Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

minn Albert Gauci Cunningham JIDHER, minn sondaġġi u riċerka li qed isiru internament fil-partiti, illi mistennija taqtigħa ħarxa fuq it-tielet siġġu għall-Partit Laburista bejn Cyrus Engerer, Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar u taqtigħa ħafna ikbar għat-tieni u/ jew it-tielet siġġu għall-Partit Nazzjonalista. Fil-każ tal- aħħar, il-ġirja hija bejn Frank Psaila u David Casa għat-tieni siġġu u Peter Agius u Francis Zammit Dimech, għat-tielet siġġu jekk il- PN jirnexxielu jieħdu. Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi l-akbar biża' tat-tmexxija tal- Partit Nazzjonalista hija li l-partit ma jirbaħx it-tielet siġġu u fl-istess ħin Casa jiġri ġirja kbira bid-duwijiet u jaqla' lil Frank Psaila minkejja li jġib iktar unijiet minnu. "Dan ir-riżultat ikun messaġġ ċar kontra t-tmexxija tal-partit, m'hemmx dubju," jgħid is-sors li fakkar illi Psaila huwa l-aktar kandidat li qed jimbuttaw dawk madwar Delia. Kienet din il- gazzetta l-ewwel li żvelat, f 'artiklu nhar il-Ħadd 14 ta' April, illi qed tinxtered il-kelma biex diversi Nazzjonalisti jivvutaw lil Metsola (in-numru 1) u lil Casa (in-numru 2) u jew jieqfu hemm jew ikomplu fuq il-Partit Demokratiku. Dan meta l-wirt se jkun importanti ħafna jekk il-PN irid b'xi mod iżomm it-tielet siġġu. It-tama ta' dawk li jridu lil Metsola u Casa hija li Metsola tikseb voti biżżejjed biex tilħaq il-kwota malajr u ħafna mill-wirt tagħha jmur għand Casa u jitla' anke jekk kandidati oħrajn jirtu voti minn dawk il-kandidati li jaqgħu. Casa: saħħa kbira fid-duwijiet u l-wirt L-akbar u l-aktar taqtigħa ħarxa hija bejn il-kandidati Nazzjonalisti għat-tieni u għat- tielet siġġu, li s-sorsi jgħidu li se jkun ferm diffiċli biex jirbaħ il-PN. Skont l-aħħar sondaġġ Frank Psaila jinsab fuq quddiem minn dawn l-erbgħa għalkemm b'2.9% mhuwiex daqstant 'il bogħod minn Casa li jinsab b'2%. Casa kien elett f 'kull waħda mit-tliet elezzjonijiet, l-unika wieħed fil-fatt u jekk ma jitlax f 'din l-elezzjoni tkun l-ewwel darba li ma rnexxilux. Interessanti kif Casa kważi dejjem gawda minn numru kbir ta' duwijiet. Fl-2004 Casa kiseb 8,782 vot imma meta Simon Busuttil kien elett Casa gawda minn 8,826 vot f 'duwijiet, imbagħad reġa' kiseb l-akbar numru ta' voti f 'wirt ta' Michael Falzon (+981), ta' Ian Spiteri Bailey (+2,282) u ta' Joanna Drake (+21,800). Fl-2014, 10 snin wara, kien kiseb 19,582 vot fl- ewwel preferenza biex imbagħad ħa l-akbar numru ta' voti mill-wirt ta' Metsola (+733), Stefano Mallia (+959), Norman Vella (+,136) u Francis Zammit Dimech (+695). Dan ipoġġi t-tieni siġġu f 'dubju serju hekk kif Casa huwa mistenni li jkun b'saħħtu ħafna fid- duwijiet, jgħid sors fil-Partit Nazzjonalista. Peter Agius jaf ikun is-sorpriża tal-PN u qed issir stima ta' 4,000 f ''donkey vote' Isegwi lil Casa hemm Peter Agius, kandidat ġdid, xi ħadd li għandu esperjenza twila fl-Unjoni Ewropea iżda xi ħadd li qatt ma kien fuq lista ta' partit politiku. In-nuqqas ta' esperjenza politika tista' tiżvantaġġja lil Agius li skont l-aħħar sondaġġ jinsab ftit wara Casa b'1.8%. Minkejja li s'issa jidher li għad m'għandux ċans wieħed irid jieħu l-fattur ta' dak li jgħidulhom 'donkey votes', jiġifieri voti fejn il- persuna tibda minn fuq u tibqa' nieżla bil-voti sa isfel. Din il-gazzetta tista' tiżvela illi l-PN u l-PL qed jikkalkulaw li b'dan il-mod, Agius jikseb 4,000 vot, li jiġu lil hinn minn dawk li konxjament iridu jivvutaw lilu. Dan jagħmel il-ħajja ta' Francis Zammit Dimech, MEP kurrenti wkoll, iktar diffiċli. Agius Saliba jagħti spinta lill- kampanja Din il-ġimgħa stajna rajniehom fuq l-istess front fuq Xtra, imma Cyrus Engerer u Alex Agius Saliba jinsabu f 'taqtigħa għal siġġu. Fl-aħħar jiem b'dehriet diversi, fosthom Xtra, fuq The Independent, fuq l-ILLUM (Ara paġni 12 u 13) u b'riklami fuq il-faċċata tal-gazzetta tal-General Workers' Union, jidher illi l-kampanja ta' Agius Saliba ħadet spinta 'l quddiem. Madanakollu dik ta' Cyrus, filwaqt li baqgħet b'saħħitha b'ħafna filmati, ma jidhirx li qed tħalli l-frott mixtieq. Fil-fatt Engerer kiseb 0.6%, inqas minn Norman Lowell u l-Għawdxi David Stellini. Din il-gazzetta tista' tiżvela wkoll illi Alex Agius Saliba, bħal Peter Agius, għandu ċans li jgawdi minn madwar 7,000 'donkey vote', jiġifieri minn dawk li jibdew minn fuq u jibqgħu neżlin sa isfel. Magħhom titqabad għat- tielet u/jew ir-raba' siġġu hemm Josianne Cutajar, Għawdxija u kandidata ġdida. Huwa mifhum li Cutajar għandha bażi b'saħħitha f 'Għawdex, l-aktar fattur li qed jimbotta lil Cutajar 'il quddiem. Iż-żwiemel fuq quddiem... Iż-żewġ MEPs nisa kurrenti huma l-iktar żewġ żwiemel b'saħħithom f 'din l-elezzjoni u mistennijin ikaxkru l-akbar numru ta' voti, fuq iż-żewġ naħat politiċi. Kollox qed jidher illi hija kważi ċertezza li dawn jitilgħu, għalkemm mhux ċar hux mal- ewwel għadd. Din hija t-tieni darba li Dalli se tikkontesta din l-elezzjoni u hija mistennija saħansitra tgħaddi lill-eks Mexxej Laburista Alfred Sant. Fil-fatt fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew Dalli kienet kisbet 23,479 voti filwaqt li Sant kien kiseb 48,739 vot jew kważi d-doppju. Min-naħa l-oħra mill-Partit Nazzjonalista Metsola mistennija tkun l-aktar li tkaxkar voti u tgħaddi lill-kandidati kollha Nazzjonalisti. Bħal Dalli, Mestola kienet eletta għall- ewwel darba fl-2014 b'32,360 vot. Minkejja dan hi spiċċat fil-Parlament sena qabel meta Simon Busuttil kien irreżenja minn MEP hekk kif kien elett Deputat. Alfred Sant jibqa' fejn hu, mistenni jitlef l-ewwel post L-eks Mexxej Laburista Alfred Sant jidher li se jitlef it-titlu tal-aktar kandidat Laburista li jikseb voti għal Miriam Dalli. Dan ifisser li, skont is- sondaġġi, Sant mistenni jnaqqas il-voti mill-2014. Minkejja dan, kemm is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta u anke s-sondaġġi qed juru li Sant qed jassigura li jżomm is-siġġu Parlamentari u jiġi fit-tieni post. *Donkey vote, kif hemm spjegat fl-artiklu wkoll, huwa meta votanti jivvutaw għall- kandidati skont l-ordni alfabetika, illi biha huma mniżżlin fuq il-polza tal-vot. Dan ifisser illi dawk li kunjomhom jibda bl-'A', 'B' u 'C' igawdu l-aktar Psaila u Casa jissieltu għat-tieni siġġu tal-PN Francis Zammit Dimech Alfred Sant David Agius Frank Psaila David Casa Alex Agius Saliba Cyrus Engerer Josianne Cutajar illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 10 VotEWROPA 2019 ...imma Peter Agius jista' jiġi minn wara mgħejjun ukoll bi stima ta' madwar 4,000 'donkey vote'. Cyrus, Alex u Josianne t-taqtigħa għat-tielet siġġu Laburista bi stima ta' madwar 7,000 'donkey vote'* lil Agius Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019