Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809
17 opinjoni Inkomplu nimplimentaw aktar riformi Owen Bonnici huwa l-Ministru tal-Ġustizzja, Kultura, u Gvern Lokali D an huwa Gvern riformista u ma jiddejjaqx idaħħal riformi biex pajjiżna jkun verament pajjiż li fih tirrenja d-Demokrazija u s-Saltna tad-Dritt. Matul dawn l-aħħar sitt snin daħħalna diversi liġijiet u riformi li saħħew il-qasam tal-Ġustizzja. Ma konniex kuntenti, għaliex dejjem hemm lok ta' titjib u lok li nkomplu nsaħħu dak li diġà wettaqna u dak li diġà saħħaħna. U kien għalhekk li fuq talba tagħna l-Kummissjoni Venezja kienet ġiet Malta biex tara b'għajnejha stess u tisma' b'widnejha stess, dak li konna qegħdin nagħmlu. U tlabna li tagħmel rapport dwar dak li fl-opinjoni tagħha stajna nkomplu nimplimentaw u nsaħħu. Dan għamilnieh minn jeddna, għax tassew nemmnu f 'dak li ngħidu. Wara biss mitt jum, inħareġ pubblikament dan ir-rapport, irrikonoxxejnieh u wegħedna li dak li huwa possibbli, konna se nimplimentawh. U hekk sar. Bdejna mall-ewwel. U issa qed naraw ir-riżultati. Dil-ġimgħa ħabbart li s-separazzjoni tal-irwoli duppliċi tal-Avukat Ġenerali se tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Diċembru, 2019. Dan l-iżvilupp segwa t-tħabbira ta' Dr Victoria Buttigieg bħala l-ewwel Avukat tal-Istat, wara li ġiet rakkomandata b'mod unanimu minn Kummissjoni ta' Ħatra, immexxija mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia, wara sejħa pubblika. Dr Buttigieg iggradwat bħala avukat fl-2001. Hija ssoktat l-istudji tagħha b'Masters fis-Servizzi Finanzjarji. Ilha mill-2007 taħdem fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u llum tokkupa l-kariga ta' Assistent Avukat Ġenerali. Ħadmet b'mod estensiv fil- kamp tal-litigazzjoni, bi speċjalizzazzjoni fl-oqsma ċivili, kostituzzjonali u amministrattivi. Hija rrappreżentat lill-Gvern f 'diversi laqgħat u kumitati internazzjonali u kkontribwixxiet għal għadd ta' proġetti ta' riforma fil-qasam legali. Il-ħatra ta' Dr Buttigieg ġiet wara proċess miuħ u wara parir unanimu ta' Kummissjoni tal-Ħatra. Din hija ħaġa li qatt ma saret qabel fl-istorja ta' pajjiżna u l-proċedura saret fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja. Il-liġi tipprovdi għal separazzjoni sħiħa bejn il-funzjonijiet duppliċi li għandu llum l-Avukat Ġenerali. Waqt li l-Avukat Ġenerali bis-saħħa ta' din ir-riforma se jibqa' jżomm ir-responsabbilitajiet ta' prosekuzzjoni u materji kriminali li tipprovdi għalihom il-Kostituzzjoni u liġijiet oħrajn fil-kamp kriminali, l-Avukat tal-Istat se jibda jkun responsabbli għall- funzjonijiet kollha ta' pariri lill-Gvern u rappreżentanza legali fl-oqsma tal-liġi kostituzzjonali, ċivili u amministrattiva li sal-lum huma eżerċitati mill-Avukat Ġenerali. Il-Kummissjoni ta' Venezja, fl-opinjoni tagħha dwar Malta tas-17 ta' Diċembru, 2018, kienet ipproponiet is-separazzjoni tal-funzjonijiet duppliċi tal-Avukat Ġenerali. Din il-ħatra se tkun pass ieħor importanti fl-istorja legali ta' pajjiżna speċjalment meta wieħed iqis li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ilu jeżerċita funzjonijiet duppliċi sa mill-1936. B'din il-bidla, il-Gvern qiegħed juri ċar u tond l-impenn tiegħu favur it-tisħiħ tas-Saltna tad-Dritt u s-separazzjoni tal-poteri f 'pajjiżna. Din ir-riforma li se tara wkoll it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala uffiċċju indipendenti ta' prosekuzzjoni, li hija wkoll implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni ewlenija tal-Kummissjoni ta' Venezja u se tkun pass ieħor 'il quddiem fil-kamp tal- ġustizzja. L-Avukat tal-Istat se tgawdi l-istess livell ta' protezzjoni u sigurtà fil-kariga (security of tenure) li jgawdu l-Membri tal- Ġudikatura u l-Avukat Ġenerali. L-Avukat tal-Istat se tkun il-konsulent ewlieni tal-Gvern f 'materja ta' liġi u opinjoni legali u se tkun marbuta li taġixxi fl-interess pubbliku u fis-salvagwardja tal-legalità tal-azzjonijiet tal-Istat. L-Avukat tal-Istat se taqdi l-funzjonijiet tagħha permezz ta' aġenzija indipendenti mwaqqfa bl-Att dwar l-Avukat tal-Istat. L-Avukat tal-Istat se jkun rikonoxxut mill-Kostituzzjoni u d-detenur ta' din il-pożizzjoni se jkollu l-istess doveri u protezzjoni fil-kariga bħalma jgawdu l-Avukat Ġenerali u l-membri tal- Ġudikatura. L-Avukat tal-Istat se jkun il-Konsulent Legali Prinċipali tal-Gvern fejn għandha x'taqsam il-liġi u opinjonijiet legali u jkun obbligat b'mod espliċitu li jaġixxi fl-interess pubbliku u biex jissalvagwardja l-legalità tal-azzjonijiet tal-Istat. L-Avukat tal-Istat se jwettaq il- funzjonijiet tiegħu permezz ta' aġenzija indipendenti stabbilita bl-istess liġi. Din is-sitwzzjoni ilha preżenti fil-leġiżlatura Maltija mill-1936, mill-promulgazzjoni tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali li kienet ikkonsolidat il-karigi tal-Prosekutur Pubbliku u tal-Avukat Erarjali fl-irwol tal- Avukat Ġenerali. Din il-konsolidazzjoni nżammet fil-Kostituzzjoni Maltija anka wara l-indipendenza ta' pajjiżna, u bis- saħħa tal-introduzzjoni ta' dan l-Att, din is-sitwazzjoni se tinbidel. * * * Aktar riformi, din id-darba - emendi biex il-Qrati jkollhom iktar diskrezzjoni fejn tidħol il-piena f 'każijiet ta' kultivazzjoni tal-pjanta tal-kannabis għall- użu personali. Din il-ġimgħa wkoll ippubblikajt sett ta' emendi għal-liġijiet tad-droga li bis- saħħa tagħhom il-Qrati jkollhom iktar diskrezzjoni dwar is-sentenza li għandhom jagħtu f 'każ ta' sejbien ta' ħtija f 'każijiet ta' kultivazzjoni tal-pjanta tal-kannabis għall- użu personali. Effettivament il-Qrati jkunu jistgħu jagħtu piena li ma tkunx waħda ta' ħabs bilfors – dejjem jekk il-Qorti tkun konvinta li l-kultivazzjoni qed issir għall-użu personali. Din ir-riforma se tkun qed tapplika kemm fil-Qrati inferjuri u kif ukoll dawk superjuri. Wara li saru riformi kbar fis-settur ġudizzjarju f 'dan il-kamp qegħdin nipproponu li jinbidlu ulterjorment il- liġijiet tad-droga b'mod li l-Qorti jkollha l-jedd illi tgħarbel sew iċ-ċirkostanzi preżenti quddiemha u minn hemm tiddeċiedi hi dwar jekk hux il-kultivazzjoni hijiex għall-użu esklussiv tal-pussessur jew le. B'hekk il-Qorti ma tibqax aktar kostretta li tapplika piena ta' priġunerija tassattiva f 'każijiet fejn individwu jinqabad b'aktar minn pjanta waħda. Dan ikun ifisser li fejn il-kultivazzjoni ma tkunx għall-użu esklussiv tal-pussessur, il-piena tibqa' dik ta' priġunerija tassattiva. Fejn iżda l-kultivazzjoni tkun għall-użu personali, il-Qorti tkun tista' tiddeċiedi b'dak li jkollha ppreżentat quddiemha. Din il-proposta se tkompli tibni fuq dak li diġà sar, wara li daħal fis-seħħ l-Att dwar id-Dipendenza fuq id-Droga (Trattament mhux Priġunerija) fil-15 t'April 2015, li wasslet għal mod li permezz tiegħu dawk li għandhom dipendenza tad-droga jistgħu jirriformaw, sabiex bl-għajnuna ta' esperti, dawn il-persuni jingħataw is-sostenn u l-Qorti tkun tista' tagħti piena li mhijiex waħda ta' priġunerija. Bis-saħħa ta' riforma li daħlet fis-seħħ fil- 15 t'April, 2015, kull min jinqabad b'pussess sempliċi ta' droga f 'ammonti żgħar jersaq quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja minflok ma jersaq quddiem il-Qorti kif kien isir qabel. Mill-Qorti kien hemm 107 każi li ġew referuti lill-Bord ta' Riabilitazzjoni. Minn dawn kien hemm 39 każ li ġie ddikjarat li ħelsu mill-vizzju, li jfisser li rebħu l-opportunità li quddiem il-Qorti jieħdu sentenza li ma tkunx bilfors waħda ta' ħabs. * * * Dan huwa Gvern riformista u ma jiddejjaqx jibdel, jimplimenta, idaħħal liġijiet biex ikomplu jissaħħu s-setturi kollha – il-Ġustizzja u s-Saltna tad-Dritt – fuq quddiem nett. L-Avukat tal-Istat se taqdi l-funzjonijiet tagħha permezz ta' aġenzija indipendenti mwaqqfa bl-Att dwar l-Avukat tal-Istat illum • IL-ĦADD 15 TA' DIĊEMBRU 2019 Owen Bonnici Dr Victoria Buttigieg; l-ewwel Avukat tal-Istat Send a cheque addressed to MediaToday, Vjal ir-Rihan, San Gwann SGN 9016 together with your name, address and contact number. PRICE: €20 incl. postage and packing MaltaToday is 20 this year! Relive the highlights of the past 20 years through the eyes of MaltaToday's cartoonists is special-edition book includes more than 160 cartoons that have stood the test of time. 31 20 Years of MaltaToday - The Cartoons Date : 26 Mai 2019 The English-language print media and TVM's current affairs programme hosted by Lou Bondì and Peppi Azzopardi come under attack from the Labour party for being stooges in the hands of the Nationalist party. 27 January 2002 - MaltaToday 140 20 Years of MaltaToday - The Cartoons 28 April 2017 - MaltaToday Not only is Joseph Muscat's administration involved in the Panama Papers scandal, but allegations of money laundering against Keith Schembri and Konrad Mizzi also become part of the news cycle in the last weeks of the election. 152 20 Years of MaltaToday - The Cartoons 6 December 2017 - MaltaToday After a disastrous press conference held at Police HQ , Police Commissioner Lawrence Cutajar has a word with the Pink Panther on whether he should hold a press conference after 10 people are apprehended after the murder of Daphne Caruana Galizia. 173 20 Years of MaltaToday - The Cartoons 10 March 2019 - Illum The new president is announced, and the question is will George Vella play to the absurdities of fundraising by the likes of Joe Azzopardi in Istrina.