Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938
Sports 26 illum Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 'Dejjem ħudu l-isport bis-serjetà u staportu ftit biex meta jiġi ċ-ċans tagħkom teħduh' minn Cristian Antony Muscat CLIVE Brincat - plejer b'esperjenza wiesgħa fil-futbol lokali fejn preżentament huwa l-captain ta' Żebbuġ Rangers fl-Ewwel Diviżjoni. Fil-passat lagħab ukoll ma' Marsaxlokk, Vittoriosa Stars u Balzan. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Kelli sitt snin u kont dħalt fin- Nursery ta' Bormla u għamilt hemm sakemm kelli 22 sena. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Ma naqbel xejn. Jien nemmen li l-kampjonat għandu jkun b'għaxar timijiet għax il-livell qiegħed jonqos fl-opinjoni tiegħi. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Naqbel li hemm differenza bejn l-ewwel ħames timijiet u l-kumplament. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? L-opinjoni tiegħi rigward il- barranin hija li ma naqbilx li l-kampjonat jiġi bi 11-il plejer barrani. Jien nemmen li jekk ikun hemm ħames barranin ta' livell, il- kampjonat ikun ħafna isbaħ. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Hemm ħafna barranin li huma tajbin u aħjar mill-plejers Maltin però hemm ħafna wkoll li l-livell tagħhom mhux tajjeb biżżejjed għall-Premier Malti. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat Premier? Il-grawnd nazzjonali huwa eċċellenti flimkien mal-Hibs Ground ukoll però jien nemmen li għandu jkun hawn grawnd ieħor b'ħaxix naturali. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul l-aħħar staġun? Jien naħseb li r-referis Maltin, il-maġġoranza tagħhom għandhom livell tajjeb ħafna. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Is-sagrifiċċju huwa kbir meta tara li l-plejers Maltin iridu jikkonċentraw fuq ix-xogħol tagħhom u fuq il- karriera tal-futbol. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Jien dejjem sibt għajnuna minn min iħaddimni tant li dejjem tani l-appoġġ fil-karriera tiegħi u dejjem fehem li l-futbol huwa parti minn ħajti. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Nixtieq ngħid lit-tfal kollha biex dejjem jieħdu l-isport bis-serjetà u jistaportu ftit biex meta jiġi ċ-ċans tagħhom jeħduh. Nixtieq ngħidilhom ukoll biex ineħħu minn idejhom dawn il-game consoles għax bihom ikunu qegħdin jaħlu l-ħin. Clive Brincat u sħabu