Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809
16 opinjoni Business friendly: il-flus qabel in-nies! Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 • illum L-art pubblika għandha sservi l-ħtiġijiet tan-nies qabel dawk tan-negozji A rt pubblika qed tittieħed minn stabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex tkun estiża l-atti- vità kummerċjali tagħhom fit-triq u dan bil-konsegwenza ta' diversi problemi għar-residenti u l-komunita- jiet tagħna madwar Malta. L-aħħar każ fl-aħbarijiet hu dak ta' Triq il-Kbira San Ġiljan li seħħ wara li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet permess biex f 'żona li sal-lum kienet riżervata għall-parkeġġ jibdew jitqiegħdu l-imwejjed u s-siġġijiet. Sid l-istabbiliment aġixxa hekk kif irċieva l-permess tal-ippjanar mingħajr ma qagħad jistenna għal deċiżjoni mingħand l-Awtorità tal-Artijiet dwar jekk jistax ikun aċċettabbli li art pubblika tintuża bil-mod propost. Il-qarrejja probabbilment jiakru li xi żmien ilu l-Awtorità tal-Artijiet kienet irriutat applikazzjoni simili fix-Xatt il-Gżira. F'dak il-każ partikolari appell ta' lukanda minn deċiżjoni tal- Awtorità tal-Artijiet biex flok spazji għall-parkeġġ tal-karozzi fi triq ewlenija jitqiegħed platform u fuqu mwejjed u siġġijiet kien irriutat. It-talba biex jitqiegħdu l-imwejjed u s-siġġijiet kienet irriutata minħabba li kienu ser jonqsu żewġ spazji għal parkeġġ kif ukoll minħabba tħassib dwar sigurtà tan-nies. Minkejja din id-deċiżjoni li ttieħdet iżjed minn sena ilu mit-Tribunal Amministrattiv jidher li l-Awtorità tal- Ippjanar għadha marbuta mal-interessi tan-negozji. Ikun floku li niakru li d-dokument bil-politika tal-ippjanar dwar it- tqegħid ta' mwejjed u siġġijiet fi spazji pubbliċi kien imfassal minn kumitat inter-Ministerjali li speċifikament kien eskluda l-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-lokalitajiet tagħna. L-interessi tal-lokalitajiet, kemm dawk tar-residenti kif ukoll dawk tal-Kunsilli Lokali kienu kompletament injorati. Iktar minn hekk, meta l-materja kienet ikkunsidrata mill-Kabinett, mid-dehra l-Ministru tal-Kunsilli Lokali Owen Bonnici kien rieqed għax kieku bla ebda dubju kien jiġbed l-attenzjoni ta' sħabu li l-Liġi dwar il-Kunsilli Lokali, fl-artiklu 33 tistabilixxi li hi funzjoni ta' kull Kunsill Lokali li "jagħti pariri lil u, li jkun ikkonsultat minn kull awtorità li tieħu xi deċiżjonijiet li direttament jew indirettament jolqtu l-Kunsilli u lir-residenti li jkunu responsabbli għalihom." F'kull parti tal-pajjiż, il-Kunsilli Lokali huma rrabjati dwar kif dawn ir-regoli speċifiċi tal-ippjanar ġew imfassla, approvati u implimentati b'mod li jpoġġu n-negozju u l-flus qabel in-nies. F'dan il-każ speċifiku ta' San Ġiljan l-ispażju pubbliku li hu propost li jittieħed hu preżentment utilizzat għall- parkeġġ. Ipprova imxi fuq il-bankina fix-xatt bejn il-Gżira u Tas-Sliema u ibqa' għaddej max-Xatt ta' Tigne. Tkun mixja diffiċli minħabba li n-negozji għamlu l-bankina tagħhom (bil-barka tal- awtoritajiet) u dak li hu tal-pubbliku kkapparrawh: mhux biss il-bankina imma wkoll kważi kull spazju għall- parkeġġ. Li tipprova timxi fuq il-it spazju li ħallew hi diffiċli ħafna għal kulħadd imma l-iktar għar-residenti li joqogħdu fl-appartamenti fis-sulari ta' fuq dawn in-negozji. Jiffaċċjaw kull xorta ta' diffikultà mill-ħruġ tal-iskart, li bilkemm ħallewlhom fejn dan jitpoġġa kif ukoll anke diffikultà biex idaħħlu fi djarhom għamara ta' kull xorta. Dan hu r-riżultat tal-politika tal-Gvern tal-lum li tpoġġi l-interessi tan-negozju qabel l-interessi tan-nies: politika business- friendly. Infrastruttura sigura u aċċessibbli għan-nies hi kontinwament mogħtija l-ġenb kemm mill-Gvern kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi. Jiena dejjem kont tal-fehma li l-Ippjanar għall-użu tal-art hu għan- nies. Sfortunatment dan ġie ttrasformat f 'magna li tiffaċilita l-qligħ tal-flus. Għamel sew Albert Buttigieg, is- Sindku ta' San Ġiljan li sabbat saqajh u rreżista l-aħħar attentat tan-negozju biex bl-għajnuna tal-Awtorità tal- Ippjanar jibqa' jħarbat il-ħajja tan-nies. Kien ukoll f 'waqtu l-intervent tal- President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava waqt il-konferenza stampa li fiha dan l-abbuż inġieb għall- attenzjoni tal-istampa fejn saret enfasi wkoll li dawn ir-regoli li jippermettu dawn l-abbużi jitwarrbu llum qabel għada. Ilna ngħidu li wasal iż-żmien li l-Awtorità tal-Ippjanar teħtieġ li tiġi f 'sensiha. Kull żvilupp konness mal-ispazji pubbliċi fil-lokalitajiet tagħna għandu jsir biss kemm-il darba jkun hemm il-kunsens tal-Kunsilli Lokali tagħna. L-art pubblika għandha sservi l-ħtiġijiet tan-nies qabel dawk tan-negozji.