Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 31

www.illum.com.mt ARA PAĠNI 4 u 5 €1.25 IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • NRU 688 ARA PAĠNA 3 Ara l-istorja b'aktar dettall fuq is-sit illum.com.mt Jekk jitla' Fearne jsir reshuffle. Niżvelaw l-ewwel ftit dettalji dwar min jista' jieħu promozzjoni u l-ismijiet li sa issa qed jissemmew bħala favoriti... Il-PN joħroġ dak li jidher illi huwa l-aħjar rapport bi proposti li ħareġ sa issa. Mill-President sal- finanzjament tal-partiti NIŻVELAW L-EWWEL DETTALJI 'TAR-RESFUFFLE' TA' FEARNE Il-gazzetta ILLUM tista' tiżvela sondaġġ intern li sar fil-Partit Laburista u li juri illi l-Ministru Chris Fearne huwa l-għażla ta' 70.05% tal-membri tal-partit, filwaqt li Abela ta' 29.95% tal-membri. Dan is-sondaġġ sar fost 601 membru u juri fiċ-ċar illi Fearne huwa l-favorit fost l-etajiet kollha għalkemm jisboq sew lil Abela fost dawk li għandhom 55 sena jew aktar. Minn dawn is-601, 421 qalu li jippreferu lil Fearne filwaqt li 180 qalu li jippreferu lil Abela, bħala mexxej Laburista. Fuq bażi ta' distretti l-appoġġ lejn Abela huwa insinifikanti fid-distretti numru tnejn, u allura l-Kottonera, tlieta u allura dak li jinkludi ż-Żejtun, ir-raba' u allura dak li jinkludi Raħal Ġdid (Fearne huwa kandidat fit-tielet u r-raba' distretti) u fil- ħames distrett, li jinkludi Birżebbuġa u ż-Żurrieq. F'Għawdex ukoll l-appoġġ lejn Abela huwa żgħir ħafna. Iktar minn 60% tal-membri tar-raba' distrett jippreferu lil Fearne li huwa l-akbar appoġġ lejn wieħed mill-kandidati fid-distretti kollha. L-unika distrett fejn Abela jaqbeż sew lil Fearne, u jersaq mal-40% tal-appoġġ huwa fis-sitt distrett li jinkludi Ħal Qormi, u allura d-distrett ta' Abela. NIPPUBBLIKAW SONDAĠĠ INTERN TAL-PL Fearne qed ikaxkar b'appoġġ li jaqbeż is-70%

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019