Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755
illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju2019 7 VotEWROPA 2019 illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju2019 7 VotEWROPA 2019 Kunsilli Lokali: x'ġara u x'jista' jiġri? (8) L-aħħar waħda. Dan huwa t-tmien u l-aħħar artiklu minn sensiela li ppubblikat din il-gazzetta u li permezz tagħhom tat ħarsa lejn l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali l-lokalitajiet kollha. Illum qed inkomplu nħarsu lejn aktar lokalitajiet f'Għawdex, fejn f'uħud minnhom, l-elezzjonijiet lokali ta' din is-sena, jafu jkunu interessanti ħafna Minn Yendrick Cioffi F'DAN it-tmien artiklu minn sensiela dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, il-gazzetta ILLUM qed tagħti ħarsa lejn aktar lokalitajiet f 'Għawdex. Il-lokalitajiet Għawdxin li qed nanalizzaw illum joffru, tista' tgħid minn kollox: fortizzi tal-partiti, bħal San Lawrenz u Ta' Sannat, lokalitajiet fejn il-maġġoranza nqalbet, bħax- Xagħra u l-Qala u lokalitajiet fejn vot ta' kandidat indipendenti jistgħu jfissru daqqa ta' ħarta għall-partit li dejjem kiseb maġġoranza, bħal fil-każ taż-Żebbuġ. Kif għamlet tul dawn l-aħħar ġimgħat, l-ILLUM qed tħares lejn ir-riżultati tal-aħħar tliet elezzjonijiet lokali f 'dan il-lokalitajiet, fid-dawl tal-kuntest politiku li fihom saru, jekk magħhom sarux elezzjonijiet oħra u x'effett ħallew kandidati indipendenti. San Lawrenz: raħal żgħir iżda fortizza kbira Nazzjonalista San Lawrenz tista' tkun waħda mill-iżgħar lokalitajiet f 'Għawdex iżda hija wkoll waħda mill-aktar fortizzi qawwija Nazzjonalisti. Kieku wieħed kellu jħares lejn l-aħħar tliet elezzjonijiet lokali f 'dan ir-raħal fit-tarf ta' Għawdex, jinnota li l-Partit Nazzjonalista baqa' jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu. Fl-elezzjoni lokali tal- 2007, sena biss qabel elezzjoni ġenerali, il-Partit Nazzjonalista kiseb 278 vot u l-Partit Laburista 135. Forsi d-distakk ma jidhirx daqshekk kbir iżda għal lokalità żgħira bħal San Lawrenz, dan id-distakk huma wieħed sostanzjali tant li jfisser li l-Partit Nazzjonalista kiseb 67% tal-voti. L-elezzjoni lokali li kien imiss saret fl-2012, sena qabel l-elezzjoni li rebaħ il-Partit Laburista, fejn f 'Għawdex kien hemm ċaqlieqa kbira favur il-Partit Laburista. Madanakollu, f 'San Lawrenz il-Partit Laburista baqa' fl-istess ilma biex kiseb 139 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista żied u kiseb 309 voti. L-aħħar elezzjoni lokali saret fl-2015, mar- referendum dwar il-kaċċa. Jekk inħarsu lejn it- turnout, minkejja li wieħed kien jistenna li aktar nies kienu se jivvutaw, jirriżulta li ħarġu inqas mill- elezzjoni lokali tal-2012. Madanakollu, dan ftit li xejn affettwa lill-Partit Nazzjonalista tant li żied il-voti 343) biex kiseb 75% tal-voti kollha mitfugħa. Il-Partit Laburista spiċċa biex naqqas il-voti u kiseb 115-il vot. Wieħed jistenna li din is- sena aktar nies se jivvutaw, ġaladarba l-elezzjoni lokali se ssir ma' dik tal-Parlament Ewropew. X'aktarx li ż-żewġ partiti jżidu fil-voti tagħhom, iżda ftit li xejn hemm ċans li dan jaffettwa l-maġġoranza Nazzjonalista f 'dan ir- raħal. Għal San Lawrenz, il- Partit Nazzjonalista ħareġ żewġ kandidati, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista għandu erba' kandidati. Tkompli f 'paġni 8 u 9