-kandidat tal-lemin estrem ikun tassew sar forza elettorali, minkejja l-ħsibijiet tiegħu u jiġi qrib li jieħu siġġu (għalkemm xorta ma jiħdux). F'dan il-każ definittivament ikun heżżeż waħda sew lill-fundamenti politiċi ta' Malta. Jonqos id-distakk tal-2017... L-akbar sorpriża tal- elezzjoni ta' Mejju tkun jekk jiġri dak li kważi ħadd mhu qed jara li jista' jiġri, jew għall-inqas ħadd mhu qed jgħid fil-pubbliku li jista' jiġri. Skont is-sondaġġ xjentifiku tal-Mediatoday, 22% ta' dawk li pparteċipaw qed jgħidu li mhux se jivvutaw jew inkella ma jafux kif se jivvutaw. Ejja ngħidu li dawk li qed jgħidu li ma jridux jivvutaw fil-fatt ma jivvutawx. Anke jekk dawk kollha li qed jgħidu li ma jafux kif se jivvutaw, jivvutaw kollha PN, il-partit fl-oppożizzjoni xorta jibqa' madwar 2% wara l-Partit Laburista. L-istess sondaġġ juri kif minn dawk li vvutaw PL fl-2017 huma kważi 84% li se jagħmlu l-istess, filwaqt li minn dawk Erba' sorpriżi. Imma x'se jiġri xahar ieħor? It-tiġrija sal-barkun, imma żgur? U min se jissorprendi l-aktar? U x'se tkun is-sorpriża... jekk ikun hemm? Tgħid il-PN ġej minn wara jew il-Labour se jikber daqs qatt qabel? U Cassola x'se jagħmel waħdu? L-ILLUM tanalizza l-possibilitajiet ... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019