Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 Kif għażilt l-atletika fost diversi tipi ta' sport oħrajn? Kien Settembru tal-2016, kont spiċċajt mill-Università, kont niżen 68 kilo bi statura żgħira ta' 150cm tul, kont fil-limiti tal-obeżità. Kont żgura li nista' nkun aħjar imma qatt ma kont nobsor li programm li jgħinek titlef il-piż, kien se jwassalni biex nibda nipprattika l-atleika, li hija l-passjoni tiegħi u ma nimmaġinanix nagħmel xi tip ta' sport ieħor. Illum il-ġurnata, ta' 49 kilo, dejjem naspira biex intejjeb il-ħiliet tiegħi f 'dan il-qasam. Fil-bidu, kont nattendi xi ftit klassijiet ta' attivitajiet tal-fiżika intensivi. Però rrealizzajt li kien hemm bżonn li jkolli għan speċifiku sabiex iżommni motivata. Kont iffurtunata biżżejjed li kelli niltaqa' ma' Carmen Hili, atleta professjonali li rebhet il- maratona ta' Malta ghal diversi drabi. Issuġġeriet li mmorru niġru fir-rotta ta' Binġemma li hija r-rotta prinċipali tal-"Malta championships for Mountain running" u wara li ppruvajt ir-rotta għal xi drabi, kont fiżikament kapaċi nieħu sehem fit-tellieqa. Grazzi għall-persistenza u d-determinazzjoni, kienu dawn li wassluni biex nieħu sehem fl-ewwel kompetizzjoni tal-ġiri f 'Mejju 2017. L-eċitament li ħassejt waqt l-ewwel tellieqa żiditli l-motivazzjoni biex inkompli nirsisti biex nibda nipprattika l-atletika b'mod serju. Minnufih, ċempilt lill-kowċ tiegħi Ivan Rozhnov li mill-ewwel aċċetta li ningħaqad mal-grupp ta' atleti li jieħu ħsieb hu u minn hemm bdejt niżviluppa l-ħiliet tiegħi fl- atletika. Minn sessjoni għall-oħra, kompetizzjoni wara kompetizzjoni, negħleb ostaklu wieħed wara ieħor. Niftakar meta rnexxieli negħleb l-ewwel ostaklu, fejn ġirja ta' 5km għamiltha f 'inqas minn 21 minuta, imbagħad 20, 19 u llum il-ġurnata, il-ħin irnexxieli nniżżel il-ħin sa 18-il minuta u 31 sekonda u b'hekk ninsab fil-11-il post fuq il-lista tal-aqwa atleti nisa f 'Malta, u ta' dan tgħidx kemm inħossni kburija. Madanakollu, mhux ħa nieqaf hawn. Nemmen li għad fadalli ħafna iktar għanijiet x'nilħaq u ser nibqa' nistinka biex insir dejjem aħjar. Tikkunsidra li ilni fix-xena tal- isport għal ftit iktar minn sena u nofs, il-kowċ u jien ikkommettejna ruħna biex naħdmu iżjed ħalli dejjem nilħqu livelli ġodda. Iddeskrivi l-esperjenza tiegħek meta riċentament ħadt sehem b'suċċess fin-Nofs Maratona ta' Pisa fl-Italja. Kienet l-ewwel esperjenza tiegħi barra minn Malta u kienet waħda eċċezzjonali mill-bidu sal-aħħar. Kelli l-opportunità li nsiefer mal-membri l-oħra tat-tim tiegħi, li ta' inqatta' ħafna ħin magħhom waqt it-taħriġ tal-atletika. Kienet esperjenza liema bħalha minħabba li kien hemm atleti minn madwar id-dinja kollha li ngħaqdu għal din it-tiġrija. F'dawk il-ftit sekondi qabel ma bdiet it- tellieqa, meta tħares madwarek u tara eluf ta' atleti oħra u tirrealizza li inti parti minn dan l-avveniment tant kbir, tħoss emozzjoni qawwija u inspjegabbli. Apparti l-fatt li t-tellieqa kienet tfisser ħafna għalija għax kienet esperjenza ġdida minnha nfisha, ninsab grata ħafna li kelli l-opportunità li għall-ewwel ftit kilometri, niġri spalla ma' spalla ma' Carmen, il-persuna li introduċietni f 'dan l-isport. Irnexxieli ntejjeb il-ħin tal-ġiri tiegħi b'seba' minuti, u dan wassalni biex nikseb l-14-il pożizzjoni minn madwar 1000 mara oħra. Kien akkwist kbir li żiedli l-motivazzjoni biex nibqa' nistinka u biex dejjem nagħti l-aħjar tiegħi. Kemm jien kif ukoll il-kowċ nemmnu li għandi potenzjal kbir li nirnexxi f 'dan l-isport u lesta li nagħmel minn kollox biex inkompli niżviluppa l-ħiliet atletiċi tiegħi. Ta' kemm bdejt tipprattikka l-atletika? Kelli 23 sena, u llum għandi 25. Biex inkun preċiża, sena u nofs ilu bdejt. Qatt ma kont xi bniedma sportiva iżda ġie perjodu fejn kont imħajra sew biex nibda nipprattika l-isport u hekk għamilt. Liema kienu l-aħjar ħin tiegħek sa issa? 5 k – 18:31; Half Marathon Pisa – 1:27:16 ; 10K – 39:55 u 1.500M (track) – 5'14''. Il-media tagħtikom biżżejjed pubbliċità jew dan isir waqt kompetizzjonijiet importanti bħalma huma l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar? Fejn jidħol kull tip ta' sport, naħseb li saru diversi avvanzi rigward pubbliċità, grazzi għal nies bħalek li jiddedikaw l-ħin biex ikun hawn aktar tagħrif dwar dan l-isport. Però, nemmen li fadal ħafna xi jsir u qatt ma jista' jkun hemm pubbliċità żejda. Għandek xi ħolma li tixtieq tikseb fl-atletika? L-għan tiegħi huwa li nkompli niżviluppa l-potenzjal tiegħi u biex dejjem insir aħjar. Il-ħolma tiegħi hija li nikklassifika mal-ewwel tlieta fil- Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar biex b'hekk inpoġġi isem Malta fil-quċċata fejn tidħol l-atletika. X'sagrifiċċji u impenji jitlob l-isport li int tipprattika? L-impenn huwa kbir u jekk ma tikkomettix ruħek għalih qatt ma jista' jirnexxielek tilħaq il-potenzjal tiegħek. Mhix kwistjoni ta' sagrifiċċju jekk qed tagħmel xi ħaġa daqshekk għal qalbek. Jien ma narahiex hekk. Madanakollu, importanti li inti bħala persuna tkun li żżomm id-dixxiplina miegħek innifsek fejn jidħol ikel, ħruġ u attivitajiet oħra. Minn dan l-aspett nixtieq nirringrazzja lill- familja tiegħi, speċjalment lil ommi tal-paċenzja kollha li tieħu. Kollox iħoll u jorbot mal-isport u trid tkun lesta li tikkommetti ruħek bi sħiħ għall-impenji li jġib miegħu. Sintendi, il-kowċ jispirani u jagħtini l-kuraġġ biex dejjem nibqa' għaddejja għax dak li jagħmlek aħjar m'għandux limitu. Għalkemm l-atleti li tikkompeti magħhom huma wkoll ħbieb tiegħek, ninsab persważ li jidħol ukoll ċertu sens ta' kompetizzjoni fejn wieħed ikun irid jikseb ħin aħjar mill-ieħor. Il-kummenti tiegħek. Avolja aħna ħbieb sew, dejjem jidħol xi ftit sens ta' kompetizzjoni. Però, ngħinu ħafna lil xulxin u ninkoraġġixxu lil xulxin biex dejjem insiru aħjar u biex nilħqu livelli ogħla. X'kompetizzjonijiet prinċipali se tieħu sehem fihom fil-futur qrib? 'Il-ħolma tiegħi hija li nikklassifika mal-ewwel tlieta fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar biex b'hekk inpoġġi isem Malta fil-quċċata fl-atletika' Cristian Antony Muscat Rachel Borg - fost l-aqwa atleti li pproduċiet l-atletika lokali f'dawn l-aħħar snin u li qed tħares lejn il- futur tagħha f'dan l-isport b'ottimiżmu kbir, fejn għandha l-għan ewlieni li tagħmel isem għal pajjiżna f'edizzjonijiet tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fis-snin li ġejjin Ma tistax tassumi li għax xi darba kont tajba f 'xi ħaġa mela ħa tibqa' tajba fiha għal dejjem. Kollox irid il-prattika u l-ħin tiegħu " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019