Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1165938
illum | Il-Ħadd 15 ta' Settembru 2019 8 Aħbarijiet Permezz ta' digriet mogħti fil-Prim'Awla tal-Qorti fl-24 ta' April, 2019, fl-atti tal-ittra uffiċjali numru 260/19, fl-ismijiet APS Bank Ltd vs Benny Camilleri ordnat issegwenti pubblikazzjoni biex isservi ta' notifika lill-intimat a tenur tal- Artikolu 187(3) et sequitur tal-Kap. 12. Fil-Prim'Awla tal-Qorti Illum 24 ta' Jannar, 2019 Lil Benny Camilleri (KI 494778M) ta' KateSalv, Triq il-Kostituzzjoni, Birżebbuġa. Permezz tal-preżenti APS Bank Ltd (C 2192) ta' APS Centre, Tower Street, Birkirkara BKR 4012, jinterpellak sabiex fi żmien ħmistax-il ġurnata min-notifika ta' din l-ittra uffiċjali tħallas lill- mittenti s-somma ta' €22,513.38 dovuta kwantu għas-somma ta' €19,190.25 bħala bilanċ ta' debitu ta' Loan Account numru 2000111969-5 u kwantu għas-somma ta' €3,323.13 bilanċ għad-debitu ta' Interest Disposal Account numru 2000173234-0. Fin-nuqqas jittieħdu passi ulterjuri skont il-Liġi. Bl-ispejjeż, u bl-imgħax ulterjuri fuq l-imsemmi Loan Account numru 2000111969-5 b'effett mill-1 ta' Jannar, 2019, sad-data tal-ħlas effettiv. Din l-ittra uffiċjali qed tigi preżentata ai termini tal-Kap. 12 u Kap. 16 tal-Liġijiet ta' Malta. Reġistru tal-Qrati Superjuri, illum 30 ta' Awwissu, 2019 ALEXANDRA DEBATTISTA Għar-Reġistratur tal-Qrati Ċivili u Tribunal. ... tkompli minn paġna 1 Jidher illi Muscat ma tantx deher kuntent b'dawn l-istejjer dwar il-futur tiegħu u tal-partit. Persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta qalu illi l-PM kien pjuttost irrabjat meta qal li mhux se jitlaq issa. Fir-realtà, id-diċeriji dwar il-futur qed jibdew jiddistabilizzaw xi ftit lill- partit b'Ministri li qed jissemmew bħala suċċessuri probabbli għaddejjin b'kampanji fuq il-midja soċjali kontinwament jippromovu lilhom infushom b'intervisti u ritratti fuq il- faċċati ta' rivisti, ħalli jkunu lesti jekk u meta l-mument jasal. Ilbieraħ fil-fatt, biex jagħmel tajjeb għall-perċezzjoni dejjem tissaħħaħ li fil- Partit Laburista għaddejja tiġrija, l-Grupp Parlamentari flimkien mal-Presidnent tal-Partit Laburista Daniel Josè Micallef, ħa ritratt li wħud mid-Deputati xerrdu bil-messaġġi 'tim wieħed' u 'tim magħqud wara l-Prim Ministru'. Fil-laqgħa tal-eżekuttiv Ian Borg u Konrad Mizzi, li flimkien mal-MEP Miriam Dalli qed jissemmew għat- tmexxija tal-partit, ma kinux preżenti. Dalli ma kinitx preżenti lanqas, iżda kien hemm preżenti żewġ MEPs tal-partit. Mal-ILLUM sorsi qalu illi preżenti kien hemm Chris Fearne li skonthom kien xi ftit maħsud. Intervistat minn din il-gazzetta, din il-ġimgħa stess Fearne baqa' jaħrab milli jwieġeb direttament il-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta dwar il-possibbilità li jkun f 'tellieqa għat-tmexxija tal-Partit Laburista u sostna li dawn il-mistoqsijiet huma 'ipotetiċi.' Din kienet ukoll l-ewwel laqgħa tal- Eżekuttiv tal-Ministru Edward Zammit Lewis. Fearne ma jweġibx dwar jekk itellaqx għat-tmexxija għax 'ipotetika' Chris Fearne, Ian Borg, Konrad Mizzi, Miriam Dalli WARA taħdidiet bejn il- Kurja u l-Ministeru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol – diskussjonijiet li kienu preseduti mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – il-Gvern ta' Malta assigura finanzjament biex jipprovdi laptops lill-edukaturi kollha impjegati fl-iskejjel tal-knisja. Waqt dawn it-taħdidiet, kummissjoni konġunta rrevediet il-ftehim li ġie ffirmat bejn is-Santa Sede u Malta f 'Novembru 1991 u minkejja li ħareġ li l-Gvern Malti mhuwiex legalment obbligat mill- imsemmi ftehim li jipprovdi dawn il-fondi, madankollu l-Gvern xorta waħda għażel li jipprovdi b'mod volontarju dawn il-laptops. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo saħaq li biex jintlaħaq dan il-qbil, il-Gvern Malti ħares lil hinn mill-ittra ta' ftehim bejn l-istat ta' Malta u s-Santa Sede u fl-ispirtu ta' kollaborazzjoni ddeċieda li jagħti €2.1 miljun biex dan imur lejn ix-xiri ta' laptops għall-edukaturi tal- iskola tal-Knisja. "Dan kollu huwa mezz biex naslu fejn irridu naslu. Irridu naħdmu flimkien biex nedukaw u ntellgħu liż-żgħażagħ tagħna skont il-valuri li nsibu fid-dokumenti ta' edukazzjoni tal-Vatikan li huma bbażati fuq umaniżmu fraternali. Irridu li l-iskejjel tagħna jkunu iktar minn fabbriki fejn l-istudenti jgħaddu mit-testijiet u l-eżamijiet u jakkwistaw iċ-ċertifikati. Fi żmien meta ninsabu ffaċċjati bid-deżertifikazzjoni li tiġi mill- materjaliżmu, irridu nkabbru liż-żgħażagħ tagħna biex jitgħallmu kif jgħixu flimkien f 'soċjetà umana. Hemm dawk li jaħdmu biex ixerrdu l-mibegħda. L-esklużjoni u d-diskriminazzjoni huma faċli. L-inklużjoni hija diffiċli u l-atti ta' ċiviltà. Ejjew nagħżlu t-triq diffiċli li tagħmilna iktar umani", qal il-Ministru Bartolo. Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ddikjara li edukazzjoni tajba għandha s-saħħa li tibdel il-ħajjiet. "Permezz tal- edukazzjoni, ma nfissrux biss it-tagħlim tal-qari u l-kitba, l-aritmetika, ix-xjenza u l-lingwi ġodda. Aħna naraw l-edukazzjoni bħala l-proċess li permezz tiegħu l-ġenerazzjoni żagħżugħa tagħna tiġi mgħammra bl-għodda meħtieġa biex ikunu jistgħu jikbru u jsiru adulti indipendenti ta' suċċess. U hekk kif uliedna jitgħallmu, jikbru, jirnexxu, hekk jagħmel il-pajjiż kollu magħhom", innota l-Ministru Abela. Laptops għall- edukaturi fl- iskejjel tal-Knisja