Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755
Sports 28 ILĦALBA xita li għamlet eżatt qabel il-bidu tal-aħħar tellieqa tal-Eurosport Trail Running League, organizzata minn Agones SFC, ikkontribwixxiet għal kundizzjonijiet iktar diffiċli għall-146 atleta li ħadu sehem f 'tellieqa mifruxa fuq 19-il kilometru kmieni nhar il-Ħadd filgħodu. Minkejja li l-kundizzjonijiet kienu tajbin għall-parti l-kbira tat-tellieqa, xita bil-qliel ħakmet lil bosta atletli lejn it-tmiem tat-tellieqa. Ir-rotta tal-Victoria Lines bdiet mill-Madliena u kompliet lejn il- Lvant ta' Malta fejn spiċċat f 'Fomm ir-Riħ. Ir-rotta ħadet l-atleti fuq rotta miżgħuda b'fortifikazzjonijiet storiċi u veduti mill-isbaħ flimkien ma' mogħdijiet li ma tantx huma magħrufa. Il-V19, kif inhi magħrufa fil- komunità tat-trail running, iċċelebrat it-tmien sena tagħha u bħal fit-tlielaq l-oħra kollha rduppjat in-numri ta' parteċipazzjoni. Ryan Farrugia, (Raptorz Running Club) rebbieħ tat-tellieqa u l-kampjonat ġenerali, ikkummenta li l-ammont ta' xita li għamlet qabel il-bidu tat-tellieqa kkawżat ir-rotta tkun tiżloq ħafna, speċjalment fl- inżul. Dan fisser li ħafna mill-atleti kellhom jagħmlu sforz ikbar biex iżommu tal-bilanċ tagħhom. Farrugia kompla jispjega li din it-tellieqa hija waħda mill-favoriti tiegħu u ħa gost itellaq ma' Florian Gall, li żammu post flimkiem matul kważi t-tellieqa kollha. Ir-rebbieħ tal-kategorija tan-nisa kienet għal darb'oħra Tara Abdilla (La Salle AC) li niżżlet isimha fuq il-kotba tal-istorja bħalha rebbieħa assoluta matul il-kampjonat kollu, minkejja xi kompetizzjoni tajba mill-veterana Carmen Hili (St Patrick's AC). Fl-aħħar tat-tellieqa Abdilla spjegat li filwaqt li r-rebħa kienet xi ħaġa li ħadmet għaliha, il-mira tagħha kienet li tirreġistra ħin ta' inqas minn siegħa u ħamsa u tletin minuta. Abdilla fil-fatt irreġistrat ħin ta' siegħa u 33 minuta. Fit-tielet post daħlet Dzintra Grech. Il-premijiet għall-ewwel tliet atleti nisa u rġiel tat-tellieqa ġew ippreżentati bil-premjijiet u trofej mis-Sur Johann Mifsud, Sports Executive u rappreżentant tal- Eurosport Malta, l-isponsors ewlenin tal-avveniment. "L-atleti, kemm Maltin kif ukoll barranin isibu r-rotta ta' sfida iżda mhux impossibli. Dan minħabba li d-distanza u l-gwadann ta' elevazzjoni li jridu jkopru huma adattati għall-atleti ta' livell għoli li qed ifittxu sfida partikolari kif ukoll għal atleti dilettanti li sempliċiment jixtiequ jgawdu avveniment f 'atmosfera tajba, kif ukoll l-aspett kulturali u storiku tar-rotta," spjega Warren Muscat, il-president ta' Agones SFC fi tmiem it-tellieqa. "Dan jagħmilha l-iktar avveniment tat-trail running mfittxa mit-trail runners f 'Malta. It-tellieqa qed tattira ħafna atleti barranin li qed iħarsu lejn avveniment fil-Gżejjer Maltin." Agones SFC tixtieq tesprimi l-gratitudni tagħha lill-voluntiera li assistew matul il-kampjonat, l-awtoritajiet lokali u l-isponsers tagħha. Il-Eurosport Trail Running League 2019 kien sponsorjat mill- Eurosport, bl-appoġġ ta' Nature Valley, Torq Nutrition kif ukoll l-appoġġ tal-Awtorità Maltija tat- Turiżmu u il-Kunsilli Lokali tan- Naxxar u l-Imġarr. illum Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 Ryan Farrugia u Tara Abdilla jirbħu l-Eurosport Trail Running League Ryan Farrugia u Tara Abdilla • Ritratti: Agones SFC Riżultati – Ir-Raba' Tellieqa IRĠIEL NISA L-ewwel post Ryan Farrugia Tara Abdilla (Raptorz Running Club) (La Salle AC) It-tieni post Florian Gall Carmen Hili (St. Patrick's AC) It-tielet post Ryan Saliba Dzintra Grech Riżultati Finali – Klassifika Ġenerali IRĠIEL NISA L-ewwel post Ryan Farrugia Tara Abdilla (Raptorz Running Club) (La Salle AC) It-tieni post Gerald Grech Carmen Hili (AS Libertas) (St. Patrick's AC) It-tielet post Alan Curmi Bronwyn Hunter