Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 kultura IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum 'NAFHOM WIEĦED WIEĦED' L-ILLUM TILTAQA' MAR-RAĠEL LI GĦANDU 'L FUQ MINN YENDRICK CIOFFI Fetħilna l-bieb u xegħel id- dawl. Tħares fejn tħares Bambini. Kbar, żgħar, bojod, suwed, bilwieqfa, bilqiegħda, mimduda, rieqda, imqajma, jiċċaqilqu, tal-injam, tax- xemgħa, tal-ġibs, imdawra bil-ganutell. Pawlu Pace u l-famija tiegħu għandhom 'il fuq minn 2,000 Bambin, wieħed isbaħ mill- ieħor u kull wieħed minnhom jirrakkonta ġrajja differenti. Il-gazzetta ILLUM żaret lil Pawlu Pace f 'dak li hu jsejjaħlu l-Mużew tal-Bambini, żewġt ikmamar li fihom il-familja Pace tesponi madwar 1,500 Bambin, għax tant kemm għandhom li lanqas joqogħdu kollha. "Allaħares jibku f 'salt," għidtlu bi tbissima. "Kollha kemm huma kwieti," weġibna bid-daħka. Fil-fatt, Pawlu Pace lanqas jaf eżatt kemm għandu Bambini. Fi kliemu, tilef il- kont, iżda għandu kemm għandu Bambini, kemm jekk kbir u anke jekk żgħir, kollha huma differenti minn xulxin. Pawlu u martu ilhom 'il fuq minn 30 sena jġemmgħu l-Bambini iżda ma jfissirx li qabel ma kienx iħobbhom. Fil-fatt, wieħed mill-Bambini esposti, huwa l-ewwel Bambin li Pawlu Pace kien qala' mingħand missieru meta kien għadu tfal. "Minn meta kont tifel żgħir kont miġbud lejhom. Qabel l-iskola konna mmorru fit-tmienja u f 'nofsinhar nirritornaw id-dar biex fis- sagħtejn nerġgħu mmorru sal-erbgħa. Kien hemm ħanut Birkirkara u kellu dan il- Bambin li kont nieqaf inħares lejh kuljum. Kien sitt xelini u nofs, qishom 13-il ċenteżmu tal-lum iżda missieri ma setax jixtrih. Darba lagħab il-lottu, rebaħ tliet liri u narah ġej bih," irrakkontalna Pawlu. Isiefer u jimla bagalja bil- Bambini... Iżda l-kollezzjoni bdiet meta Pawlu u l-mara tiegħu, li diġà kellhom numru ta' Bambini mhux ħażin xtaqu Bambin tax- xemgħa, minn dawk li jkunu mlibbsa b'mantell aħmar. Sabu wieħed, xtrawh u minn wieħed baqgħu ġejjin Bambin wara l-ieħor. Jekk inti meta ssiefer iġġib bagalja mimlija ħwejjeġ, xi kalamita ta' mal-friġġ u xi kaxxa ċikkulatini tal-post, Pawlu u martu jimlew il-bagalji bil- Bambini. Kompla jirrakkontalna L-Aġenzija tal-Bini u l-Kostruzzjoni tavża li se testendi s-servizzi tagħha għal Għawdex, u ser tibda tilqa' garanziji bankarji li għandhom x'jaqsmu mal-Evitar ta' Hsara lill-Propjeta' ta' Terzi (LN 136 - 2019). Kull min jixtieq jissottometti d-dokumenti oriġinali tal-Garanziji Bankarji jew ir-rilaxx tagħhom, wara ċ-ċertifikazzjoni ta' tlestija tax-xogħlijiet lill-Aġenzija, jista' jagħmel dan kull nhar ta' Tlieta u Ħamis bejn it-8.00 a.m. u l-12.00 p.m. Citybel, Level 1, Triq Santa Marta, Victoria, VCT2551, Gozo www.bca.org.mt 2,000 BAMBIN Għandu 2,000 Bambin. Kull Bambin li jara jkun iridu u meta jsiefer jimla l-bagalja bil-Bambini. Għandu wħud antiki immens, oħrajn moderni u oħrajn li ġejjin minn kull rokna tad-dinja. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' ma' Pawlu Pace Il-Bambin favorit ta' Pawlu Pace Il-Bambini b'xagħar in-neputijiet ta' Pawlu

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019