Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 analiżi illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 b'viżjoni ta' gvern 'iżgħar'. u għal-liema prezz lesti jagħmluh. Din il-proposta jeħtieġ tkun mlaħħma wkoll biex wieħed jara r-reazzjoni tan-nies għall-pakkett finanzjarju li se jkun offrut lilhom. L-assi tan-nisa u rġiel tal- Ministri b'kollox Proposta interessanti li jaf tqajjem diskussjoni u anke reżistenza hija dik li permezz tagħha anke nisa jew irġiel tal- Ministri jeħtieġ jiddikkjaraw l-assi tagħhom. Ir-raġuni wara din il-proposta hija li jista' jkun illi l-Ministri jaħbu ċerti assi li ma jridux illi jidhru jitpoġġew fuq mart il- Ministru. Din il-proposta hija probabbilment frott il-kwistjoni Egrant u n-narrattiva li Muscat poġġa l-kumpanija Egrant fuq isem martu apposta. Fil-verità din il-proposta mhux neċessarjament tilħaq l-għan tagħha għaliex politku li jrid jaħbijista' jitfa' kumpaniji jew assi fuq isem ħabib, aħwa jew nies oħrajn li jistgħu jafdaw. Apparti minn hekk, hemm kwistjoni iktar personali. Mhux neċessarjament kull raġel/mara ta' Ministru xtaqu li jkunu fil- pożizzjoni li qegħdin fiha jew inkella jippreferu li jibqgħu persuni privati. Din tista' toħloq ukoll problemi allura fis-sens illi dawn iħossu li qed tintmess xi it din il-privatezza u l-anonimità, li sa issa ħafna minnhom għexu fiha, ladarba din tidħol fis-seħħ. Minkejja li hija proposta tajba, wieħed jeħtieġ jara kif din se taħdem biex isservi l-għan tagħha u mhux tispiċċa tnaffar lin-nies mill-politika. Avukat Ġenerali u anke Chairman tal-Awtorità tax- Xandir – biż-żewġ terzi Il-PN qed jipproponi illi anke l-Avukat Ġenerali jinħatar biż- żewġ terzi, għar-raġunijiet li semmejna taħt suġġetti oħrajn u fid-dawl ukoll ta' kritika kontinwa tal-PN lejn Peter Grech, l-Avukat Ġenerali kurrenti. Il-PN qed jitlob li l-istess isir fil- każ taċ-Chairman tal-Awtorità tax- Xandir. Il-problema mhijiex il-proposti nfushom, imma jekk wara kollox il-partitarji Nazzjonalisti u Gvern Nazzjonalista propsettiv humiex lesti illi jerħu tant poteri minn taħt idejhom u jerġgħu jagħmlu proċess ta' diċentralizzazzjoni. Finanzjament mill-istat... Intant, proposta interessanti ħafna tal-PN hija dik illi fiha qed jgħid li finanzjament permezz ta' donazzjonjijiet għandu jsir illegali. Minflok il-PN qed jipproponi li jkun l-istat, mit-taxxi jiġifieri, illi jiffinanzja lill-partiti. Din għandha t-tajjeb u l-ħażin. Il-ħażin huwa li ħafna nies, speċjalment f 'pajjiż polarizzat bħal Malta, mhux se jkunu jridu jgħaddu flushom lill-partiti in ġenerali, filwaqt li ħafna oħrajn mhux se jaċċettaw li parti mit-taxxi tagħhom qed imorru għand dak il- partit li huma tant ma jarawx għajn m'għajn miegħu. Wieħed irid jara wkoll 'donazzjoni' xi nfissru biha. Jekk inti għandek kumpanija tad- dawl u stageing – tista' taċċetta li tagħti xogħol b'xejn minn jeddek lil partit? Jekk inti, għall-grazzja tal-argument, dejjem ivvutajt lill- Alternattiva Demokratika u dan il-partit m'għandux finanzi u min jeddek tagħti s-servizz tad-dawl u stageing b'xejn, tkun qed tagħmel xi ħaġa illegali? Il-liġi tgħid li iva dawn donazzjonijiet u allura iva tkun qed tikser il-liġi. U allura wieħed jeħtieġ iżomm dan f 'moħħu u kif dan se jaffettwa, speċjalment partiti żġħar. It-tajjeb tagħha bla dubju huwa li jaqta' għalkollox iċ-ċans ta' abbuż. Jekk nużaw l-istess eżempju li użajna tad-dawl u stageing, il- "pjaċir" li se tkun qed tagħmel lill-AD, probabbilment se tistenna illi jintraddu lura jekk u meta jkun hemm bżonn. Tajba allura biex dan ikun kompletament eliminat u allura eliminata l-possibilità li d-donazzjonijiet jingħataw b'sens ta' obbligu, fis-sens illi persuna tistenna xi ħaġa lura għal dak li tkun tat. Tajba wkoll għaliex biha ma nkunux qed nivvintaw ir-rota u diġà qed titħaddem f 'pajjiżi oħrajn fejn partit jingħata flus daqs kemm ġab voti. Fil-każ ta' Malta bħalissa l-Parit Laburista jieħu ħafna iktar mill- PN, minħabba differenza kbira fil-voti. Skemi oħrajn ta' ċittadinanza...liema? Il-Partit Nazzjonalista qed jagħmel wegħda interessanti li hija wkoll xi it inqas riġida minn ta' qabel. U dan dwar iċ-ċittadinanza. Il-PN jgħid illi b'mod immedjat l-iskema tal-bejgħ taċ-ċittadinanza, xi ħaġa li ilu jgħid issa. Minkejja dan iżda l-PN qed jipproponi li "jiġu kkunsidrati skemi oħrajn ta' investiment ġenwin li iżda ma jiżvalutawx iċ- ċittadinanza ta' pajjiżna." Il-PN iżda ma jkomplix jispjega x'qed jipproponi. Ix-xandir u stazzjonijiet tal- partiti Proposta pjuttost radikali, għalkemm mhix oriġinali, hija dik illi l-partiti politiċi ma jkollhomx bżonn l-istazzjonijiet tagħhom għax il-PBS ikun biżżejjed. Imma kif nistgħu naslu għal dan? Il-PN qed jgħid illi apparti li ċ-Chairman jinħatar b'żewġ terzi tal-Parlament, anke l-panel ta' esperti ta' din l-awtorità jkunu maħturin bl-istess mod. Il-PN qed jipproponi wkoll li jkun hemm spazju ddedikat għal xandir minn partiti politiċi u msieħba soċjali. Il-proposta, f 'dinja ideali, hija pożittiva. Imma wieħed irid jara kif verament se jkun assigurat li l-istazzjon nazzjonali jsir verament minjiera ta' informazzjoni, diskussjoni u analiżi politika u titlaq mill- aħbarijiet ibbażati fuq rappurtaġġ. Li l-Gvern jitlaq minn taħt idejh ix-xandir nazzjonali li f 'termini ta' politika minn dejjem kien qisu ONE jew NET, skont min hemm fil-Gvern taf tkun problema kbira, speċjalment proposta li ma tinżilx tajjeb wisq mal-attivisti. Il-ġurnaliżmu verament in- dipendenti llum huwa apprez- zat daqs qatt qabel, iżda xorta għad m'hemmx biżżejjed apprezzament. Dan ifisser li bosta jistgħu jaraw xandir nazzjonali ħieles u analitiku bħa- la theddida g ħ a l l - i n t e r - essi steretta- ment partiġġjani tagħhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019