Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755
Sports 26 illum Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 L-MFPA Awards saru fid-29 ta' April 2019, wara staġun eċitanti, bit-titlu ta' rebbieħ tal-Premier għadu jrid jiġi deċiż. Iċ-ċerimonja nfisha seħħet ix-Xara Lodge u attendew għaliha l-Onorevoli Ryan Callus, Plejers, eks-Plejers, Amministraturi Sportivi u membri tal-istampa. Dan l-avveniment sar wieħed mistenni ħafna fil-kalendarju ta' kull plejer. Sena wara oħra l-antiċipazzjoni tiżdied u l-plejers ikunu eċitati biex jaraw min ser jieħu unur tal-MFPA. Waqt is-serata din is- sena, l-unur għall-aqwa plejer żagħżugħ mar għand l-attakkant ta' Hibernians Joseph Mbong, nominat għall- ewwel darba u rebbieħ ta' żewġ unuri waqt is-serata. L-ogħla unur, mar għand id-difensur ta' Valletta u tan- nazzjonal Malti, Steve Borg. L-unur speċjali ttieħed minn plejers li taw servizz lin-Nazzjonal Malti għal 100 logħba jew iktar. Michael Mifsud, David Carabott, Gilbert Agius, Carmel Busuttil, Roderick Briffa u Joe Brincat ingħataw rikonoxximent speċjali. Il-President Emeritus George Abela ngħata l-MFPA Merit award bħala rikonoxximent taxxogħol li għamel waqt il-presidenza tiegħu fit-tmun tal-MFA, u l-effetti pożittivi li dawn il-miżuri għad għandom. Is-Segretarju Ġenerali tal- MFPA fil-messaġġ tiegħu ta sommarju tax-xogħol li seħħ għat-twettiq tal-position paper li ser tiskadi fi tmien dan l-istaġun. Mamo ta' wkoll aġġornament fuq il-punti prinċipali li ser ikunu parti mill-position paper li jmiss, u li bħalissa għaddejja minn proċess ta' konsultazzjoni. Dawn huma r-rebbieħa kollha matul is-serata: Best Futsal Player: Celino Alves Best Female Player: Steph Farrugia Best First Division Player: Ige Adeshina Best Referee: Trustin Farrugia Cann Best Coach: Giovanni Tedesco Best Young Goalkeeper: Jake Galea Best Young Defender : Juan Carlos Corbalan Best Young Midfielder: Jake Grech Best Young Forward: Joseph Mbong Best XI Goalkeeper : Kristijan Naumovski Best XI Right Back: Juan Carlos Corbalan Best XI Left Back : Arthur Oyama Best XI Central Defenders: Andrei Agius, Steve Borg Best XI Midfielders: Mislav Andjelkovic, Santiago Malano, Miguel Alba Best XI Forwards: Haruna Garba, Mario Fontanella, Younés Marzouk Special Award: Michael Mifsud, David Carabott, Gilbert Agius, Carmel Busuttil, Roderick Briffa, Joe Brincat Merit Award: George Abela MFPA Best Young Player: Joseph Mbong MFPA Best Player: Steve Borg Organizzata b'suċċess is-serata finali tal-MFPA Awards 2019 Best XI • Ritratti: Domenic Aquilina Special Award Steve Borg