Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809
Il-film animat Cats huwa kummiedja mużikali fantastika b'sekwenzi drammatiċi bbażata minn fuq ix-xogħol mużikali ta' fuq il-palk tal-istess isem ta' Andrew Lloyd Webber. L-oriġini ta' dan kollu hija kollezzjoni ta' poeżiji tal-1939 ta' T. S. Eliot Old Possum's Book Of Practical Cats. Ċorma qtates kull sena jiddeċiedu liema wieħed minnhom għandu jitla' lejn il-livell tal-ġenna u jerġa' lura b'ħajja ġdida u mibdula. Stardog And Turbocat hu mmirat strettament għaż-żgħar. Buddy (vuċi ta' Frost), kelb li ntbagħat fl-ispazju fl-1969 biex jippruvaw rocket jikkraxxja fid-dinja ħames sena fil-futur f 'belt żgħira Amerikana. Hemmhekk, pulizija li jobgħod lil dawn l-annimali qed jaqbadhom. L-annimali l-oħra kollha jittantawh u jwaqqgħuh għaż-żuffjett. Fl-aħħar jasal Turbocat (Evans), qattus mibdul f 'supereroj li jsalvah u jieħdu f 'post fejn jista' jgħix fil- kwiet. 23 films illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 CATS STARDOG AND TURBOCAT taċ-ċinema minn din il-ġimgħa Vuċijiet Ewlenin: Luke Evans; Judi Dench; Gemma Arterton; Bill Nighy Direttur: Ben Smith Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 90 min. Ċert. U Vuċijiet Ewlenin: James Cordon; Judi Dench; Idris Elba; Jennifer HudsonDirettur: Tom Hooper Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 110 min. Ċert. P.G BLACK CHRISTMAS Atturi Ewlenin: Imogen Poots; Aleyse Shannon; Lily Donoghue; Brittany O'Grady; Caleb Eberhardt; Cary Elwes. Direttrici: Sophia Takal. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 92 min. Ċert. 15 Il-kumpanija ta' Jason Blum, Blumhouse, li tispeċjalizza f 'films tal- biża' u t-twerwir, għal dan iż-żmien tal- Milied reġgħet ħadmet Black Christmas li originarjament ħareġ fl-1974. Infatti, dan ix-xogħol ġdid, inferjuri bil-bosta għal dak ta' qablu, hi wkoll produzzjoni tal-biża', però aktar iffokat fuq qtil brutali. Il-film hu ambjentat kważi kollu kemm hu ġo kulleġġ, Hawthorne College, li l-attività skolastika fih naqset għalkollox. Xi ħadd misterjuż liebes il- maskra qed iħuf fuq in-naħa tat-tfajliet u jnaqqihom waħda waħda. Iżda dawn mhumiex daqshekk lesti li jkunu vittmi u jiddeċiedu li jopponulu b'kull mezz possibbli. Riley Stone (Poots) u sħabha tal-grupp Mu Kappa Epsilom (MKE), l-atleta Marty (Donoghue), Kris (Shannon), ribelluża u Jesse (O'Grady), li tħobb ħafna l-ikel qed iżejnu s-swali tagħhom għall-Milied ħalli jixxalaw fir-riċevimenti li se jsiru. Xi ħadd liebes l-iswed, bil-maskra, jibda joqtol lil dawn t-tfajliet li iżda jingħaqdu flimkien biex juru xi jsarrfu. Black Christmas din id-darba hu dirett minn mara b'mod tassew divers minn dak ta' 45 sena ilu, b'aktar azzjoni, vjolenza u dmija imma b'manjiera ineffiċjenti