Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

30 sport 'Dejjem inħobb nara l-pass li jkun imiss Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Niftakar li bdejt nilgħab ta' 12-il sena ma' San Ġiljan, qed ngħidu 35 sena ilu. Jien waqaft ta' età żgħira ħafna minħabba li kelli 19-il sena. Ħames snin ilu dħalt fil-kumitat ta' San Ġiljan u erba' snin ilu ġejt maħtur bħala s-segretarju tal-klabb. X'inhi d-differenza li tara bejn li tkun plejer għal dik li tkun segretarju ta' klabb? Hemm differenza kbira minħabba li bħala plejer xogħlu hu li jitħarreġ filwaqt li s-segretarju għandu l-piżijiet u r-responsabbiltajiet kbar. Is-segretarju għandu rwol importanti ħafna fil- klabb, l-istess bħalma huma kruċjali rwoli l-oħra fil-kumitat. X'ħajrek li tkun viċi-president tal- ASA? Inqis ruħi bħala bniedem ambizzjuż. Dejjem inħobb nara l-pass li jkun imiss u nimxi aktar 'il quddiem. Ħassejt li fl-ASA hemm bżonn li jinbidlu xi affarijiet. Nemmen li jekk ikun hemm nies ġodda, se jkun hemm entużjasmu ġdid u nippruvaw intejbu l-affarijiet. Minkejja kollox, ngħid li din l-assoċjazzjoni għamlet affarijiet tajbin. Waqt il-logħbiet ta' San Ġiljan kont narak grintuż, b'mod partikolari fuq il-kontroll tar-referis. Kif qed tħossok issa li ma tistax turi l-emozzjonijiet tiegħek fil-kariga l-ġdida tiegħek? Jien nemmen li kapaċi nżomm id- distakk f 'dan ir-rwol u nħalli barra ċerti emozzjonijiet. Minkejja kollox jien Ġiljaniż kont, għadni u nibqa'. Fil-ħajja professjonali trid tara x'inhuma l-limiti tiegħek. Nemmen li l-affarijiet jistgħu jimxu 'l quddiem. Għalhekk dieħel għal din il-kariga. L-għan tiegħi hu li niżviluppaw l-isport kollu akwatiku mhux biss il-waterpolo. Taħseb li r-referis Taljani li jiġu jikkontrollaw il-logħob lokali tal- waterpolo huma ta' livell? Jien xi kultant ngħid li l-uffiċjali Maltin huma aħjar minnhom. Trid tqis ukoll li Malta kienet l-ewwel pajjiż li adottajna r-regoli l-ġodda u r-referis Taljani għadhom mhux imdorrijin bihom. Dan kollu deher waqt il-logħob tas-sajf fejn l-uffiċjali Maltin kienu marru l-korsijiet u għalhekk kienu jafu x'se jsibu quddiemhom. Il-problemi dehru fir-referis Taljani għax dawn l-istess regoli ma kinux jafuhom. Taħseb li hawn ftit referis Maltin? Iva sfortunatament l-għażla ta' referis Maltin naqset ferm. L-għan tagħna bħala assoċjazzjoni hi li rridu naraw kif nattiraw uffiċjali ġodda. Waħda mill- ideat tiegħi hi dik li plejers ta' taħt il- 15-il sena jieħdu l-kors ta' referì forsi jekk ma jħossux li għandhom ikomplu jilagħbu, tal-anqas ikomplu bħala uffiċjali tal-logħba. Għalhekk hemm bżonn li tinħoloq akkademja fejn ikun hemm mhux biss korsijiet tar-referis iżda wkoll korsijiet tal-kowċing. Dawn l-affarijiet għadhom ma jeżistux u huwa għalhekk li għandi f 'moħħi li noħolqu struttura sabiex dawn l-ideat jkunu jistgħu jiġu attwati. Int għandek xogħol ta' importanza kbira fis-soċjetà Maltija. Kif se tlaħħaq ma' din il-kariga ġdida li għandek kif ukoll max-xogħol? Jien bniedem organizzat u nemmen li jekk inqassam il-ħin sew jirnexxili nlaħħaq. Xi tgħidli dwar il-pixxina nazzjonali u l-ftit spazju li jkun hemm biex titħarreġ? L-ewwel u qabel kollox naħseb li l-pixxina nazzjonali f 'Tal-Qroqq għandha tgħaddi f 'idejn l-ASA. Diġà kellna xi diskussjonijiet f 'dan ir-rigward u kellimna xi ministri u segretarji parlamentari. Issa li hawn il-liġi tal-kummerċjalizazzjoni kieku nistgħu nużawha bl-aħjar mod possibbli. Jien tal-opinjoni li hemm spazju għal żewġ pixxini indoor u nużawha anke biex xi timijiet barranin jiġu jagħmlu xi trainingcamps f 'pajjiżna. Dawn huma kollha ideat importanti li jgħinu fl-iżvilupp tal-isport akwatiku f 'pajjiżna. Semmejt l-indoor pool. Ilu jissemma dan il-proġett. Fil-verità dan hu proġett tal-Gvern. Aħna bħala assoċjazzjoni akwatika u l-klabbs fi ħdanha ftit għandna x'naqsmu miegħu. Naf li nfetħu t-tenders iżda issa rridu naraw il-proċess tagħha. Taħseb li hemm biżżejjed sigurtà fil- pixxina nazzjonali? Fl-opinjoni tiegħi nara li iktar ma jkollok sigurtà u ruxxmata pulizija iktar toħloq tensjoni fost l-ispettaturi. Jien ma nemminx li għandna problemi bis-sigurtà fil-pixxina nazzjonali f 'Tal- Qroqq. Xi tgħidli dwar it-tim nazzjonali Malti mmexxi minn Karl Izzo? Ngħidlek illi dan il-kowċ flimkien ma' dawk kollha involuti għamlu affarijiet kbar b'mod partikolari li rnexxielhom jikkwalifikaw għall-kampjonat Ewropew għal darb'oħra. Issa li ninsabu fil-fażi finali ta' Budapest għandna t-tama li ntejbu l-pożizzjoni tagħna u nemmen li mat-Turkija għandna ċ-ċans nieħdu xi punti. Kellek iċ-ċans li tkellem lis-sur Joe Caruana Curran? Iva diġà tkellimt miegħu. Mal-ewwel urejtu x-xewqa li jkolli din il-kariga. Hu ma kellux problemi b'dan kollu minħabba l-fatt li fil-passat konna diġà ħdimna flimkien u għandna relazzjoni tajba ħafna. Għalhekk se nkunu qed naħdmu spalla ma' spalla flimkien. X'se jkun ir-rwol il-ġdid tiegħek? Jien se nkun qed nieħu ħsieb l-iżvilupp u l-amministrazzjoni tad- dixxiplini kollha li jaqgħu taħt l-ASA. X'inhuma d-dixxiplini li għandkom fi ħdankom? Hemm l-għawm inġenerali, għawm sinkronizzat u ma ninsewx ukoll dak li bl-Ingliż jissejjaħ "Open Sea Swimming". Dawn huma tip ta' dixxiplini li se nkun qed nieħu ħsieb. Nixtieq li ċerti dixxiplini jkunu iktar magħrufa sabiex inkabbru mhux biss il-parteċipazzjoni iżda wkoll il-popolarità. Xhieda ta' Hemm bżonn li tinħoloq akkademja fejn ikun hemm mhux biss korsijiet tar-referis iżda wkoll korsijiet tal-kowċing IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum Carlo Mifsud - viċi-president ġdid tal-ASA li tant iħobb il-logħba tal- waterpolo u żgur li se jkun qed jagħmel l-almu tiegħu kollu biex din il-logħba tkompli tikber fil-popolarità f'pajjiżna. Fil-passat riċenti okkupa wkoll il-kariga ta' Segretarju ta' San Ġiljan ASC.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019