Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755
I l-politika għandha tibqa' tinbena fuq valuri, prinċipji u twemmin. Fil-politika rridu nħarsu lejn il-bżonnijiet tan-nies, tad- demm u l-laħam. Ikun żball li l-kejl tal-politika jkun l-ammont ta' headlines jew likes fuq facebook. Il-kejl tal-politika għandu jkun is-sensittività li tintwera u kif nagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies, inkluż bid-deċiżjonijiet li jittieħdu fil-Parlament Ewropew. Din is-sensittività lejn in-nies tiġi mill-valuri li nħaddnu. Jien nibqa' nemmen f 'politika ta' valuri. Jista' jkun li jinbidel il-mod kif jitwassal il-messaġġ imma l-valuri huma dawk li joffru gwida u direzzjoni politika. U dawn għandhom ikunu magħrufa u konsistenti. Il-prinċipji jagħtuna direzzjoni fl-għażliet politiċi li jsiru. U l-politika hi l-arti tal-għażliet. Irridu li l-ħin kollu nagħmlu l-għażliet. U l-għażliet it-tajba. Meta ddeċidejna li nissieħbu fl-Unjoni Ewropea m'għamilniex dik l-għażla fl-għama, jew ispirata biss minn raġunijiet ekonomiċi. Kien hemm ukoll raġunijiet oħra mibnija fuq valuri - Ewropa li hi Ewropa demokratika, ta' paċi u tas-saltna tad-dritt, Ewropa li temmen f 'ġustizzja, Ewropa soċjali mibnija fuq is-solidarjetà u li min għandu bżonn l-aktar għajnuna għandu jsib qafas li mhux biss jilqgħu imma li jgħinu javvanza u jimxi 'l quddiem. Dawn huma l-valuri li jemmen fihom il-Partit Nazzjonalista. Huma l-valuri tal-Maltin. Huma l-valuri Ewropej. Fuq dan it- twemmin irridu li nkomplu nibnu pajjiżna u li dawn għandhom ikunu l-boxxla li juruna l-aħjar triq. Iċ- ċirkostanzi jistgħu jinbidlu. Il-mod kif isir il-politika jista' jinbidel, imma l-valuri li sawruna għandhom jibqgħu dejjiema. Ekonomija biex igawdi kulħadd b'ġustizzja soċjali Meta nkunu qed nitkellmu dwar x'tip ta' ekonomija rridu, inkunu qed nitkellmu dwar in-nies u mhux dwar in-numri u l-istatistika. Jien nemmen f 'ekonomija għan-nies u ma nemminx li n-nies qegħdin biex jaqdu l-ekonomija. L-istatistika dwar l-ekonomija tagħtina indikazzjoni dwar fejn ninsabu u x'miżuri u inizjattivi jkunu meħtieġa imma f 'ekonomija għall- bniedem irid jiġi assigurat li t-tkabbir ekonomiku u l-ġid ekonomiku jissarraf f 'inizjattivi soċjali, fi programmi għall- prevenzjoni tal-mard, f 'kura aħjar u f 'żieda fil- pensjonijiet. Dan għaliex il- ġid ekonomiku mhux mertu tal-ftit imma hu frott il-kotra li taħdem u tistinka għaliha u għal pajjiżha. U għalhekk il-ġid għandu jintuża wkoll biex titwettaq politika soċjali, u b'ġustizzja soċjali. Ekonomija għan-nies tfisser impjiegi b'pagi tajbin għall-ħiliet differenti tal-ħaddiema. Tfisser kundizzjonijiet tajba ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Tfisser għixien diċenti u kwalità tal-ħajja tajba. Ekonomija għan-nies għandha tfisser li ma jkunx hemm differenzi fil-pagi bejn ħaddiema mara u ħaddiem raġel. Ifisser li ma jkunx hemm differenza għall-istess xogħol li jagħmel ħaddiem Għawdxi f 'Għawdex u ħaddiem Għawdxi jew Malti f 'Malta. Ekonomija għan-nies għalija tfisser li ma jkunx hemm diskriminazzjoni, li ma jiġix iġġustifikat u aċċettat ic-cheap labour. Ifisser li kull ħaddiem għandu dinjità u għandu jiġi rrispettat, stmat u apprezzat. Il-politika għandha tkun sensittiva mhux għall- gallarija imma għaliex veru nemmnu hekk. Il-valuri huma l-karta tal-identità tagħna. Il-politika taċ-ċentru hi politika tara l-bżonnijiet tan-nies. Mhux aċċettabbli li pajjiżna jirreġistra tkabbir ekonomiku, imma fl-istess waqt aktar nies mhux ilaħħqu mal-kontijiet, mhux ilaħħqu mal-ispejjeż, qed jiffaċċjaw problemi ta' akkomodazzjoni b'kirjiet għolja, qed isibu diffikultà biex jieħdu loan mill-bank biex jixtru proprjetà. Il-bniedem mhux magħmul biex jgħix ġo garaxx. L-ambjent li ngħixu fih jaffettwa s-saħħa fiżika u mentali u għalhekk hu obbligu tal-istat li b'sensittività jindirizza l-bżonnijiet tan-nies. Din hi l-politika li titkellem miċ- ċentru. Il-politika taċ-ċentru hi l-politika għan-nies. Għalhekk irridu nipproteġu u nħarsu l-ambjent. Irridu l-aħjar ambjent għat- tfal, b'aktar postijiet ta' rikreazzjoni għal nies ta' kull età, anki biex dawn joffru żvog u jkunu l-postijiet li jservu biex titnaqqas is- solitudni. Politika għan- nies tfisser ambjent aħjar bi kwalità ta' arja aħjar, anqas tniġġiż mit-traffiku u b'mezzi ta' trasport effiċjenti. Direzzjoni politika fl- interess tiegħek Fi żmien fejn l-estremiżmu, il-populiżmu u l-isteriżmu jerfa' rasu b'konsegwenzi negattivi rridu aktar nuru aħna min aħna. Jien nibqa' nsostni li l-politika li titkellem miċ-ċentru hi l-politika li tagħti direzzjoni. Hi l-politika li tagħti kas kulħadd. Tqis il-bżonnijiet ta' kulħadd, ta' kull persuna u tindirizzahom. Dan hu l-impenn tiegħi li qed nerġa' nikkontesta l-elezzjoni tal- Parlament Ewropew fil-25 ta' Mejju f 'isem il-Partit Nazzjonalista. L-għażliet li jsiru jridu jkunu dejjem għażliet favur tiegħek mibnija fuq twemmin u valuri. Roberta Metsola hija kandidata Nazzjonalista għall-Parlament Ewropew Politika li tilħaq lil kulħadd ROBERTA METSOLA illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 17 VotEWROPA 2019 Mhux aċċettabbli li pajjiżna jirreġistra tkabbir ekonomiku, imma -istess waqt aktar nies mhux ilaħħqu mal-kontijiet, mhux ilaħħqu mal-ispejjeż, qed ji aċċjaw problemi ta' akkomodazzjoni b'kirjiet għolja, qed isibu di kultà biex jieħdu loan mill-bank biex jixtru proprjetà...