Illum previous editions

ILLUM 12 May 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

27 Sports Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 | illum Għoljiet u sfondi xeniċi inklużi fir-rotta tat-tellieqa House of Sport M'HEMM l-ebda dubju li t-tlielaq tal-House of Sport, mifruxa fuq distanza ta' 10 kilometri kisbu popolarità kbira mal-atletli li jikkompetu fix-xena tal- atletika f 'Malta. Dan intwera mid-domanda li dawn it-tlielaq qed ikollhom, kemm minn atletli Maltin u barranin. Għalkemm il-pjanijiet oriġinali għat-tellieqa kienu ser jaraw it-tellieqa tibda u tispiċċa quddiem il-bieb tal- Imdina, xogħlijiet fit-toroq fil-viċinanza raw bidla żgħira fir-rotta bid-distanza ta' 10km miżmuma fl-inħawi tar-Rabat u Ħad-Dingli. Ir-rotta bl-għoljiet iżda xeniċi, raw 350 atleta jtellqu fuq l-isfond ta' Ħad-Dingli kif ukoll xi wħud mill- mogħdijiet inqas magħrufa fir-Rabat. Ir-rebbieħ tat-tellieqa kien l-Ispanjol Pedro Lopez, li matul it-tellieqa tellaq viċin tal-favoriti Dillon Cassar (Raptorz Running Club), Charlton Debono (Gozo Athletix) u Andrew Grech (Mellieha AC). L-aħħar erba' kilometri tat-tellieqa kienu kruċjali għal Lopez, Cassar u Grech għax deher ċar li dawn it-tlieta kienu qegħdin jiġġieledu għall-ewwel tliet postijiet. Fl-aħħar żewġ kilometri, Lopez u Cassar grew fuq quddiem, iżda kienu fl-aħħar 60 metru li Lopez ta' sprint biex jieħu ir-rebħa. "Tellieqa iebsa mhux biss minħabba t-tlajja' li kien fiha imma wkoll għall- isfida li Andrew Grech, Charlton Debono u Pedro Lopez taw it-triq kollha - konna definittivament qed niġġieldu kważi matul it- tellieqa kollha. Kienet Sprint finali li ppermettiet lil Lopez jikseb vantagg fuqi, imma madankollu ninsab sodisfatt ħafna bir-riżultat tal-lum", stqarr entużjażat Dillon Cassar. Il-Kategorija tan-Nisaadies tat rebħa lil Josann Attard Pulis (Starmax) li kienet segwita minn Carmen Vella (Mellieha AC). It-tielet post kienet Caroline Ciappara, ukoll tat-tim Starmax. Attard Pulis ikkummentat li għalkemm ma kinitx mistrieħa biżżejjed għat-tellieqa, minħabba t-tħejjijiet tagħha għall- impenji internazzjonali li ġejjin f 'Emilia Romagna, din kienet rotta pjaċevoli ħafna u kienet esperjenza pożittiva. "Huwa ferm sodisfaċenti li nara il-popolarità ta' dawn it-tlielaq tikber - b'mod partikolari din, li kienet kbira ħafna. Filwaqt li r-rotot jistgħu ma jkunux mill-aktar faċli, ċertament huma wħud mill-aktar xeniċi, tant li tiġbed il- folol, ikkummenta Charlie Demanuele, Direttur tat- Tellieqa. L-organizzaturi jixtiequ jirringrazzjaw lil House of Sports, Starmax, emvigee pr & marketing, ARTTS Timing System, Kunsilli Lokali tal-Imdina, Rabat u Ħad-Dingli, Transport Malta, Pulizija Distrettwali tar-Rabat u Pulizija tat- Traffiku għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Fl- aħħar iżda mhux l-inqas il-marshalls, l-uffiċjali u t-timijiet mediċi li jappoġġjaw it-tiġrija fil- ġurnata. L-edizzjoni li jmiss tal-House of Sport 10k Series ser issir nhar il- Ħadd 1 ta' Settembru fir-rotta ta' Burmarrad. Ir-reġistrazzjonijiet ser ikunu miftuħa fil-jiem li ġejjin. Ritratti: MPC Photography / Andrew Large

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 May 2019