Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Għaliex dan in-nuqqas ta' interess fost l-elettorat? N har is-Sibt 25 tax-xahar, il- poplu qed ikun mitlub imur jivvota. Hekk kif issa resqin lejn it-tmiem tal-kampanja elettorali, bil-Ħadd li ġej ikun l-aħħar Ħadd, wieħed jista' jibda jasal għal xi konklużjonijiet dwar din il-kampanja, frankament xotta. Li żgur wieħed jinnota meta jmur fit-toroq hija n-nuqqas ta' ħeġġa li teżisti għal din l-elezzjoni, lil hinn miċ-ċrieki ta' nies iffissati. Tinħass kullimkien illi l-poplu la għandu xi interess isegwi u wisq inqas jipparteċipa f 'din il-kampanja elettorali għall-MEPs. Tant hu hekk li kuntrarjament għall-2014 u anke l-2009, apparti dik tal-ewwel ta' Mejju, mhux se jkunu organizzati attivitajiet tal-massa. Ikun hemm min jistaqsi; imma għalfejn dan in- nuqqas ta' interess? Għalfejn m'hemmx daqstant parteċipazzjoni? Kif dibattitu politiku bejn iż-żewġ mexxejja bilkemm kellu argumenti jaħarqu? X'ġara? L-ewwel nett tajjeb ngħidu illi dan in-nuqqas ta' interess ġej mill-fatt illi jinħass kemm il-Partit Nazzjonalista, li suppost bħalissa qed jippreżenta sfida serja lill-Gvern fuq kwistjonijiet bħall-governanza, l-ambjent u l-abbuż bil-barranin, jinsab fl-agħar qagħda li qatt kien, mifrud daqs qatt qabel. Il-votanti Nazzjonalisti huma ġeneralment diżillużi, beżgħana mir-riżultat ta' din l-elezzjoni u mxebbgħa sal-ponta ta' mneħirhom bl-iżbalji u bit-tradimenti. Is-sondaġġi li kontinwament urew lill-PN lura waħda sew, għenu mhux ftit biex tinqatel il-ħeġġa u tgħattan it-tama fost ħafna Nazzjonalisti. U allura ladarba fost il-PN m'hemmx dik il-ħeġġa meħtieġa, l-avversarju qajla se jiċċaqlaq, iwieġeb u jiġġieled. Il-PN qatt ma kellu bżonn riżultat tajjeb daqs illum biex forsi jibda jimmobilizza b'mod serju lill-għeruq tiegħu u fl-istess ħin jerġa' jqajjem il-ħeġġa fl-avversarju tiegħu. Riżultat fejn il-PL xorta jirbaħ, imma b'distakk iżgħar mill-2017, improbabbli kemm jista' jidher, huwa probabbilment l-aħjar riżultat għad-demokrazija. Fil-PN terġa' tixgħel it-tama u l-Labour jerġa' jżomm saqajh sodi mal-art u jaħdem biex ma tikbirlux rasu, biex iqaċċat mill-għeruq iż-żerriegħa tal-arroganza li ntefgħet mhux biss fil-Gvern iżda wkoll fl-operat tal-Gvern (Dipartimenti, Ministeri...) u biex jitrażżan min jaħseb li jista' jagħmel li jrid. Is-sikrana tinqata' trid, mhux titħalla! Riżultat fejn il-PN jieħu tkaxkira akbar, ma tkun xejn għajr daqqa kważi mortali għall-oppożizzjoni u ferita fonda għad-demokrazija. Imma mhux biss. Id- diżinteress huwa riżultat ukoll ta' faxxa, mhux żgħira, ta' nies li xebgħu u ddejqu mis-sistema politika u miċ- ċirku viżżjuz. Jekk m'intix qed tisma' 't-tnejn l-istess dawn', 'it-tnejn għal buthom jaħsbu dawn', 'it-tnejn korrotti', 'it- tnejn ma jimpurtahomx mill- ambjent', mela forsi ċ-ċirku tiegħek mhux kbir biżżejjed. Hawn sens, forsi verità jew inkella biss perċezzjoni, li ċ-ċirku qed jerġa' jingħaqad u li snin mil-lum - ħamsa, 10 snin - se nerġgħu niġu fejn konna, minn fejn bdejna trapass eċitanti fl-2013. Dan il-Gvern, kuntrarjament għal ta' qablu, għad għandu r-rieda li jisma', li jattwa u li jagħmel id-differenza u allura aħna nappellaw direttament lil Joseph Muscat biex l-atittudni tiegħu dwar l-ambjent ta' bħalissa jżommha, li jaqta' l-ħażen u l-intenzjonijiet dijaboliċi. Nappellawlu biex dejjem jiftakar minn fejn beda u min poġġieh hemm. L-umiltà, kif rajna meta ammetta li żbalja fl-ewwel dibattitu fuq Xtra, m'hemmx isbaħ minnha fil-politika. In-nies jammiraw l-umiltà f 'politiku. Imma hawn ukoll nuqqas ta' interess, għax minkejja li ħadd ma jiddubita li postna jibqa' fl-UE, iħossu li l-interessi ta' pajjiżna mhux dejjem qed ikunu mħarsin mill-UE nfisha. Il-kaċċaturi u n-nassaba jħossuhom traduti, bosta jħossu li l-abbużi fil-qasam tax-xogħol għadhom hemm, bosta jiddarsu bl-attakki li saru fuq Malta u l-integrità ta' pajjżna, jiddarsu b'dawk kollha illi pinġew lil Malta bħala Repubblika tal- banana... dawn huma kollha fatturi li biegħdu lil bosta mill-UE. Il-fatt illi għall-ewwel darba l-poplu qed juri diżinteress u forsi, min jaf, ikollna rekord baxx ta' votanti huwa messaġġ minnu nnifsu Messaġġ illi l-affarijiet jistgħu u għandhom isiru differenti. Nhar is-26 ta' Mejju mhux se nqumu l-istess, anke jekk Gvern u Oppożizzjoni se jibqgħu l-istess. Se nqumu b'diversi messaġġi li kulħadd għandu jieħu u jifhem. Attenti mit-trijonfaliżmu u l-luttu żejjed għax wara li r-rebbieħ jiċċelebra u t-tellief jikkomiżera, il- pajjiż irid ikompli jitmexxa u l-ħajja għal kull ċittadin Malti u Għawdxi ħlief sitta, tibqa' għaddejja kif kienet. Nieħdu l-messaġġ u nimxu 'l Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019