Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

07 analiżi illum • IL-ĦADD 22 TA' DIĊEMBRU 2019 biex taħdem fuq din il-proposta." Il-Maġistrat jisħaq li Karl Cini għandu jiġi investigat • Il-Maġistrat ċar u tond jgħid li Karl Cini ta' Nexia BT għandu jkun investigat • Fix-xhieda tiegħu, Karl Cini qal li huwa waqqaf biss tliet kumpaniji fil-Panama. Iżda l-Maġistrat jikkwota l-Forensic Accountants Harbinson Forensics li sabu li huwa kien fil-fatt waqqaf ukoll il-kumpanija Real Trade Investments Global Corp fil- Panama (u mhux fil-BVI kif hu semma fix- xhieda tiegħu). • Karl Cini jtenni li kien waqqaf erba' kumpaniji fil-British Virgin Islands ċioe Comerco, Durellie, Real Trade Investments u Willerby. Madanakollu r-rapport jisħaq li Cini naqas milli jsemmi lill-kumpaniji Colson, Selson, Lester, SPX, Blue Sea, Torbridge u Berdil. • Għalhekk il-Maġistrat jikkonkludi li l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jinvestiga dawn id-diskrepanzi fix-xhieda ta' Karl Cini "stante li kif irriżulta mill-provi dokumentarji aktar 'il fuq imsemmija juru li jista' jkun hemm prima face ġurament falz min-naħa tiegħu." Ix-xhieda ta' Maria Efimova u l-kundanna tal-Maġistrat • Il-Maġistrat kien ċar u tond. Efimova għandha tiffaċċja l-ġustizzja u proċeduri kriminali kontriha fuq reati ta' kalunja u ġurament falz • Efimova xehdet erba' darbiet u x-xhieda tagħha tkun xi it jew wisq kunflinġenti • Fil-bank, hi tgħid li kienet tassisti lil Emilia Vacaru, Customer Care Officer, li mbagħad irreżenjat minn xogħolha • Efimova tgħid li hi rriżenjat mill-Bank Pilatus għax il-Kap Eżekuttiv Hamidreza Ghanbari kien taha xi xogħol li ma xtaqitx tagħmel • Xehdet li fil-15 ta' Marzu 2016, kien hemm il-Financial Intelligence and Analysis Unit (FIAU) fil-Bank u Ghanbari sejjaħ lil Efimova u qalilha, "hemm xi files ta' xi klijenti li ma kinux mimlija kif suppost." Spjegalha li ladarba Vacaru kienet telqet issa hi kienet responsabbli minn dawn il-files • Urewha files ta' PEPs, jiġifieri persuni esposti politikament • Skontha dawn il-files kienu ta' Al Sahra FZCO, proprjetà ta' Leyla Aliyeva li tiġi t-tifla tad-dittatur tal-Ażerbajġan Ilham Aliyev. Din il-kumpanija kienet miuħa fid- Dubaj • Daphne Caruana Galizia kienet allegat li $1.017 miljun kienu għaddew minn din il-kumpanija għall-kont ta' Egrant fil-Bank Pilatus • Tgħid li darba semgħet lil Ali Sadr u Brian Tonna jiġġieldu fuq Egrant u Sahra. Minkejja dan, ix-xhieda ta' Efimova fuq dan l-allegat argument inbidel, kull darba li xehdet. • L-ewwel qalet li l-ġlieda kienet bejn Ali Sadr u Tonna, imbagħad fit-tieni darba li xehdet qalet li kienet bejn Vacaru u Mehmet Tasli, biex reġgħet biddlet il- verżjoni u qalet li kienet bejn Ali Sadr u Mehmet Tasli. • Skontha Ghanbari kien jistaqsiha dwar kumpanija Shams Al Sahra u spiss kienu jċemplulha biex jaraw infetħux il- kontijiet għall-kumpanija • Kuntrarjament għal dak li qalet Efimova iżda, Al Sahra ma kinitx biss ta' Leyla imma wkoll ta' oħtha Arzu Aliyeva • Efimova tgħid ukoll illi Brian Tonna kien ikun ħafna l-bank u saħansitra tgħid li kien qisu tiegħu • Issemmi safe jew cabinet fih kienu jitpoġġew l-aktar files importanti. Efimova ma kellhiex ċavetta għax din kienet għand Claude-Ann Sant Fournier, impjegata tal- Pilatus. • Darba meta kien hemm l-FIAU l-bank Sant Fournier bagħtitha għas-safe. "Ara s-safe miuħ, mur ġibli file malajr." • Saħqet li għelbitha l-kurżità, fetħet file ieħor u kien mimli dikjarazzjonijiet tal- assi. U rajt l-ewwel waħda li kienet ta' Egrant • Il-Qorti staqsiet lil Efimova: "Kif għamilt il-konnessjoni ma' mart il-Prim Ministru, meta dak iż-żmien ħadd ma kien qed jissuspetta li Egrant allegtament hija tagħha? Wieġbet; "Rajt il-kunjom. Ovvjament sa dak iż-żmien kont naf il-kunjom tal-Prim Ministru u naf li hawn ħafna b'dak il-kunjom f 'Malta ... ikkonkludejt li b'xi mod huwa marbut miegħu (Joseph Muscat) ... jiġifieri l-kunjom ġidibli l-attenzjoni." • Efimova bagħtet messaġġ bl-istorja tagħha mal-Pilatus lill-midja u hawnhekk wasal il-messaġġ u l-komunikazzjoni ma' Daphne Caruana Galizia. Hi ltqagħet ma' Daphne bejn tlieta u erba' darbiet u l-ewwel laqgħa kienet fid-dar tagħha. • Ikomplu l-inkonsistenzi • Efimova tgħid apparti l-isem tal- kumpanija u isem Muscat, rat il-firma ta' Jaqueline Alexander minn Mossack Fonseca • Alexander hija rappreżentanta ta' din il-kumpanija imma quddiem l-Imħallef ċaħdet illi hi qatt iffirmat dan id-dokument, anzi qatt ma ratu. Kien dan wassal biex intqal, inkluż mill-Prim Ministru, li allura dan id-dokument huwa 'falz' • Efimova iżda tinsisti u tgħid illi Alexander hija l-persuna li ffirmat għal dversi kumpaniji simili • Efimova kellha intervista ppubblikata fuq il-Malta Independent nhar it-30 ta' April 2017. Lill-Maġistrat Efimova kienet qaltlu li dak li rrapportat il-gazzetta ma kienx vera • Hi ma kinitx għamlet scan tad- dokumenti, ma kinitx fetħet is-safe hi u ma kinitx poġġiethom fuq il-Cloud u allura mhix fil-pussess tad-dokumenti. Quddiem il-Maġistrat hi sostniet illi dan mhux hi qalitu imma vvintah il-ġurnalist • Interessani illi anke Caruana Galizia, il-persuna li kienet ħarġet l-istorja, kienet qed taqbel ma' Pierre Portelli u tinsisti li Efimova qaltilha li kienet ħadet kopja ta' din id-dikjarazzjoni • Ta' min insemmu li f 'intervista li kellha dil-ġimgħa ma' David ake, Efimova tbiddel mill-ġdid il-verżjoni u tisħaq li d-dokumenti oriġinali dwar Egrant għadhom għandha. @ianborgpage ian@ianborg.eu Ħu ħsieb tiegħek innifsek u dawk ta' madwarek matul dawn il-festi. Jekk se tixrob, issuqx. John Dalli: ix-xhieda fl-inkjesta Egrant

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019