Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809
06 analiżi IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum YENDRICK CIOFFI Is-safe ta' Pilatus hemm kien, imma Michelle Muscat mhux fih • Konferma li fil-Bank Pilatus kien hemm safe • Minkejja dan, isem Michelle Muscat ma kienx fih • Skont l-inkjesta fis-safe kien hemm dokumenti iżda dan ma kienx fil- kċina kif kitbet Caruana Galizia u lanqas ma kellu fih dokumenti relatati ma' Egrant • Ir-rapport jispjega kif dan is-safe jistgħu jaċċessawh biss it persuni • Ir-rapport ikompli li fid- dokumenti 'Know Your Clients' (KYC) kien hemm dokument magħmul minn Denica Cebova, impjegata l-Pilatus, nhar is-27 ta' Jannar 2016 u jismu 'List of clients which KYCs are in the safe'. • F'din il-lista kien hemm imsemmi Keith Schembri u Sahfra FZCO, il-kumpanija msemmija minn Daphne Carauana Galizia bħala l-kumpanija li bagħtet $1 miljun f 'Egrant. • Egrant ma kellha l-ebda kont f 'Pilatus Mix-xhieda ta' Konrad Mizzi • Konrad Mizzi dak iż-żmien Ministru, ikun mistoqsi mill-Avukat Inkwerenti dwar it-trust Rotorue fi New Zealand u l-kumpanija Hearnville fil- Panama marbuta miegħu. • Jisħaq li l-Prim Ministru "kien jaf li hemm trust u an underlying company." • Jgħid lill-Maġistrat li kien spjega r-raġunijiet lill-Prim Ministru Joseph Muscat qabel ma din ħarġet fil-midja • Jinsisti li ma kien hemm l-ebda negozju jew tranżazzjonijiet mill-familja Aliyev tal-Ażerbajġan • Jinsisti li la Hearnville u lanqas Rotorua qatt ma kellhom kont bankarju • Jisħaq li ma għamel xejn illegali iżda jemmen li ma jmissu qatt fetaħha • Mela għaliex fetaħha? Jgħid li l-mara tiegħu "tgħix in-naħa l-oħra tad- dinja," kienu jgħixu Londra, il-karriera tiegħu hija internazzjonali u peress li seta' jagħmel affarijiet oħra wara l-politika, il- familja tiegħu kellha bżonn struttura li tirrifletti l-ħtiġijiet tagħha • Xħin rajt is-sentiment pubbliku fuqha, jiena għidt kont qed inwettaq, kont qed naħdem lejl u nhar biex nagħmel differenza f 'dan il-pajjiż u ma ridtx nitlaq, ma ridt inħalli xejn li jista' jimmina l-kredibbilità futura tagħna, la tiegħi u lanqas tal-Gvern u għaldaqstant tlabt kumpanija indipendenti biex tagħmel audit u fl-aħħar iddeċidejt li nillikwida l-kumpanija." Mix-xhieda ta' John Dalli • John Dalli, eks Kummissarju Ewropew u eks Ministru Nazzjonalista, anke quddiem il-Maġistrat irrefera għal Daphne bħala "terrorista" • 'F'Mejju, tal-2016 l-istess terrorista għax jiena hekk insejħilha lil din tajjeb? Kienet qalet li din il-kumpanija Egrant kienet tiegħi tajjeb'? • Ikompli jikkwota lil Caruana Galizia meta qalet li Egrant kienet tiegħu għax kellha "gut feeling" • "Din tigdeb fuq kulħadd, li jfettilha tiktbu din, tajjeb?" • John Dalli kien saħansitra rrapporta lil Daphne għal fastidju għax fi kliemu "xebbgħatni dawn is-snin kollha tigdeb kontrija kontinwament u tivvinta kull ħaġa u f 'sitt xhur għadhom ma ttieħdu l-ebda passi kontriha din." • Saħansitra allega li hemm xi ħadd fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali lil Daphne qiegħed jipproteġiha. • Ikompli jattakka lil Caruana Galizia u jisħaq li kienet konfoffa ma' Giovanni Kessler li kien Direttur tal-OLAF u li akkuża lil Dalli li meta kien Kummissarju Ewropew ipprova jwaqqaf il-projbizzjoni tal-isnus darbtejn. • Dalli ammetta li darba kellu ikla mad-diriġenti tal-Bank Pilatus. Jisħaq li dik kienet l-unika darba li ltaqa' magħhom barra mill-bank. Cini jirranġa laqgħa bejn John Dalli, Hasheminejad u Brian Tonna • John Dalli kien fetaħ kont fil-Bank Pilatus nhar il-25 ta' Jannar 2014 • Aktar tard John Dalli ltaqa' ma' Ali Sadr Hasheminejad, sid il-Bank Pilatus u Brian Tonna minn Nexia BT. • Ir-rapport jinnota kif m'hemm l-ebda raġuni ċara għal din il-laqgħa, ladarba l-kontijiet ta' Dalli kienu nfetħu diġà. • Il-kontijiet ta' Dalli it li xejn intużaw u t-tranżazzjonijiet kienu żgħar u għalhekk mhumiex suspettużi Mix-xhieda ta' Keith Schembri • Jitkellem dwar il-ħbiberija tiegħu ma' Brian Tonna ta' Nexia BT. Jgħid li kienu ilhom 22 sena ħbieb, tant li din ir-relazzjoni jinnotaha wkoll il-Maġistrat fir-rapport. • Keith Schembri jinsisti mal- Maġistrat li hu qatt ma tkellem ma' Brian Tonna dwar xi strutturi simili għal dik li fetaħ hu u li fihom kienu interessati terzi persuni. • "Żgur li le," jgħid Keith Schembri meta mistoqsi tkellimx ma' Brian Tonna f 'isem Konrad Mizzi • "She has crossed the limit," jgħid Schembri lill-Maġistrat dwar Daphne. • "Jiena living proof tal-gideb kollu tagħha," ikompli Schembri waqt li insista li "l-persuna ħolqitli ħafna inkwiet fil-ħajja personali tiegħi." • "Ivvintat kundizzjoni, ġennet lill-familja tiegħi, kont tlajt l-Amerka għall- kura, tat id-data ta' meta ħa mmut mingħajr ma ... I am living proof tal-gideb kollu tagħha." • "Qiegħed fi klinika fl-Amerika, sejjer għal Pad Scan, nistenna nofs siegħa u nara kumment make cancer bring him down. Ma għandi l-ebda rispett. Ma nafx nobgħod però ma għandi l-ebda rispett għal nies hekk." • "It can't go on like this," ikompli jgħid Schembri lill-Maġistrat waqt li insista li ma kienx ikun jaf x'se jwieġeb lit-tifla meta kienet tmur mill-iskola u tgħidlu "Daddy l-iskola qed jgħidu li ħa tmut." Aġenzija Ċiniża kellha tingħata monopolju f'Malta 'bl-għajnuna ta' Sai' • Ir-rapport isemmi kif Keith Schembri, Konrad Mizzi u Brian Tonna attendew laqgħa li saret f 'Ġunju tal-2014 ma' negozjant Ċiniż Cheng Chen • Cheng Chen huwa klijent ta' Nexia tant li bl-għajnuna tagħha sar sid tal- kumpanija Torbridge fil-BVI, • Din hija waħda mill-kumpaniji li waqqfet Nexia u li Karl Cini naqas milli jsemmi fix-xhieda tiegħu mal-Maġistrat Aaron Bugeja. • Dil-kumpanija kellha wkoll kont fil-bank Pilatus. • Tissemma Private Public Partnership biex titwaqqaf MACHIN Project, li kellha tkun entità għall- promozzjoni ta' investiment bejn iċ-Ċina u Malta. • Din l-entità kellha tkun irreġistrata Malta u 100% kkontrollata minn kumpanija fil-British Virgin Islands. • "Din l-entità kellha tkun awtorizzata mill-Gvern Malti bħala l-uniku aġenzija rappreżentattiva Maltija għall- promozzjoni tal-investiment fiċ-Ċina," jgħid ir-rapport. • "Jissemma wkoll li l-mekkaniżmu koperattiv kellu jitwaqqaf bl-għajnuna ta' ċertu persuna jisimha Sai. Din tista' tkun Sai Mizzi Lang, il-mara ta' Konrad Mizzi," ikompli r-rapport • Immedjatament wara li ħareġ ir- rapport, Konrad Mizzi bagħat stqarrija u wieġeb hekk: "Din il-proposta li tissemma fir-rapport tal-Inkjesta Egrant Inc ma kinitx ġiet żviluppata, ma sarx xogħol fuqha, u għalhekk ma ntlaqgħetx. Sai Mizzi, li dak iż-żmien kienet rappreżentanta tal-Malta Enterprise fiċ-Ċina, qatt ma ġiet avviċinata Ħarsa ħafifa lejn ftit mill-aktar xhieda kruċjali fir-rapport tal- inkjesta Egrant ippubblikat din il-ġimgħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni Minn Efimova u l-Bank Pilatus sa John