Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 DYLAN Grima - plejer b'esperjenza wiesgħa fil-futbol lokali fejn preżentament jilgħab ma' Gudja United. Fil-passat lagħab ukoll ma' Balzan u Floriana. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol? Minn ta' età żgħira wrejt interess u mħabba lejn il-futbol. Meta kien ra hekk missieri kien ħadni man- nursery tal-Valletta fejn għamilt sa 12-il sena. Kont mort sentejn man-Nursery tal-Pietà Hotspurs u mbagħad erġajt irritornajt man-Nursery tal- Valletta. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil-Premier? Għalkemm b'14-il tim fil-Premier qed ikun hemm iktar ċans għall- plejers Maltin li jilagħbu fl-ogħla diviżjoni, però 14-il tim għal pajjiż żgħir bħal mhuwa Malta huwa ħafna. Fil-fehma tiegħi biex jogħla l-livell, l-ammont ta' timijiet fil- Premier għandu jkun ta' tmien jew għaxar timijiet. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva, teżisti ftit differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq ma' dawk ta' taħt. Din tirrifletti wkoll fl-istatistika tal-kampjonat. Għalkemm f 'ċerti logħbiet, it- timijiet hekk imsejħin żgħar ġieli jieħdu xi punti kontra timjiet min- naħa ta' fuq tal-klassifika, però l-livell bejn it-timijiet tkun l-iktar evidenti fil-konsistenza matul il- kampjonat sħiħ. Niġu issa għall-kwistjoni tal- plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal- proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le, personalment ma naqbilx. Naħseb li qabel nikkunsidraw li nżidu n-numru tal-barranin, l-ewwel ma jrid isir huwa li l-klabbs isiru iktar professjonali kemm fil-faċilitajiet, fl-istruttura tal-klabb kif ukoll fl-aspett amministrattiv. Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva naħseb li hawn ħafna barranin li mhux qed ikunu ta' livell. Aqta' l-klabbs tan-naħa ta' fuq tal- kampjonat fejn il-kwalità tal- barranin tkun waħda aħjar. Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal- kampjonat Premier? Fil-Grawnd Nazzjonali saru investimenti kbar f 'dawn l-aħħar snin. Il-ħaxix naturali qed ikun tajjeb u qed jiġi mxarrab kemm qabel kif ukoll fl-intervall tal- partiti. Ovvjament nixtieq li jkollna iktar grawnds bl-art tal- ħaxix naturali fil-livell tal-grawnd Nazzjonali. X'taħseb dwar il-kontroll tar- referis matul l-aħħar staġun? Jien naħseb li bħalma huma l-plejers, ir-referis huma umani wkoll u kulħadd jista' jiżbalja. B'mod ġenerali naħseb li kellhom kontroll tajjeb ħafna matul l-aħħar staġun. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Avolja l-livell tal-futbol ta' pajjiżna hu dak li hu però xorta jirrikjedi sagrifiċċji kbar biex tilħaq l-aspirazzjoni li tilgħab fl-ogħla livell tal-futbol Malti. Meta tkun iżgħar tkun iktar diffiċli għax trid toqgħod lura minn ħafna affarijiet, b'mod speċjali d-divertiment. Trid tieħu ħsieb id-dieta u toqgħod attent x'tiekol u x'tixrob. Iktar ma tibda tikber l-affarijiet jiġu iktar naturali. Minn hawn nixtieq nieħu l-opportunità li nirringrazzja lill-familja tiegħi għax huma jkunu qed jagħmlu parti mis- sagrifiċċji miegħek ukoll. Inrodd ħajr specjalment lil missieri għax dejjem kien ta' għajnuna kbira għalija f 'dak kollu li kont ngħaddi minnu. Kif jirnexxielek tlaħħaq max- xogħol tiegħek u mal-futbol? Ikolli nammetti li mhux faċli. Trid tkun kapaċi tqassam il-ħin tajjeb u tipprova tlaħħaq ma' kollox kemm jista' jkun. Jien personalment kont fortunat li sibt għajnuna kbira mix-xoghol fejn naħdem jien (Environmental Landscapes Consortium Ltd) u minn hawn nirrigrazzjahom ħafna. Tqis li fil-futur tissejjaħ mat-tim nazzjonali mill-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Naħseb li l-aspirazzjoni ta' kull plejer Malti hija dik li jilgħab għat- tim nazzjonali. Jien dejjem nibqa' naħdem biex l-ewwel ħaġa nagħti l-massimu mal-klabb, biex b'hekk forsi niġi msejjaħ mill-kowċ tat-tim nazzjonali. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol? Sakemm tipperemettili s-saħħa niprova nibqa' nilgħab l-isbaħ logħba tad-dinja - il-futbol. Dik l-iktar ħaġa importanti - il- bqija jien dejjem nipprova nagħti kollox u l-affirijiet tajbin jiġu waħedhom u nafdaw kollox f 'idejn Alla. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera ta' suċċess fil-futbol. Lit-tfal u ż-żgħażagħ nixtieq ngħidilhom biex minflok joqogħdu ġewwa jilagħbu bil-'video games' jew bil-kompjuter, jiltaqgħu gruppi ta' żgħażagħ u jmorru jilagħbu l-futbol flimkien ovvjament dejjem f 'postijiet li jkunu sikuri. Naħseb minbarra li jmorru ġo xi nursery favorita tagħhom, hemm bżonn li t-tfal u ż-żgħażagħ jerġgħu jibdew jiltaqgħu bejniethom u jmorru jilagħbu l-futbol fejn ma jkun hemm ebda regoli u b'hekk ikunu jistgħu jieħdu gost jilagħbu l-logħba tal-futbol. Ovvjament ma rrid inneħħi xejn mil-mertu tan-nurseries ta' pajjiżna għax qed jagħmlu xogħol tajjeb ħafna mat-tfal u ż-żgħażagħ li huma l-futur ta' pajjiżna. Ħaġa oħra li nixtieq ngħidlhom hi li m'għandhom għalfejn jaqtgħu qalbhom qatt u dejjem iħarsu 'l fuq. Jaħdmu bis-serjetà, ikunu dedikati f 'dak kollu li jagħmlu, iqassmu l-ħin tajjeb sabiex ikunu jistgħu jsibu bilanċ bejn l-iskola u l-futbol u jżommu dieta bilanċjata. illum Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 'It-tfal u ż-żgħażagħ għandhom jerġgħu jibdew jiltaqgħu bejniethom u jmorru jilagħbu l-futbol' minn Cristian Antony Muscat Qabel nikkunsidraw li nżidu n-numru tal-barranin, l-ewwel ma jrid isir huwa li l-klabbs isiru iktar professjonali Dylan Grima

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019