Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 3 VotEWROPA 2019 63% Sors: justice scoreboard SKONT L-AĦĦAR RAPPORTI TAL- UNJONI EWROPEA, 63% TAL-KUMPANIJI LOKALI JEMMNU LI L-ĠUDIKATURA HI INDIPENDENTI C M Y CM MY CY CMY K Minn Yendrick Cioffi ILKANDIDAT indipendenti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Arnold Cassola, saħaq mal-gazzetta ILLUM li hu jemmen li s-sistema tal-wirt tal- voti, din is-sena tista' taħdem favur il-kandidati indipendenti u l-partiti żgħar. L-ILLUM iltaqgħet ma' Cassola u staqsietu jekk jaħsibx li d-deċiżjoni li jitlaq mill- Alternattiva Demokratika kinitx waħda mgħaġġla u tfissirx daqqa ta' ħarta għal dan il-partit li tant ħadem għalih. Madanakollu, Cassola ftit li xejn kien entużjast li jitkellem dwar dak li hu sejjaħlu bħala kapitlu magħluq. Insista biss li l-prinċipji tiegħu jibqgħu fissi u anke jekk l-Alternattiva ddikkjarat li hi kontra l-abort, hu lanqas mad- diskussjoni dwar dan is-suġġett, kif ipproponiet il-kandidata Mina Tolu, ma jaqbel. Jibqa' l-fatt li għall-Alternattiva, Cassola, dejjem fisser numru sostanzjali ta' voti. Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2004, fl-ewwel għadd, kiseb 22,938 vot. Fl-2009 5,235 u fl-2014 5,891 vot. Allura ma jaħsibx li wara li tant ikkampanja biex jiġġieled il-mentalità taż-żewġ partiti, kien qed jagħti daqqa ta' ħarta "lit- tielet vuċi." "Assolutament le," saħaq Cassola waqt li spjega li jemmen li s-sistema tal-wirt tal-voti tista' taħdem favur il-partiti ż-żgħar u l-kandidati indipendenti. 'Hemm opportunità tad- deheb għall-partiti ż-żgħar u l-indipendenti' Il-Professur insista li jekk mis-sondaġġi wieħed iwarrab lil Norman Lowell (li ddeskrivieh bħala "l-Lemin Nazzist"), jidher li hemm 4.5% li qed jgħidu li se jivvutaw lill-kandidati indipendenti jew inkella lill- partiti ż-żgħar. "Hemm qegħdin," saħaq Cassola. "Jien qed ngħid ivvutaw lili, u komplu fuq l-Alternattiva Demokratika u l-Partit Demokratiku u kandidati oħra validi. B'hekk il-vot jibqa' għaddej. Xi ħadd minna jista' jibqa' hemm sal-aħħar." Fil-fatt, Cassola jidher pożittiv. "Illum, ftit jiem qabel l-elezzjoni ngħidlek li hemm opportunità tad-deheb. Hemm rispons enormi," kompla jisħaq Cassola waqt li insista li l-kandidati indipendenti u l-partiti żgħar jistgħu jaħdmu biex jikkonvinċu aktar nies u biex jinsistu dwar it-trasferiment tal-voti. Staqsejnieh jekk hux qed jgħid li l-partiti ż-żgħar, jew inkella xi kandidat indipendenti jistgħu fil- fatt itellgħu siġġu, b'Cassola jisħaq li "diffiċli imma hemm qegħdin." "4.5% mhux biżżejjed, iżda jekk naslu għas-7% jew it-8% nkunu viċin. Ma ninsewx li l-aħħar żewġ siġġijiet jew tlieta, jitilgħu bla kwota… Tista' titla' bl-10% fl-aħħar għadd. Għalhekk importanti t-trasferiment tal- voti." Kien hawn li Cassola staqsa lill- votanti jekk ġaladarba, skont is- sondaġġi, il-PN tilef it-tielet siġġu, iridux li dan "imur jippremja lil- Labour ta' Konrad Mizzi, ta' Keith Schembri u ta' Neville Gafà." "Dan ikun diżastru akbar għal Malta, bl-arroganza ta' dawn in-nies li kissru r-reputazzjoni ta' Malta… Dawn in-nies ma ħaqqhomx jiġu ppremjati," insista. X'jaħseb dwar il- popolarità ta' Norman Lowell Ma stajniex ma nirreferux għall-fatt li l-aħħar sondaġġi ta' din il-kamra tal-aħbarijiet urew li Normann Lowell huwa t-tielet l-aktar popolari wara l-partiti l-kbar. Għalfejn, fil-kalkolu tiegħu, għażel li jwarrab fil-ġenb il-voti ta' Lowell? "Jiena ma rridx ningħaqad mal- voti ta' Lowell," insista. "Hija realtà li hawn min lest jivvota għall-persuna li jrid joqtol it-trabi b'diżabilità sa siegħa wara li jitwieldu. Li trid li jiġu sterilizzati l-irġiel li skontu huma injoranti. Li tgħid li Hitler huwa wieħed mill-aqwa figuri li rat id-dinja u li tqis lin-nisa Maltin bħala ċwieċ," kompla jisħaq biex jiftaħ għajnejn il-votanti. U l-fatt li ħiereġ waħdu? Se jaffetwalu l-voti? Ftit deher inkwetat għax qal li r-rispons li qed ikollu huwa eċċellenti. "Kuljum qed ifittxuni nies ġodda…Naħseb li hemm potenzjal enormi. Fiduċjuż." Cassola jiftaħ il-kanuni fuq il-programmi politiċi Tkellimna wkoll dwar il-bojkott li hu għamel lill-programm Xarabank għax hu u kandidati indipendenti kienu mistiedna biss biex ikunu fl-udjenza u mhux fuq il-podiums jiddibattu. Ma jaħsibx li tilef opportunità li jwassal il-messaġġ tiegħu? "Lest li nitlef dik il-possibbilità għax id-dinjità u r-rispett jiġu qabel kollox," saħaq Cassola waqt li ddeskriva programmi ta' diskussjoni tax-xandir tal-istat u d-dibattiti tal-Awtorità tax- Xandir bħala "porkerija." "Il-partiti ż-żgħar u l-kandidati indipendenti dejjem ikun żvantaġġati," insista Cassola u dan fi kliemu huwa kollu tort tal- mentalità u l-liġijiet li daħlu fis-seħħ il-partiti l-kbar. "Anke issa. Taparsi jrid idaħħal lin- nisa fil-Parlament u x'jipproponulek? Kwoti għan-nisa Laburisti u n-nisa Nazzjonalisti. X'insult. Jekk ma tkunx mara Laburista jew Nazzjonalista li tilgħaq il-mexxej ma tidħolx fil-kwoti," insista Cassola. 'Inpoġġi mal-Ħodor imma nibqa' kontra l-abort' Biddilna d-diskors u tkellimna dwar il-ħidma tiegħu jekk ikun elett. Ma' liema grupp se jissieħeb? Cassola wieġeb bla tlaqliq li jpoġġi mal-Partit tal- Ħodor anke jekk ikkonfermajna miegħu li huwa favur l-abort. "Inpoġġi mal-Greens bħala kandidat indipendenti. Ikun hemm ftehim minn qabel biex fuq kwistjonijiet morali nivvota skont il-kuxjenza u mhux skont il-partit," spjega Cassola. "Normalment jaċċettaw. Jekk le npoġġi mal-grupp imħallat." U f 'liema kumitati jaħdem? Il-Professur Cassola qal li jixtieq jaħdem fil-Kumitat għall-Affarijiet Internazzjonali, li jiddiskuti kwistjonijiet bħall- faqar u l-immigrazzjoni. Jixtieq jaħdem ukoll fil-Kumitat dwar il-Petizzjonijiet, f 'liema kumitat, ċittadin jista' jressaq talbiet, biex, fi kliemu, dawk il-kwistjonijiet li f 'Malta jkunu injorati, jimbuttahom quddiem il-Parlament Ewropew. 'Franco Mercieca espert tal-katarretti mhux tal- mina' Tkellimna fit-tul ukoll dwar il-mina bejn Malta u Għawdex, b'Cassola jisħaq li jekk ikun elett jagħmel minn kollox biex din ma ssirx. "Il-mina se tfisser ħsara enormi, soċjali, ekoloġika u finanzjarja," saħaq. Iżda staqsejnieh kif inhu daqshekk ċert ġaladarba fadal studji xi jsiru, b'Cassola jwieġeb li qabel jitkellem jagħmel ir-riċerka tiegħu u jitkellem man-nies, inkluż ma' ġeoloġisti. Kien hawn li insista li filwaqt li Franco Mercieca, Chris Said, Joseph Muscat u Ian Borg iffissaw fuq il-mina, l-istudji se jagħtu raġun lilu. "Jiena ma nifhimx saħta. Franco Mercieca ma jifhimx saħta daqsi. Jista' jħaffer l-għajnejn u jneħħi l-katarretti kemm irid, imma mhux jiġi jgħidli li ma jippubblikax l-istudju ġeoloġiku preliminari biex ma jallarmax in- nies," saħaq Cassola. "Ħarbitlu." Kien hawn li insista li ma jagħmilx sens li jibda l-proċess għall-bini tal-mina, bl-istudji jsiru wara u l-implimentatur jaddatta skont iċ-ċirkostanzi. "Trid tkun miġnun, irresponsabbli u kriminali biex taġġixxi b'dak il- mod," saħaq Cassola. "Huwa rresponsabbli l-Partit Nazzjonalista li vvota favur il-mina qabel ma saru l-istudji," kompla waqt li kkritika lil Adrian Delia li jbiddel fehmtu skont "id-daqqa" kif fi kliemu għamel diversi drabi. U l-kaċċaturi? Se jagħlaq għajnejh? Il-kaċċaturi. Ma tantx iħarsu lejn Cassola b'mod sabiħ. X'jaħseb dwar id-deroga għall- kaċċa fir-rebbiegħa u dwar il-fatt li fl-Awstrija l-insib huwa permessibbli? Beda billi insista li hu mhux se jipprostitwixxi ruħu għall-voti. Insista li jibqa' jaħdem kontra l-kaċċa fir-rebbiegħa, waqt li spjega kif fl-Awstrija l-insib huwa permessibbli biss b'xibka ta' metru u l-għasafar jiġu lliberati. "Hemm kwistjonijiet li dwarhom tista' tilħaq kompromess. Oħrajn le. Il- prinċipji jibqgħu prinċipji," temm Cassola. 'Siġġu ieħor għall-PL ikun diżastru kbir għal Malta' Arnold Cassola. Telaq mill-Alternattiva u se jikkontesta waħdu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Imma jaħseb li għandu ċans? Ma jaħsibx li kompla jaqsam il-voti tal-partiti ż-żgħar? U jekk elett x'jagħmel dwar il-mina u l-kaċċaturi?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019