Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755
Sports 31 Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 | illum Ħa nkompli żgur nieħu sehem fil- MAAA road running league races u kif ukoll fin-nofs maratona (ta' 21.1km) li ssir Malta ta' kull sena. Nixtieq ukoll li nikkompeti fuq il- korsa u f 'kull tip ta' tellieqa oħra li tiġi organizzata. Fl-aħħar mill-aħħar jiena dejjem inħalli f 'idejn il-kowċ sabiex imexxini hu. Għaddi messaġġ lil dawk it-tfal u / jew żgħażagħ li qegħdin jaħsbuha bis-serjetà li jibdew jipprattikaw l-atletika. L-isport itejjeb il-ħajja tal-individwu b'mod ħolistiku, b'mod sħiħ. Il-frott tal-ħidma li wieħed ikun sawwar, huwa kollu grazzi għall-isforzi tal- persuna. Jekk bniedem ma jagħmilx dik in-naqra sforz, kollox imur il- baħar. Kif jgħidu, jekk titilqu, jitilqek! Ma tistax tassumi li għax xi darba kont tajba f 'xi ħaġa mela ħa tibqa' tajba fiha għal dejjem. Kollox irid il-prattika u l-ħin tiegħu. Wieħed irid ikun dedikat u determinat li anki jekk jesperjenza falliment, ikun kapaċi jerġa' jqum fuq saqajh. Minn hemm titkejjel il-professjonalità u mhux biss mir- riżultati tan-numri fuq l-arloġġ. Fl-aħħar nett nixtieq li din l-intervista tintemm billi nirringrazzja lill-kowċ tiegħi Ivan Rozhnov, li bis- saħħa tiegħu, wasalt fejn wasalt u li dejjem jagħtini l-kuraġġ biex nemmen fija nnifsi ħalli inkompli niġri 'l quddiem u ta' dan grata ħafna. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-isponsor tiegħi, Team Barry Malta International Marathon. U fl-aħħar iżda mhux l-inqas lill-familja u lill-għarus tiegħi Christian li jissapportjani bis-sħiħ. Hija waħda mill-aqwa atleti li pproduċiet l-atletika lokali f 'dawn l-aħħar snin. Qed tħares lejn il-futur tagħha f 'dan l- isport b'ottimiżmu kbir. Għandha l-għan ewlieni li tagħmel isem għal pajjiżna f 'edizzjonijiet tal-Logħob tal- Pajjiżi ż-Żgħar fis-snin li ġejjin. RACHEL BORG Wieħed irid ikun iddedikat u determinat li anki jekk jesperjenza falliment, ikun kapaċi jerġa' jqum fuq saqajh. Minn hemm titkejjel il-professjonalità u mhux biss mir-riżultati tan-numri fuq l-arloġġ " "