Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 ILBIERAĦ kien iċċelebrat il-Gay Pride u ġimgħa ta' attivitajiet diversi ġiet fi tmiemha. Ħafna ftakru fis- suċċessi, semgħu, ċapċpu, żifnu, kantaw u ċċelebraw, uħud jaf sal- ħinijiet ta' dalgħodu. U minkejja li dalgħodu sebaħ jum ġdid, ftit huma dawk li qamu mis-sodda jinkwetaw u jaħsbu kif se jaħbu dak li vera huma, ma jmurx ilaqqtu xi xebgħa jew vendikazzjoni. Ftit qamu mħassba li llum tista' tkun il-ġurnata li jispiċċaw fl-infern tal- ħabs għax huma omosesswali. Ftit jew ħadd ma qam, moħħu tqil bil- mistoqsijiet u xewqat ta' meta forsi jista' jaħrab minn Malta biex forsi jsib ħajja aħjar u l-libertà f 'pajjiż ieħor. U għall-grazzja ta' Alla! Anke jekk għad fadal xi jsir, għax imxejna 'l quddiem u għax illum pajjiżna sar tolleranti u progressiv daqs qatt qabel, ma jfissirx li kulħadd kuntent u għal kulħadd il- ħajja hija ward u żahar. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Chakib, Tuneżin li llum jgħix Malta u li ilu jgħix hawnhekk sentejn. Tilmħu mill-bogħod, stil għalih, partikolari, ikkulurit, xagħar miġbur toppu, lewn kannella nnukklat, l-għira ta' min m'għandux xagħar. Running shoes abjad, kalzetti oranġjo u qmis iffjorita - jiltaqa' ma' din il-gazzetta darbtejn, darba f 'bar il-belt u darb'oħra f 'daru fil- Fgura fejn jgħix mal-għarus tiegħu, Tuneżin ukoll, Dali. Chakib mhuwiex biss immigrant f 'pajjiżna imma huwa żeffien, artist u korjografu. Jispjega kif fil- fatt huwa jgħallem iż-żfin u kien jagħmel dan fl-Università tal-kapitali Tuneżina, Tunis. 'In-nies huma konservattivi, imma mhux xogħolhom li jaċċettawni jew le. Jiena, jien' Ipinġi stampa differenti tat- Tuneżija. Sa ftit żmien ilu, qabel is-safar raħas grazzi għal-Low Cost, il- Maltin kienu jitilgħu t-Tuneżija bil- gzuz, ajruplan fuq ajruplan kollha mimlijin, kollha fl-aqwa lukandi. It-Tuneżija kienet magħrufa għall- baħar, bajjiet, xiri ta' ħwejjeġ bl-irħis u ikel b'abbundanza. It-Tuneżija għadha hekk sal-lum fil-fatt. L-eżotiku tliet kwarti 'l bogħod biss minn pajjiżna, mimlija rkejjen mill- isbaħ, ikel bnin u bajjiet imrammlin ma jieqfu qatt. Minkejja l-attakki terroristiċi tal- 2015, it-Tuneżija baqgħet ġojjel li għad irid jerġa' jiskopri l-potezjal veru tiegħu. U Chakib seta' kellu ħajja mill- aqwa f 'dan il-pajjiż, b'xogħol tajjeb u dar tiegħu. Ma kellux, għax huwa raġel omosesswali, b'dehra lelliexa li fi kliemu stess, mhux lest li jinnegozja u jikkomprometti minn dak li hu, l-istil tiegħu u kif jixtieq jipproġetta lilu nnifsu. "Jiena nilbes l-imsielet," jgħid. "It- Tuneżija mhux suppost, mara biss tilbes l-imsielet, ġiżirajjen u hekk," jgħid. Jaqbad il-qmis li kien liebes u donnu jrid jgħid li l-istil tiegħu jwassal biex iktar nies jidentifikawh. "Iva, in-nies huma konservattivi, imma mhux xogħolhom li jaċċettawni jew le. Jiena, jien. Għandi żewġ għażliet, ngħix ħajti jew inkella nipprova nintgħoġob mas-soċjetà u nitlef lil Chakib." Huwa kompla jispjega illi meta tagħżel lilek innifsek hemm is- sagrifiċċji u hemm r-reazzjonijiet. "Staħba, aħseb u ġġieled" "Kont riġettat, imma kont qed niġġieled. Kuljum trid taħseb kif issalva, taħseb darbtejn dwar is- sigurezza tiegħek, taħseb dwar kif se teżisti, kif se tgħid lin-nies li 'jiena hawn qiegħed, neżisti, imma differenti minnkom'," sostna determinat Chakib. "Kienet diffiċli ħafna. Irid ikollok ħafna kuraġġ. Dan qed ngħidu li għaddejt minnu meta kelli 16-il sena, żmien illi fih suppost ikollok l-appoġġ tal-familja u tal-ħbieb," jgħid Chakib xi ftit emozzjonat issa. Imma Chakib ma jridx jaħli enerġija jiġi mitħassar. "Jiena dan l-appoġġ ma kellix, allura ma kellix x'nitlef. Ħadt ir-riskji." Tmur tirrapporta abbuż u tispiċċa int fl-inkwiet Semma l-infern u nistaqsih jispjega aħjar x'jiġifieri u xi tfisser fil-ħajja ta' kuljum. "L-ewwel nett ir-reazzjoni ta' bosta kienet minħabba l-mod kif nilbes, inizjalment," jgħid Chakib li ta' min ngħidu li għandu stil pjuttost metropolitan. Huwa jgħid li l-agħar ħaġa hija li persuna omosesswali lanqas biss tista' tirrapporta abbuż li jsir kontriha. "F'pajjiżi jekk jissuspettaw li int omosesswali jarrestawk, jekk tmur tirrapporta lill-Pulizija jdawruha fuqek, sa jagħmlulek test anali biex jippruvaw li inti omosesswali," spjega. Imma kif? U din xi ħaġa li tiġri ħafna? "Iva tiġri, ħafna. Ħabib tiegħi kien f 'relazzjoni ma' raġel ieħor bisesswali, jgħid li huwa 'straight'. Meta ġġieldu u ma baqgħux flimkien, dan beda jhedded lil sieħbi. Meta sieħbi mar għand il-Pulizija jagħmel rapport, minflok għenuh, staqsewh 'imma lil dan ir-raġel fejn tafu?' 'kif għandek kuntatt tiegħu?' 'u għalfejn raġel kellu jabbuża lilek?' Sfurzawh jieħu test anali u bagħtuh sitt xhur ħabs," spjega għad- diżappunt ta' din il-gazzetta. Wara li jispjega kif persuni omosesswali huma mpoġġija mal- agħar kirminali fil-ħabs, anke jekk huma mhumiex kriminali jgħid li hu dejjem ħassu riġettat. "U jekk turi li int ma tibżax tgħix b'libertà, jibżgħu minnek, jippruvaw ikissruk," spjega ż-żagħżugħ mal- ILLUM. Huwa jkompli jgħid li issa tgħallem li "meta nkun f 'sitwazzjoni ħażina nistaħba, naħseb u mbagħad niġġieled." Huwa jispjega kif kellu jitlaq minn Tunis, wara li daħlulu d-dar kissrulu kollox, ħadulu kollox u sawtulu l-klieb. Sakemm telaq minn pajjiżu, ħalla kollox warajh u ma ħarisx lura. 'Mhux darba heddewni b'ħajti' Imma qed ipinġi stampa pjuttost ħażina. Ġieli kien hemm min heddu b'ħajtu? "Ħafna drabi heddewni, ħafna drabi ħajti kienet fil-periklu. Meta nkun fit-triq jgħajruni, 'inti omosesswali, ma ħaqqekx tgħix.' U meta xi ħadd jheddek li joqtlok ma jkunx qed jiċċajta. Jekk tindaga sew issib li fit-Tuneżija saru ħafna atti kriminali kontra persuni LGBTIQ." Jekk tkun barrani u speċjalment jekk għandek il- flus ... ir-regoli ma jgħoddux għalik Minkejja dan kollu li qed jgħid Chakib, fit-Tuneżija, bħall-Marokk hemm industrija mhux żgħira tas- sess. Huwa fatt, forsi mhux daqstant magħruf, illi numru ta' persuni LGBTIQ imorru u ilhom imorru għal snin f 'dawn il-pajjiżi minħabba din l-industrija. Allura mhux ipokrezija grassa li filwaqt li qed iseħħ dan kollu li qed isemmi Chakib, hemm industrija jew ċirku tas-sess għaddejja li tinvolvi persuni omosesswali? Chakib jgħid li meta tkun barrani u jekk tkun tal-flus jew ta' pożizzjoni, kollox huwa tollerat. "Kieku jitla' Malti t-Tuneżija, pereżempju, u jkollu xi problema tinħoloq tensjoni Intervista illum | Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 Min huwa ffortunat li hu persuna LGBTIQ f'Malta f'dan il-perjodu ta' żmien ta' drittijiet u liġijiet u min kellu jaħrab minn persekuzzjoni għax huwa persuna LGBTIQ u ma jiddejjaqx juri. L-ILLUM tiltaqa' ma' Chakib, immigrant Tuneżin, li daħlulu d-dar, kissrulu u serqulu kollox għax huwa raġel omosesswali. Din hija l-istorja tiegħu u ta' ħafna oħrajn ... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Tkun miexi fit-triq u jgħidulek, int omosesswali Ritratt: Zak Farrugia

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019