Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1115755
In-Nadur: kienet lokalità Nazzjonalista… illum il- partiti ras imb ras In-Nadur. Il-lokalità tal-eks Ministru Nazzjonalista Giovanna Debono u tad-Deputat Chris Said. Fl-elezzjoni lokali tal-2005, il-Partit Nazzjonalista kiseb 62% tal-voti, fl-aħħar elezzjoni lokali ġab 56 vot biss aktar mill-Partit Laburista. L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fin-Nadur saru fl-2008, mal- elezzjoni ġenerali, fl-2012 u fl-2015 mar-referendum dwar il- kaċċa fir-rebbiegħa. Fl-elezzjoni lokali tal-2008, meta din saret mal-elezzjoni ġenerali li rebaħ il-Partit Nazzjonalista, id-distakk bejn iż-żewġ partiti l-kbar fin-Nadur kien ta' 504 voti, bil-Partit Nazzjonalista jġib 57% tal-voti. B'kollox, il-Partit Laburista kiseb 1,215-il vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ġab 1,719-il vot. Kandidat tal-Alternattiva kiseb 73 vot. Fl-elezzjoni lokali li kien imiss, jiġifieri fl-2012, iż-żewġ partiti naqsu fil-voti tagħhom, għax inqas nies ħarġu jivvutaw ġaladarba l-elezzjoni lokali ġiet waħedha. Id-distakk niżel għal 405 voti, wara li l-Partit Nazzjonalista kiseb 1,345 vot, filwaqt li l-Partit Laburista ġab 960 vot. Fi tliet snin, id-distakk niżel drastikament, biex fl-elezzjoni lokali tal-2015 (li saret mar- referendum dwar il-kaċċa), il- Partit Nazzjonalista żamm dan il-kunsill f 'idejh wara li kiseb biss 56 vot aktar mill-Partit Nazzjonalista. B'kollox, il-Partit Nazzjonalista kiseb 1,481 vot, filwaqt li l-Partit Laburista żied ħafna voti u kiseb 1,425 vot. Kandidat tal- Alternattiva kiseb 46 vot. X'aktarx li għall-elezzjoni lokali ta' din is-sena jivvutaw aktar nies. Dan jista' jfisser li aktar Nazzjonalisti jivvutaw, għax minn dak li rriżulta fl-aħħar tmien ġimgħat li l-ILLUM ilha tagħmel din l-analiżi, in-Nazzjonalisti għandhom tendenza li jibqgħu aktar id-dar meta l-elezzjoni lokali ssir waħedha. Li hu żgur huwa li d-distakk mhuwiex xi wieħed kbir. Fi tliet snin għeb distakk ta' kważi 400 vot u għalhekk distakk ta' 56 vot jista' faċilment jinqaleb favur il-Partit Laburista. Xejn ċert. Wieħed jista' biss jistenna u jara x'se jiġri. Għan-Nadur, il-Partit Laburista qed jippreżenta erba' kandidati, filwaqt li ħames kandidati se jikkontestaw f 'isem il-Partit Nazzjonalista. Ix-Xagħra: minn Nazzjonalista għal Laburista u qed tissaħħaħ Sal-elezzjoni lokali tal-2004, il- Partit Nazzjonalista kien imexxi l-kunsill lokali tax-Xagħra, iżda mill-2007 'l quddiem, dan il- kunsill għadda f 'idejn il-Partit Laburista li baqa' jsaħħaħ l-appoġġ tiegħu. L-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fix-Xagħra saru fl-2007, fl-2012 u fl-2015, jiġifieri saru darbtejn waħedhom sena qabel elezzjoni ġenerali u l-aħħar waħda saret mar-referendum dwar il-kaċċa fir- rebbiegħa. Nibdew bl-2007. Din kienet l-ewwel sena li l-Partit Laburista rebaħ dan il-kunsill lokali, meta kiseb 1,296 vot. Il-Partit Nazzjonalista kiseb 1,175 vot, biex id-distakk bejn il-partiti kien dak ta' 121 vot. L-elezzjoni lokali li kien imiss saret waħedha wkoll, fl-2012, bid- distakk bejn il-partiti jitla' bi ftit għal 145 vot. Dik is-sena, il-Partit Laburista kiseb 1,352 vot, bil- Partit Nazzjonalista jġib 1,207 voti. L-aħħar elezzjoni lokali saret fl-2015, mar-referendum dwar il-kaċċa. Iż-żewġ partiti żiedu fil-voti, forsi bis-saħħa tar-referendum ukoll. Madanakollu, il-Partit Laburista kiseb ħafna aktar tant li rebaħ 59% tal-voti. B'kollox, il-Partit Laburista rebaħ 1,890 vot u l-Partit Nazzjonalista 1,297 vot. Iż-żewġ partiti huma b'saħħithom f 'din il-lokalità. It-tnejn qed iżidu fil-voti, iżda l-Partit Laburista donnu li qed jiġri ftit aktar. Madanakollu jidher li l-Partit Nazzjonalista ftit qed jagħmel sforz biex jerġa' jirbaħ din il- lokalità. Fil-fatt, din is-sena qiegħed joħroġ żewġ kandidati, daqs kemm għandu kunsilliera preżenti f 'din il-lokalità, li jfisser li lanqas biss ipprova jirbaħ il- maġġoranza. Għax-Xagħra, il-Partit Laburista qed joħroġ sitt kandidati. Il-Qala: minn lokalità Nazzjonalista għal lokalità Laburista Bħalma rajna fil-każ tal-Munxar il-ġimgħa li għaddiet, u kif rajna llum fix-Xagħra, il-Qala huwa wkoll raħal li biddel l-alleanza politika tiegħu. Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn l-aħħar tliet elezzjonijiet lokali fil-Qala, jinduna kif il-Partit Nazzjonalista fl-2007 kien kiseb 61% tal-voti, biex sal-2015 kien il-Partit Laburista li kiseb 62% tal-voti. Fl-elezzjoni lokali tal-2007, il-Partit Nazzjonalista kiseb 700 vot, filwaqt li l-Partit Laburista ġab 448 vot, jew inkella 39% biss tal- voti mitfugħa. L-elezzjoni lokali tal-2012, elezzjoni li wkoll saret waħedha, kienet prova ta' kemm verament kull vot jgħodd. Dik is-sena, il- Partit Laburista ħa l-kunsill lokali f 'idejh wara li kiseb 7 voti biss aktar mill-Partit Nazzjonalista. B'kollox, il-Partit Laburista kiseb 616-il vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista kiseb 609 voti. Tliet snin biss wara, fl-elezzjoni lokali tal-2015 (li saret mar- referendum dwar il-kaċċa), il- Partit Laburista mhux talli saħħaħ dak il-vantaġġ żgħir li kiseb fl-2012, talli rnexxielu jagħmel mill-Qala lokalità Laburista, tant li kiseb 62% tal-voti. B'kollox, il-Partit Laburista kiseb 974 vot u l-Partit Nazzjonalista 570 vot. L-Alternattiva Demokratika kisbet 24 vot. Din is-sena x'se jiġri? X'aktarx li din is-sena jivvutaw aktar nies, peress li l-elezzjoni lokali se ssir ma' tal-Parlament Ewropew. Tajjeb ukoll li wieħed isemmi li din se tkun ukoll l-ewwel elezzjoni lokali li għaliha mhux se jikkontesta Clint Camilleri (illum Segretarju Parlamentari) u li fl- 2012 u fl-2015 kiseb għadd ta' voti għall-Partit Laburista. Il-mod kif il-Partit Laburista ħa f 'idu dan il-kunsill fi tliet snin u saħħaħ l-appoġġ tiegħu fit-tliet snin li ġew wara, huwa prova ta' kemm kull elezzjoni hija tiġrija sal-barkun. Mill-aħħar elezzjoni lokali 'l hawn għaddew erba' snin. Għalhekk, għal din is-sena, l-aħjar li nistennew biss u naraw kif se jivvutaw il-Qalin. Għall-Qala qed jikkontestaw ħames kandidati għall-Partit Laburista u tliet kandidati għall- Partit Nazzjonalista. Ta' Sannat: l-akbar fortizza Laburista f 'Għawdex Jekk San Lawrenz hija lokalità Nazzjonalista, Ta' Sannat hija l-akbar fortizza Laburista f 'Għawdex. F'dan ir-raħal, il-Partit Laburista, fl-aħħar tliet elezzjonijiet lokali, baqa' jżid il-voti tiegħu u jsaħħaħ l-appoġġ tant li fl-aħħar elezzjoni lokali, jiġifieri dik li saret fl-2013, il-Partit Laburista kiseb 75% tal- voti. Fl-elezzjoni lokali tal-2006, jiġifieri elezzjoni lokali li saret waħedha, il-Partit Laburista kiseb 683 vot, il-Partit Nazzjonalista 282 vot u l-Alternattiva Demokratika 122 vot. Kunsill lokali ġdid ġie elett fl- 2009, meta l-elezzjoni saret ma' dik tal-Parlament Ewropew kif se jsir din is-sena. Iż-żewġ partiti żiedu fil-voti, bil-Partit Laburista kiseb 806 voti u l-Partit Nazzjonalista 393 vot, bid-distakk ikun dak ta' 413-il vot. X'aktarx li dan kien minħabba l-fatt li aktar nies ħarġu jivvutaw u għax ma kien hemm l-ebda kandidat tal-Alternattiva u għalhekk dawk il-122 vot (li kandidat kien kiseb fl-2006) inqasmu bejn il-partiti l-kbar. L-aħħar elezzjoni lokali saret ma' dik ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista fl-2013. Dik is-sena, il-Partit Laburista kiseb 1,057 vot, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista naqqas il-voti u kiseb biss 24% tal- voti mitfugħa, jew 349 vot. X'aktarx li inqas nies se jivvutaw din is-sena, ġaladarba l-elezzjoni mhix se ssir ma' dik ġenerali. Madanakollu din hija waħda minn dawk il-lokalitajiet li l-Partit Laburista jista' jserraħ rasu minnha. F'Ta' Sannat, il-Partit Laburista għandu ħames kandidati, filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ħareġ żewġ kandidati. Għalkemm xorta għandu kandidat aktar minn kemm għandu kunsilliera attwalment (għax f 'Ta' Sannat il- PN għandu biss kunsillier wieħed) xorta waħda ma ħariġx biżżejjed biex jirbaħ il-maġġoranza. illum | Il-Ħadd 12 ta' Mejju 2019 8 VotEWROPA 2019 għalhekk dawk il-122 vot (li kandidat kien kiseb fl-2006) inqasmu bejn il-partiti l-kbar. L-aħħar elezzjoni lokali saret ma' dik ġenerali li rebaħ il-Partit Laburista fl-2013. Dik is-sena, Tkompli minn paġna 7