Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755
illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 15 VotEWROPA 2019 M atul din-il- kampanja elettorali pproponejt li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandu jkun impenn li jorbot għall-Istati Membri kollha għax nemmen li dan għandu jkun prijorità fil-ħolqien ta' Ewropa aktar soċjali li tkun tirrifletti r-realtajiet tad-dinja tal-lum tax-xogħol. L-implimentazzjoni tal- Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jista' jgħin biex jiżgura aktar ġustizzja soċjali madwar l-Ewropa u jista' jkun kumpass għal aktar konverġenza fiż-żona ewro. Neħtieġu impenn qawwi fuq is-sett ta' 20 prinċipju u drittijiet li jinsabu fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali inkluż id-dritt għal pagi ġusti, id-dritt għall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja, id-djalogu soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Il-Pilastru Ewropew tad- Drittijiet Soċjali għandu jsir realtà għaċ-ċittadini u din hija responsabbilità konġunta kemm tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-istituzzjonijiet Ewropej partikolarment tal- Kummissjoni Ewropea. Dan id- dokument kien ġie ppreżentat għall-ewwel darba mill- Kummissjoni Ewropea fl-2017 u fis-17 ta' Novembru ta' dik is-sena, il-mexxejja tal-Unjoni Ewropea esprimew qbil għall- Pilastru fis-Summit Soċjali għal Impjiegi Ġusti. Huwa veru li l-miżuri meħuda biex l-Unjoni Ekonomika u Monetarja issir iktar reżiljenti taw spinta sabiex id-dibattitu dwar il-ħtieġa għal dimensjoni soċjali Ewropea aktar b'saħħitha. L-appoġġ taċ- ċittadini għaż-żona tal-ewro kif wkoll is-suċċess tagħha jiddependi ħafna fuq il-livell ta'ġustizzja soċjali fost il-popli Ewropej. Sabiex dan il-Pilastru Soċjali jirnexxi, jeħtieġ li jwassal għal konverġenza soċjali bejn u fi ħdan l-Istati Membri. L-Ewropa għandha bżonn tibdel in-narrattiva li tqis mudell soċjali bħala ostaklu għall-kompetittività u t-tkabbir ekonomiku. Madankollu, għandna nirrikonoxxu li r-rwol tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest soċjali kien limitat biex jikkumplimenta u jikkoordina l-miżuri nazzjonali. Dawn il-limitazzjonijiet huma prinċipalment dovuti għal-liġi primarja tal-Unjoni Ewropea. Ma tissemma l-ebda armonizzazzjoni tal-politika soċjali fit-Trattat dwar il- Funzjoni tal-Unjoni Ewropea anzi tipprojbixxi kwalunkwe miżura tal-UE li tista' "taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-prinċipji fundamentali tas-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom" jew "l-ekwilibriju finanzjarju tagħhom". Fil-każ ta' reviżjoni tat- Trattati, ċerti limitazzjonijiet fir-rigward tal-politika soċjali jistgħu jitneħħew, bħall-ħtieġa tal-unanimità għal kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali u protezzjoni soċjali tal-ħaddiema. Tista' tiżdied klawżola wkoll biex tiggarantixxi l-ugwaljanza tad-drittijiet soċjali fil-kuntest tad-drittijiet ekonomiċi. L-għoxrin prinċipju ewlieni għall-implimentazzjoni tal-Pilastru jinqasmu fi tlitt kategoriji. Fir-rigward ta' opportunitajiet indaqs u aċċess għas-suq tax-xogħol, dawn ikopru: l-edukazzjoni, it- taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja, l-ugwaljanza bejn is-sessi; opportunitajiet indaqs u appoġġ attiv għall-impjiegi. Fil-kategorija għal kundizzjonijiet ġusti tax- xogħol, il-prinċipji javvanzaw l-impenn lejn impjiegi siguri u adattabbli, pagi tajbin, informazzjoni dwar il- kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni f 'każ ta' tkeċċijiet, id-djalogu soċjali u l-involviment tal-ħaddiema kif ukoll bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Finalment, it-tielet kategorija dwar il-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali tkopri: il-kura tat-tfal u l-appoġġ għat-tfal; protezzjoni soċjali; benefiċċji tal-qgħad, dħul minimu, pensjonijiet, kura tas-saħħa, l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità, kura fit-tul, akkomodazzjoni u assistenza għal persuni bla dar kif ukoll aċċess għal servizzi essenzjali. Mill-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ħarġu diversi miżuri bħal pereżempju d-direttiva l-ġdida dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti li se tagħti lill- impjegati li jibdew xogħol ġdid id-dritt li jiġu nnotifikati bil-miktub dwar l-aspetti essenzjali tar-relazzjoni tax- xogħol tagħhom. Kien hemm qbil ukoll fuq id-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol li tagħti lill-impjegati d-dritt għas- saħħa u s-sigurtà, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tagħhom. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri laħqu ftehim dwar id-Direttiva proposta dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja, li tindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw il-ġenituri u l-carers. Il-Parlament u l-Kunsill, bħala l-koleġiżlaturi, qablu dwar għaxart ijiem leave tal-paternità mħallas f 'mhux inqas mil-livell tal-paga tal-mard, fuq xaharejn leave tal-ġenituri mħallas mhux trasferibbli, fuq ħamest ijiem ta' leave annwali għall-carers u fuq mudelli flessibbli tax- xogħol, inkluż xogħol flessibbli, għall-ġenituri u dawk li jieħdu ħsiebhom. Dan l-impenn favur id- drittijiet soċjali jista' jkun strument vitali biex tinkiseb il- ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza fl-Unjoni Ewropea, mhux biss fil-kuntest tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja iżda fl- Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Robert Micallef hu kandidat Laburista għall-Parlament Ewropew Noffru bażi soċjali għall-Ewropa tal-futur ROBERT MICALLEF