Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 GRUPP ta' 85 immigrant kienu salvati mill-Forzi Armati ta' Malta (AFM) fil-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt. Fi stqarrija l-AFM qalet illi bastiment tal-Forzi Armati mar għas-salvataġġ ta' dgħajsa tal-injam li kienet f 'qagħda ħażina. Wara li l-immigranti kienu ttrasferiti għal fuq il-bastiment bdew triqthom lejn pajjiżna. Apparti dgħajsa b'85 immigrant, mill-inqas 65 immigrant tilfu ħajjithom ftit 'il barra mill-kosta tat- Tuneżija hekk kif id-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet. Dan żvelatu l-UNHCR fi stqarrija dalgħodu. Apparti l-istima ta' persuni mejtin, 16-il persuna oħra li kienu fuq id-dgħajsa ġew salvati wara operazzjoni ta' salvataġġ. Jidher illi d-dgħajsa telqet mill-Port ta' Zuwara fil-Libja u kienet sejra lejn l-Italja, skont dak li qal Kelliem għall- Ministeru tad-Difiża Tuneżin. Dgħajsa tas-sajd salvat lis-16-il persuna li kienu ttrasferiti fuq tliet bastimenti militari fl-operazzjoni tas-salvataġġ. Ħelikopter Malti kien ukoll parti mill- operazzjoni. Il-Ministeru tal-Intern Tuneżin qal li madwar 75 persuna kienu fuq id- dgħajsa, għalkemm għaqda non governattiva sostniet illi probabilment kien hemm aktar u allura jista' jkun li n-numru ta' dawk li tilfu ħajjithom se jiżdied ukoll. Intant dawk li kienu salvati ttieħdu fil-villaġġ Tuneżin ta' Zarzis. Minkejja li l-Ministru Taljan Matteo Salvini ħalef li ma jħallix immigranti jidħlu, għexieren ta' immigrnti daħlu Sqallija hekk kif id-dgħajjes bl- immigranti komplew deħlin, fenomenu li mistenni jiżdied hekk kif jidħol is-sajf. Intant il-Baħar Mediterran, traġikament qed ikompli jservi ta' ċimiterju għal dawk kollha li qed jitilfu ħajjithom. 85 immigrant iddaħħlu Malta mill-AFM Mill-inqas 65 immigrant jitilfu ħajjtihom bejn Malta u t-Tuneżija Estensjoni tal-konsultazzjoni pubblika Ibgħatilna s-suġġerimenti tiegħek fuq reforms@gov.mt SAS-SIBT 8TA' ĠUNJU F'12:00PM ILPRIM Ministru Joseph Muscat, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, inawgura l-kumpless tal-futbol ta' Wied il-Għajn b'investiment ta' €2.5 miljun. Dan il-kumpless, mifrux fuq 6,000 metru kwadru, kien tħabbar lura fl-2016 fejn qabel il-plejers ta' Wied il-Għajn ma kellhomx fejn jitħarrġu. Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li llum hi ġurnata pożittiva għal-lokalità ta' Wied il-Għajn u n-naħa ta' isfel ta' Malta peress li l-Gvern investa tant f 'Wied il- Għajn permezz ta' żewġ proġetti sportivi li juri kemm is-surplus verament qed jasal għand in-nies u l-komunità. Dan hu mod kif qed jingħata nifs ġdid lill-klabb żagħżugħ ta' Marsaskala FC f 'lokalità fejn l-età qed tiċkien u mhux togħla. L-għan ewlieni hu li din il-faċilità tintuża bl-aħjar mod possibbli biex permezz tal-istrateġija nazzjonali għall- isport indaħħlu mentalità fit-tfal tagħna li mhux biss ikunu parteċipanti imma rebbiħin, temm jgħid il-Prim Ministru. Is-Segretarju Parlamentari għaż- Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal- Volontarjat Clifton Grima qal li parti mill-Istrateġija tal-Isport tal-Gvern qed tiffoka fuq it-titjib ta' faċilitajiet tal-isport eżistenti flimkien mal-bini ta' oħrajn ġodda li qed isseħħ bi pjan għal oqsma ta' sport differenti. Il-Gvern qed jaħdem b'mod kontinwu biex l-isport isir parti mill-ħajja tal-pubbliku ġenerali. Dan il-Gvern qed ikompli jwettaq ħolma oħra f 'realtà, din id-darba fil- lokalità ta' Wied il-Għajn li għall-ewwel darba se tgawdi minn faċilità sportiva. Dan il-proġett hu ħolqa oħra f 'katina ta' investiment f 'faċilitajiet sportivi ġodda madwar il-gżejjer Maltin bħall-proġett state-of-the art tax-Shooting Range f 'Ta' Kandja u l-pixxina indoor fil-Kottonera. L-għan ewlieni hu li l-isport ikun parti ċentrali fil-ħajja ta' kull individwu, qal is- Segretarju Parlamentari Clifton Grima. Il-kumpless sportiv jinkludi grawnd tal-ogħla livell approvat mill-FIFA u kwartieri għall-klabb tal-futbol kemm tal-kbar u anke tan-nursery. Il-faċilità hi mgħammra wkoll b'dressing rooms, sala tal-konferenzi, uffiċini u ristorant li jista' jiġi kkummerċjalizzat. Din il-faċilità tinkludi wkoll ġibjun biex jinġabar l-ilma u jkun qed jitħares ukoll l-ambjent. Il-grawnd, anke permezz ta' qbil bejn Marsaskala FC u SportMalta, se jkun jista' jiġi utilizzat filgħodu mill-iskejjel tal-lokal u anke minn soċjetajiet diversi f 'Wied il-Għajn biex b'hekk ikun qed jiġi massimizzat il-potenzjal ta' din il-faċilità. Preżenti għal din l-inawgurazzjoni kien hemm iċ-Chairman ta' SportMalta Luciano Busuttil u l-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar. Inawgurat il-kumpless tal-futbol ta' Wied il-Għajn b'investiment ta' €2.5 miljun L-inawgurazzjoni tal-kumpless tal-futbol f 'Wied il-Għajn

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019