Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 Possibilità li Refalo jerġa' jidħol, jimtlew żewġ Ministeri u jingħataw xi promozzjonijiet lid-Deputati żgħażagħ ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Bħalissa għaddej moviment qawwi ħafna fil-Grupp Parlametntari Laburista, speċjalment fost il-backbench. Dan hekk kif it wara li jinħatar Prim Ministru l-Mexxej Laburista ġdid, mistenni reshuffle. Din il-gazzetta hija infurmata li l-affarijiet huma ħafna iktar ċari fil-każ li jirbaħ Chris Fearne, hekk kif din il-gazzetta żvelat illi l-istess Fearne ltaqa' ma' ħafna mill- Grupp Parlamentari qabel ma tefa' n-nomina u allura kiseb l-appoġġ tagħhom. Il-gazzetta ILLUM hija infurmata illi Anton Refalo jaf jerġa' jiddaħħal fil-kabinett imma mhux neċessarjament Ministru ta' Għawdex. Minkejja li fl-2017 kiseb l-akbar numru ta' voti mit-13-il distrett il-Prim Ministru Muscat ma tahx il-kariga ta' Ministru ta' Għawdex, anke wara serje ta' żbalji u kwistjonijiet, l-aktar l-allegata pressjoni biex ikun rilaxxat plejer tal-futbol akkużat bi vjolenza domestika, biex ikun parteċipi f 'logħba. Fl-aħħar snin hu kien qed imexxi Heritage Malta. Hu mium li kien ħadha bi kbira li ma sarx Ministru u din il- gazzetta kienet żvelat kif hu ma kienx aċċetta l-portafoll tal-Biedja u Sajd. Mill-backbench u fost id- deputati iktar żgħażagħ is-sorsi ta' din il-gazzetta semmew lil Clion Grima, bħalissa Segretarju Parlamentari għall-Isport, li lagħab parti importanti fid-diskussjonijiet bejn Fearne u Abela, qabel ma fil- fatt Abela ddeċieda li jikkontesta. Jekk Grima ma jibqax Segretarju Parlamentari, Fearne jkollu għażla bi Chris Aguis li kien diġà okkupa din il-kariga jew inkella Jean Claude Micallef li huwa persuna intiża sew u li kien u għadu mdaħħal f 'diversi għaqdiet tal-isports. Qed jimbotta lilu nnifsu ħafna iżda meqjus bħala persuna kkwalifikata u li ħalliet riżultati filwaqt li 'nadif ' huwa Aaron Farrugia, bħalissa Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali. Farrugia kien qed jagħti appoġġ qawwi lil Miriam Dalli u kien se jkollu kariga żgur kieku din saret Prim Ministru. Din il-ġimgħa kiteb artiklu dwar l-ekonomija tal-pajjiż u l-viżjoni ekonomika tiegħu, artiklu li ġie mdawwar mhux minnu biss, iżda minn ħaddiema tas-Segretarjat Parlamentari, mill-President tal- MHRA u minn Philip Fenech tal-GRTU. Dan jista' jkun sinjal ukoll ta' lobbying ta' Farrugia mas- soċjetà ċivili u man-negozji. Jidher li hemm qbil illi Byron Camilleri rebaħ ir-rispett ta' ħafna mill-Grupp Parlamentari, qed jagħmel biċċa xogħol tajba u allura jixraqlu jkun ippremjat. Jekk Camilleri jingħata promozzjoni titbattal il-pożizzjoni ta' Whip tal-Partit, kariga li tista' timtela wkoll minn xi ħadd li jinsab fil- backbench. Hemm ukoll Silvio Schembri, Julia Farrugia Portelli, Alex Muscat u anke Glenn Bedingfield li jista' jmisshom xi ħaġa, bl-ewwel tnejn meqjusin illi għamlu biċċa xogħol tajba fis-settur li kienu qed imexxu, speċjalment Schembri f 'dak li jirrigwarda l-blockchain. Schembri kien il-kandidat bl-akbar numru ta' voti fuq is-sitt distrett. Liema Ministeri se jkollhom jimtlew ... Jekk jitla' Fearne, ikun ifisser li jkun hemm bżonn jimtela l-post ta' Ministeru tas-Saħħa. Dan apparti li hemm il-Ministeru tat-Turiżmu li jinsab bla Ministru. Jista' jkun ukoll iżda li Fearne, jekk elett, jagħmel xi ċaqlieqa fosthom fl-edukazzjoni b'Evarist Bartolo fi triqtu 'l barra hekk kif mhux se jerġa' jikkontesta elezzjoni oħra u jneħħi Ministri li mhux meqjusin effiċjenti biżżejjed u li spiċċaw f 'kontroversji fl-aħħar xhur u snin. Ministeri oħrajn li jistgħu jkunu interessati, għax jista' jkun hemm ċaqieq jew tibdil, huma tal-Ġustizzja u Kultura bħalissa mmexxi mill-Ministru Owen Bonnici, tal-Intern bħalissa mmexxi minn Michael Farrugia u tal-Ugwaljanza u Affarijiet Ewropej bħalissa mmexxi minn Edward Zammit Lewis. Ian Borg u l-patt imxajtan Dan apparti l-fatt li jekk ikun elett Fearne jkollu jaħtar Deputat Prim Ministru ġdid, li jidher illi se jkun Ian Borg. Borg kien wieħed minn dawk li kienu se jitfgħu isimhom għat- tmexxija tal-partit, iżda malli Fearne ħareġ ismu għal din it- tiġrija, il-Ministru tat-Trasport u Infrastruttura, mill-ewwel skjera ruħu wara Fearne. Nhar il-Ħadd li għadda din il-gazzetta żvelat x'kien 'il-patt imxajtan' li rrefera għalih Robert Abela. Dan fil-fatt kien ehim li sar quddiem il-Prim Ministru Joseph Muscat u li kien jara l-ħolqien ta' trijumverat; Fearne Prim Ministru u Borg u Abela Deputati Mexxejja. Wieħed għalhekk irid jara jekk ikun elett Fearne, Abela x'post se jkollu f 'dan il-kabinett. Konrad Mizzi qed jappoġġja lil Fearne 'attivament' Intant din il-gazzetta tinsab infurmata wkoll illi bħal prattikament il-kabinett kollu Konrad Mizzi, li minkejja kollox għandu s-segwaċi u r-rispett fost ħafna Laburisti, qiegħed jappoġġja lil Fearne 'attivament'. Dan minkejja illi sa it xhur ilu ma kinux jaraw wisq għajn m'għajn. Fearne għamilha ċara illi Mizzi m'għandux post fil-kabinett tiegħu, anke jekk fuq Dissett ikkwalifika din l-istqarrija u qal li Mizzi minn jeddu ma jridx illi jkun Ministru għax irriżenja. Abela wkoll qed jisħaq illi Mizzi m'għandux post fil-kabinett tiegħu. Lejn kabinett ikbar Is-sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta sostnew illi jidher li se nkunu qed inħarsu lejn kabinett ikbar dejjem jekk jitla' Fearne. Interessanti illi issa ma jidhirx li Abela għamel wisq minn dawn in- negozjati u jekk għamel it huwa magħruf dwarhom fost dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta. Fearne jidher li għandu kollox lest. Anton Refalo jaf jerġa' jiddaħħal fil-kabinett, deputati żgħażagħ qed jimbuttaw lilhom infushom, Konrad jappoġġja lil Fearne bis-saħħa u xi Ministri jaf jitilfu posthom Aaron Farrugia Ian Borg Alex Muscat Julia Farrugia Portelli Anton Refalo Konrad Mizzi Byron Camilleri Robert Abela Clint Camilleri Silvio Schembri Glenn Beddingfild Evarist Bartolo