Illum previous editions

ILLUM 22 December 2019

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1195809

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 kultura IL-ĦADD 22 DIĊEMBRU 2019 • illum IMBULJUTA MILL-PURĊISSJONI SAL- ... LEJL MIMLI TRADIZZJONIJIET MALTIN MINN YENDRICK CIOFFI Ninsabu it jiem biss 'il bogħod mill-Milied. Huwa żmien sabiħ ta' ġabra kemm jekk mal- familja jew anke mal-ħbieb. Iżda, għalina l-Maltin b'mod partikolari, huwa wkoll żmien mimli bi tradizzjonijiet. Anke jekk it-tifsira llum twessgħet u jiċċelebrah tista' tgħid kulħadd, mhux biss l-Insara, fil-qalba ta' dawn it- tradizzjonijiet Maltin għad hemm il-Bambin. Waħda minn dawk it- tradizzjonijiet unikament Maltija hija l-purċissjoni bil-Bambin. Iddur fejn iddur madwar id- dinja, din il-purċissjoni mhux se ssibha. Hija xi ħaġa tagħna l-Maltin. Sentejn oħra, jiġifieri fl-2021 se nkunu qed niċċelebraw l-ewwel ċentinarju mill-ewwel purċissjoni bil-Bambin li saret fuq inizjattiva tal-qaddis Malti San Ġorġ Preca. Fil-fatt, kien fl-1921 meta Dun Ġorġ organizza l-ewwel purċissjoni bil-Bambin fil- Ħamrun u it it, fuq xewqa tiegħu, it-tfal kollha li kienu jattendu l-Mużew, fid-diversi fergħat imxerrda madwar Malta bdew joħorġu f 'purċissjoni bix- xbieha tal-Bambin. Jingħad li meta saret l-ewwel purċissjoni, is-soċi tal-Mużew ma kinux ippreparati. Iżda Dun Ġorġ ma kienx jaqta' qalbu. Marru jduru u jfittxu Bambin tajjeb għall-purċissjoni iżda ma sabux, sakemm kienu ddubbaw wieħed mingħand Patri Franġiskan Konventwali tal-Belt. It-tir ta' San Ġorġ Preca kien wieħed. Li anke jekk il-Milied huwa kkaratterizzat bir-rigali u l-festini, it-tfal, minn ċkunithom, jimu li l-veru sens tal-Milied huwa t-twelid ta' Ġesù Bambin. B'hekk, akkumpanjati mill- għanjiet Ninni, la tibkix iżjed, O lejl ta' skiet, Qed jinfirex mal- widien u għanjiet tradizzjonali tal-Milied, it-tfal, bl-innoċenza tagħhom, kienu qed iwasslu dan il-messaġġ fit-toroq u l-pjazez tal-irħula u l-ibliet Maltin, għax għal San Ġorġ Preca, il-Milied ma kienx biss festa tat-tfal, iżda l-festa ta' kulħadd. Il-purċissjoni bil-Bambin x'aktarx li ssir filgħaxija. Għalhekk, maż-żmien, ġew inklużi l-fanali tal-gass li kienu jinżammu fuq lasta twila u jkunu mqassma tul il-purċissjoni. Minn dawn il-fanali, ġew imbagħad żviluppati oħrajn aktar elaborati tal-injam, bid-disinn u anke siltiet mill- Iskrittura li jfakkru l-ġrajja tat- twelid ta' Ġesù. Dawn ikunu mżejna b'karti kkuluriti u fihom titpoġġa xemgħa biex tkompli żżid mal-atmosfera sabiħa li tinħoloq waqt dawn il- purċissjonijiet. Illum, f 'diversi lokalitajiet, il-purċissjoni tal-Bambin tkun akkumpanjata wkoll mill-banda jew il-baned tal-lokal li sar ikollhom sehem attiv f 'dawn iċ- ċelebrazzjonijiet. Dun Ġorġ jagħtina tradizzjoni oħra Dun Ġorġ Preca tagħna tradizzjoni oħra sabiħa għal- Lejl tal-Milied, jiġifieri l-Prietka tat-Tifel li x'aktarx tingħad qabel tibda l-Quddiesa ta' Nofsillejl. L-ewwel prietka saret fl-1883 u saret fil-knisja parrokjali ta' Ħal Luqa minn tifel jismu Ġorġ Sapiano. X'aktarx li jkun tifel li għadu kemm għamel il-preċett, jew inkella xi abbati li jintagħżel biex fil-Lejl tal-Milied ifakkar lil dawk preżenti għaċ-ċelebrazzjonijiet fl-istorja tas-salvazzjoni, x'aktarx mill-waqgħa ta' Adam u Eva, sat-twelid ta' Ġesù Bambin, li l-Insara jemmnu li twieled propju biex jifdi lill-poplu ta' Alla mid-dnub. 'Gloria in excelsis Deo...' x'aktarx li tkun l-għajta li biha, bħall-anġlu lir-rgħajja f 'Betlehem, it-tifel jibda jwassal din il-bxara ta' ferħ. Għal darb'oħra, Dun Ġorġ Preca xtaq li jkun tfajjel ċkejken li minn fuq il-pulptu (jew ambone fejn ma hemmx) li normalment huwa riservat għal xi paniġierku tal-festa, iwassal b'sempliċità din il-bxara ta' ferħ lil kulħadd. Ma għandniex xi ngħidu. Biex jitgħallimha bl-amment, irid ikun ilu ġimgħat, jekk mhux xhur jitgħallimha u l-predikatur ċkejken ikollu seba' mitt sena biex itemm din il-prietka sempliċi tiegħu bl-għajjat ta': "Viva Ġesù Bambin." Normalment, min jagħmel il- prietka, jingħata Bambin bħala Jumejn biss qabel Lejlet il-Milied, il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn it-tradizzjonijiet marbuta mal-lejl tal-Milied u li xi drabi, għax indraw, ninsew li huma uniċi u jagħmlu l-lejl tal-Milied f'Malta uniku Il-Purċissjoni tradizzjonali bil-Bambin Quddiesa Nofsillejl: Il-Bambin isib postu waqt il-Quddiesa ta' Nofsillejl

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 22 December 2019