Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 | illum jkunu aktar voċiferi favur il-kaċċa' Maltin setgħu għamlu ħafna aktar. "Jiena nixtieq li jkun hemm imbuttatura akbar, mhux biex immorru kontra s-sostenibbiltà, iżda biex nieħdu dak li għandu ħaddieħor. Fil-PE rridu nkunu aktar voċiferi fuq il-kaċċa. Inutli noqogħdu niddiskutu l-kaċċa lejlet elezzjoni mbagħad ħadd ma jnissel kelma f 'ħames snin. U jiena m'iniex kaċċatur iżda dejjem se nkun qiegħed naħdem għall-Malti," saħaq Agius Saliba. 'Il-piż tal-imigrazzjoni jrid jinqasam bejn il-pajjiżi kollha tal-UE' Naqilbu s-suġġett u nitkellmu fuq kwistjoni kontroversjali oħra li qed tiddomina l-istat tal-Unjoni Ewropea, l-imigrazzjoni. Inkun skjett u nistaqsih direttament jekk jaqbilx mal-pushbacks. Agius Saliba jiddikjara li, "naqbel li kull stat membru għandu jżomm sod. Pajjiżna meta kellu bżonn isabbat saqajh biex ma jispiċċax tapit kellu jagħmilha din." Agius Saliba jkompli jsostni kif is-sitwazzjoni u l-politika tal-UE trid timxi mill-kliem għall- fatti. "Ikollna ħafna dikjarazzjonijiet sbieħ fuq solidarjetà u l-importanza li ma jintilfux ħajjiet iżda fl-aħħar mill-aħħar għandna UE maqsuma min-nofs." "Din se tkompli tkabbar il-popolarità tal-partiti tal-lemin li ma jistgħux joffru soluzzjoni, bħalma ma offriex il-Gvern ta' Salvini fl-Italja. Ma nistgħux nibqgħu nistrieħu fuq il-Prim Ministru tagħna biex jieħu ħsieb waħdu din il-problema," jgħid Agius Saliba. Żied jgħid li jeħtieġ li nsibu soluzzjoni li biha l-piż jinqasam bejn l-istati membri kollha, għaliex attwalment il-piż qed jintrefa' mill-pajjiżi tal- fruntieri. Jekk ma jsir xejn hu jemmen li dan se jżid il-fervent fl-Ewropa. 'Tista' tkun soċjalist u kontra l-abort' Ġaladarba tkellimna fuq kwistjonijiet jaħarqu, ma stajtx ma nistaqsihx dwar l-abort hekk kif aktar kmieni dil-ġimgħa, is-sit illum.com. mt irrapporta kif disgħa mill-14-il kandidat tal-Partit Laburista għall-Ewropa, ma tennewx il-pożizzjoni tagħhom fuq l-abort. Minkejja dan, Agius Saliba kien wieħed li ddikkjara li huwa kontra l-abort. Staqsejtu jekk jaħsibx li fi ħdan il-Partit Laburista, b'element ta' politika liberali li tgawdi appoġġ ukoll fil- grupp Ewroparlamentari tas-Soċjalisti u Demokrattiċi li jagħmel parti minnu l-PL, jeżistix moviment favur l-abort. Huwa jibda biex jerġa' jiddikjara li huwa kompletament u dejjem kontra l-abort. "Nemmen li bħala pajjiż għandna valur uniku. Jien kont fuq ta' quddiem biex niġġieled għad-divorzju u drittijiet ta' riproduttività. Dejjem kont favur il-ħajja u favur lejn l-iktar nies li m'għandhomx leħen u li ma jista' jipproteġihom ħadd għajr ommhom. Nemmen li dik il-persuna għandha dejjem ikollha leħen." Agius Saliba jirrakkonta episodju li jixhed il- pożizzjoni tiegħu fuq din il-materja. "Seba' snin ilu kont kandidat għall-Viċi President taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropew. Kont viċin ħafna li nkun elett, però l-pożizzjoni tiegħi kontra l-abort f 'għaqda li kellek ħafna membri voċiferi favur l-abort, ma ħadmitx favur tiegħi." Wara dan ir-rakkont qasir, pront staqsejtu jekk hux possibbli li tkun tħaddan politika xellugija iżda, kontra l-abort. Bla eżitazzjoni ta' xejn u jisħaq li, "jien favur il-ħajja. Iva, tista' tkun soċjalist u tkun kontra l-abort." Il-Partit tal-Ħaddiem tilef ir-ruħ soċjali? Fi tmiem l-intervista, nistaqsi lil Agius Saliba jekk jaħsibx li l-Partit Laburista tilef uħud mill-valuri li proprju twaqqaf għalihom, fosthom il-ħidma favur iż-żgħir u t-trapass bejn klassi soċjali u oħra. Huwa jirrispondi u jispjega kif skontu l-Partit Laburista rnexxielu jsib bilanċ. "Inutli tkun soċjalist utopjan u tispiċċa dejjem fl-oppożizzjoni kif hawn bħalissa f 'diversi pajjiżi madwar l-UE. Aħna qed nammettu li hawn dawn ir- realtajiet u qed naħdmu biex insolvuhom." Huwa qal li ħafna mill- problemi li telgħu fil- quċċata tad-diskussjoni politika kienu kaġun tas-suċċess ekonomiku bla preċedent filwaqt li jiddikjara li l-Gvern attwali jinsab kommess biex isolvi dawn il-problemi fosthom tal-kera, proprjetà u akkomodazzjoni soċjali. U fuq il-paga minima x'jaħseb Agius Saliba? Jaqbel ma' żieda perċentwali madwar l-UE kollha? Skontu, iż-żieda fil-paga minima għandha tibqa' kompetenza tal-istat membru. "Kien il-Gvern li żied il-paga minima u naspira sabiex din dejjem tkompli tiżdied. Qatt mhu biżżejjed," temm jgħid Agius Saliba. Ara wkoll paġna 10 'Jien kont fuq ta' quddiem biex niġġieled għad- divorzju u d-drittijiet ta' riproduttività… Jien favur il-ħajja. tista' tkun tħaddan twemmin soċjalist u tkun kontra l-abort'." " " Alex Agius Saliba • Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019