Illum previous editions

ILLUM 15 September 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 Minn Yendrick Cioffi MINN eżerċizzju li għamlet il-gazzetta ILLUM, jirriżulta li maġġoranza kbira tal- ispiżeriji f 'Malta u Għawdex, jew aħjar 70%, qed ibigħu l-morning after pill. Dan ħareġ wara li l-ILLUM ċemplet kampjun ta' 70 spiżerija, jiġifieri spiżerija f 'kull lokalità (fejn hemm) kemm f 'Malta u anke f 'Għawdex biex tistaqsi direttament lill-ispiżjara dwar il-bejgħ ta' din il-pillola. Ċempilna daqslikieku konna klijenti biex nispjegaw lill-ispiżjara li kellna bżonn il- morning after pill u nistaqsu jekk insibux nixtruha jekk immorru dak il-ħin stess għaliha. Minn 70 spiżjar u spiżjara li tkellimna magħhom, 49 wieġbu li jbigħuha u kienu 21 biss (jiġifieri 30%) li qalulna li ma jbigħux jew inkella ma jistokkjawx il-morning after pill. Dan jista' jkisser il- perċezzjoni ta' xi wħud li ħafna mill-ispiżeriji għadhom qed jirrifjutaw li jbigħu l-morning after pill, tant hu hekk li hemm min qed jipproponi li l-ispiżeriji li jbigħuha jkollhom tabella li tindika li fil-fatt huma jbigħu l-pillola. X'qalulna l-ispiżjara li tkellimna magħhom? Il-morning after pill ilha disponibbli f 'Malta minn Diċembru tal-2016. Minkejja dan, kif spjegat, ma ssibhiex fl-ispiżeriji kollha u fl-aħħar ġimgħat qamet kontoversja għax ikun hemm spiżjara li jbigħuha biss wara li jistaqsu għadd ta' mistoqsijiet lill-mara li tmur tixtriha. Fil-fatt, il-maġġoranza assoluta tal-ispiżjara li tkellimna magħhom u li qalulna li jbigħu l-morning after pill, spjegawlna li t-tfajla li se tmur tixtriha trid tkun lesta li twieġeb ftit tal- mistoqsijiet jew inkella timla kwestjonarju żgħir. Kien dan il-punt li fl- aħħar ġimgħat qajjem ftit ta' diskussjoni, kważi kważi kontroversja, wara li l-grupp ta' Facebook Women for Women staqsa għalfejn tfajla għandha toqgħod tiġi mistoqsija ħafna mistoqsijiet (aqra aktar 'il quddiem). Numru inqas ta' spiżjara, iżda xorta waħda sostanzjali, spjegawlna wkoll li t-tfajla li se tixtri l-morning after pill għandha tieħu magħha l-karta tal-identità. Fil-fatt, kienet spiżjara waħda biss li qaltlilna li ma hemmx bżonn il-karta tal-identità. "Dan prodott mediċinali. Għalfejn għandi nitolbok il-karta tal-identità?" weġbitna. Innutajna wkoll li anke jekk ibigħuha, ma jidhirx li l-ispiżeriji jaħżnu ammont kbir minnha. Fil-fatt, numru sostanzjali ieħor ta' spiżjara, qabel weġbuna, riedu jiċċekjaw jekk kellhomx. Tant hu hekk li minn dawk il-45 li qalulna li jbigħuha, kien hemm uħud li dakinhar li ċempilna ma kellhomx għall-bejgħ. Apparti minn hekk, anke jekk hemm tipi differenti ta' morning after pill, li jkopru perjodi differenti (ara aktar 'il quddiem) mhux l-ispiżeriji kollha jkollhom l-għażla. Fil-fatt minn dawk li jbigħuha, kien hemm uħud li spjegawlna li għandhom minn tip wieħed biss, l-aktar dik li hija effettiva sa 72 siegħa wara li persuna jkollha x'taqsam sesswalment. Anke jekk 70% tal-ispiżeriji li ċempilna għandhom il-morning after pill, ma jfissirx li jbigħuha fil-ħinijiet kollha. Kien hemm drabi meta weġbuna l-assistenti tal-ispiżjara u qabel tawna risposta kellhom jikkonfermaw mal-ispiżjar jew l-ispiżjara li kienu xogħol jekk ibigħuhiex. Fil-fatt, l-ispiżjara mhumiex kostretti li jbigħu l-morning after pill. Intant, ħafna minn dawk l-ispiżjara li ma jbigħux il-morning after pill, tawna lista ta' spiżeriji oħra fil-viċin tagħhom li jbigħuha. Kien hemm ftit li ma qalulna xejn, Wara d-diskussjoni li qamet -aħħar jiem fuq il-grupp Women for Women, l-ILLUM iċċempel l-ispiżeriji u tistaqsi jekk ibigħux il-Morning After Pill. Ħafna spiżjara jbigħuha iżda mhux bl- addoċċ... Dwar il-kontroversja li nqalgħet fl-aħħar jiem, il-gazzetta ILLUM tkellmet mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Huwa saħaq li l-kwistjonijiet li qamu fl- aħħar jiem, kemm-il darba ġew diskussi mal-Kamra tal-Ispiżjara. "Hija fil-kompetenza ta' spiżjar, mhux biss meta qed jagħti l-Morning After Pill, iżda kwalunkwe mediċina, li jara li l-pazjent jew il-klijent qed jużaha b'mod siewi," saħaq il-Ministru. Huwa insista li r-relazzjoni professjonali bejn l-ispiżjar u l-klijent jew il-pazjent tibqa' importanti, għax fi kliemu, wara kollox, l-ewwel interess tal-ispiżjar huwa li jħares l-interess tal-pazjent. Mistoqsi dwar il- kummenti fuq il-grupp Women for Women, il-Ministru insista li r-relazzjoni ta' bejn l-ispiżjar u l-pazjent trid tkun waħda kunfidenzjali. "Ma narax għalfejn għandha ssir quddiem spiżerija mimlija nies," saħaq il-Ministru. "Naħseb li l-maġġoranza kbira tal- ispiżjara huma konxji minn dan il-fatt." Mistoqsi wkoll jekk tagħmilx sens li meta qed ibigħu l-Morning After Pill l-ispiżjara jitolbu l-karta tal-Identità, il-Ministru Fearne saħaq li ħlief minħabba l-kwistjoni tal-età ma jifhimx għalfejn din għandha tintalab. Il-grupp Women for Women ippropona wkoll li jkun hemm immarkat fuq barra ta' spiżerija jekk din tkun tbigħ il-morning after pill, biex tonqos l-iskumdità li jkollha tiffaċċja mara meta tidħol tistaqsi għall-pillola fi spiżerija li ma tbigħhiex. Staqsejna wkoll lill- Ministru dwar din il- proposta iżda dlonk wieġeb li ma jħossx il-ħtieġa għalfejn dan għandu jsir. Tal-istess fehma kienet Mary Anne Sant Fournier, President tal-Kamra tal- Ispiżjara. Intant, online, wieħed jista' jsib il-lista ta' dawk l-ispiżeriji li jbigħu l-Morning After Pill. L-ILLUM iċċempel l-ispiżeriji u tistaqsi: 70% jbigħu l-morning after pill X'jaħseb il-Ministru għas-Saħħa?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 September 2019