Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

29 Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 | illum Sports Il-Kampjonat tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu beda nhar il-Ħadd 28 ta' April bl-ewwel tiġrija minn tlieta kontra l-ħin fuq iċ-ċirkwit tal-Bypass tal-Mrieħel. Suċċess għaċ-ċiklisti tat- Team Greens fejn Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina rebħu l-kategoriji prinċipali tal-Elite. Fil-fatt Etienne Bonello għamel it-tmien dawriet tiegħu f '27:45.14. Warajh spiċċaw rispettivament Wayne Spiteri ta' Mosta AF Sign Studio CC li fir- ritorn tiegħu għamel ħin ta' 27:50.73. It-tielet spiċċa Christian Formosa ta' The Cyclist f '27:54.48. Marie Claire Aquilina tat- Team Greens spiċċat l-ewwel fil-kategorija tan-Nisa meta għamlet it-tmien dawriet tagħha f 'ħin ta' 31:15.16. Hija kienet segwita minn seħbietha Lara Buttigieg f '32:46.00, b'Margaret Seguna ta' Mosta AF Sign Studio CC tidħol it-tielet f 'ħin ta' 34:27.23. Il-Kategorija tal-Masters 40+ intrebħet minn Ivan Zammit ta' B'Kara St. Joseph SC f '29:54.95. Huwa kien segwit minn Paul Zarb ta' The Cyclist (30:30.91) u Ramon Grech ta' Agones SFC (30:40.94). Il-Kategorija tal-Masters 50+ rat suċċess ta' Peter Horton ta' The Cyclist (30:46.08). Warajh daħlu Kevin Muscat ta' Mosta AF Sign Studio CC (30:58.30) u Joseph Zammit ta' Team Greens (34:43.24). Il-Kategorija l-ġdida tal- Under 23 intrebħet minn Bernard Sant ta' Mosta AF Sign Studio CC f 'ħin ta' 29:01.48. Warajh spiċċaw Brandon Sultana ta' Gozo CC (29:31.62) u Nicholas Attard Montalto ta' The Cyclist (30:01.34). Luke Borg ta' The Cyclist kompla fejn ħalla fit-Tour ta' Malta meta fid-debutt tiegħu fil- kampjonati spiċċa rebbieħ fil-Kategorija tal-Juniors f 'ħin ta' 31:06.89. Warajh spiċċaw rispettivament żewġ ċiklisti ta' Mosta AF Sign Studio CC, Sean Enriquez (32:18.68) u Malcolm Vassallo (32:21.63). Il-Kategorija Maskili tal- Under 16 intrebħet minn Jacob Schembri ta' Mosta AF Sign Studio CC li temm is-sitt dawriet tiegħu f 'ħin ta' 23:11.08. Warajh daħal sieħbu Matthew Galea Pirotta (23:15.88) u Darren Sultana ta' Gozo CC (24:34.20). Kristina Spiteri ta' The Cyclist (27:56.66) rebħet l-istess kategorija Feminili. Il-Kategorija Maskili tal- Under 14 intrebħet minn Miguel Galea ta' The Cyclist CC li spiċċa l-erba' dawriet tiegħu f 'ħin ta' 17:15.20. Warajh spiċċaw Jaeken Galea ta' Mosta AF Sign Studio CC (17:47.05) u Luca Vella ta' B'Kara St.Joseph SC (18:11.00). Hannah Dandria ta' Mosta AF Sign Studio CC rebħet l-istess kategorija Feminili f 'ħin ta' 17:25.28. Hija kienet segwita minn Valentina Soler (21:43.39). Il-Kategorija tas-Subien Under 12 intrebħet minn Jonas Micallef ta' Mosta AF Sign Studio CC li għamel id-dawra tiegħu f '04:49.00. Warajh spiċċaw Luca Teuma ta' Mosta AF Sign Studio CC (05:03.00) u Jake Vella ta' The Cyclist CC (06:32.00). L-istess Kategorija tat- Tfajliet intrebħet minn Martina Darmanin Tedesco ta' Mosta AF Sign Studio CC (04:55.00) quddiem Kate Vella tat-Team Greens f '08: 38.00. Fi tmiem it-tiġrijiet, John Zammit u Joe Bajada, President u Segretarju Ġenerali tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu għamlu l-premjazzjoni tal-medalji lir-rebbieħa. It-tiġrija li jmiss ser tkun proprju llum il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 fis-7.30am, l-ewwel waħda minn tlieta tal-Kampjonat Road Race f 'San Martin. Ir-rebbieħa kollha kienu dawn: Elite 1. Etienne Bonello – Team Greens CC 27:45.14 2. Wayne Spiteri - Mosta AF Sign Studio CC 27:50.73 3. Christian Formosa - The Cyclist 27:54.48 Nisa 1. Marie Claire Aquilina - Team Greens 31:15.16 2. Lara Buttigieg - Team Greens 32:46.00 3. Margaret Seguna - Mosta AF Sign Studio CC 34:27.23 Juniors 1. Luke Borg - The Cyclist 31:06.89 2. Sean Enriquez - Mosta AF Sign Studio CC 32:18.68 3.Malcolm Vassallo- Mosta AF Sign Studio CC 32:21.63 Il-Kategoriji l-oħra ntrebħu hekk: Masters 40+ 1. Ivan Zammit - B'Kara St.Joseph SC 29:54.95 2. Paul Zarb - The Cyclist 30:30.91 3. Ramon Grech – Agones SFC 30:40.94 Masters 50+ 1. Peter Horton - The Cyclist 30:46.08 2. Kevin Muscat - Mosta AF Sign Studio CC 30:58.30 3. Joseph Zammit - Team Greens 34:43.24 Under 23 1. Bernard Sant - Mosta AF Sign Studio CC 29:01.48 2. Brandon Sultana – Gozo CC 29:31.62 3. Nicholas Attard Montalto - The Cyclist 30:01.34 Under 16 Maskili 1. Jacob Schembri - Mosta AF Sign Studio CC 23:11.08 2. Matthew Galea Pirotta- Mosta AF Sign Studio CC 23:15.88 3. Darren Sultana – Gozo CC 24:34.20 Under 16 Feminili 1. Kristina Spiteri - The Cyclist 27:56.66 Under 14 Maskili 1. Miguel Galea – The Cyclist CC 17:15.20 2. Jaeken Galea - Mosta AF Sign Studio CC 17:47.05 3. Luca Vella – B'Kara St.Joseph SC 18:11.00 Under 14 Femminili 1. Hannah Dandria - Mosta AF Sign Studio CC 17:25.28 2. Valentina Soler - Mosta AF Sign Studio CC 21:43.39 Under 12 Maskili 1. Jonas Micallef - Mosta AF Sign Studio CC 04:49.00 2. Luca Teuma- Mosta AF Sign Studio CC 05:03.00 3. Jake Vella - The Cyclist CC 06:32.00 Under 12 Femminili 1. Martina Darmanin Tedesco - Mosta AF Sign Studio CC 04:55.00 2. Kate Vella – Team Greens CC 08:38.00 Etienne Bonello u Marie Claire Aquilina jirbħu l-ewwel Time Trial tal-2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019