Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 31

17 opinjoni Il-kuntrasti bejn żewġ kriżijiet Roberta Metsola Roberta Metsola hija l-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew I l-bidu tad-deċennju li għadu kif spiċċa kien ikkaratterizzat mill-effetti tal-aktar kriżi ekonomika u finanz- jarja internazzjonali mill-Great De- pression tas-snin tletin. Mexxejja ta' bosta pajjiżi kienu qed jissieltu kontra istitutzz- jonijiet finanzarji jiġġarrfu, eluf ta' sensji, qgħad dejjem jikber u ekonomiji jiċkienu. Kienet kriżi internazzjonali kbira li għotru taħtha ħafna pajjiżi, anke Ewropej. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja li ġiet minn barra F'dinja diġà globalizzata, pajjiżna kien intlaqat ukoll minn dik il-kriżi ekonomika u finanzjarja. Dak li jiġri f 'pajjiżi oħra, irridu jew ma rridux, illum jolqot lilna wkoll. Il-Gvern Nazzjonalista kien beda jieħu inizjattivi biex isalva l-impjiegi tal-ħaddiema, fosthom fit-turiżmu u fil-manifattura fejn kien hemm il-periklu li jonqsu l-impjiegi minħabba tnaqqis qawwi fl-attività ekonomika barra minn xtutna. It-tnaqqis fl-ordnijiet iġib miegħu tnaqqis fil-produzzjoni, inqas xogħol għall-ħaddiema u inqas esportazzjoni minn pajjiżna. Il-Gvern kien daħħal skemi apposta biex jgħin lill-investituturi u lill-ħaddiema. Għaraf x'inizjattivi kellu jieħu u x'politika kellu jwettaq biex joħroġ lil pajjiżna mill-kriżi ekonomika u finanzjarja li kienet ġiet imposta fuqu. Fl-2013 saret l-elezzjoni ġenerali u l-Gvern Laburista ġdid sab pajjiż ħieles mit-toqol tal-kriżi finanzjarja u ekonomika internazzjonali. Sab pajjiż li fost kisbiet oħra kellu lest għalih baġit Ewropew ta' aktar minn €1.2 biljun li kienu għadu kif ġie nnegozjat mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Kriżijiet f 'pajjiżna maħluqa mill-Gvern Laburista stess Il-kriżi finanzjarja kienet għaddiet imma mbagħad il-Gvern Laburista ta' Joseph Muscat it it beda jdaħħal lil pajjiżna fi kriżijiet oħra. Kriżi waħda wara l-oħra. Il-kriżi li intensifikat fl- aħħar xhur u ġimgħat tal-2019 bdiet fl-2013, saħansitra mill-ewwel ġranet tat-tmexxija tal-Prim Ministru Muscat. Fost l-ewwel deċiżjonijiet li ħa neħħa lis-segretarji permanenti tas-servizz pubbliku. Rema snin ta' esperjenza b'kapriċċ, b'ingratitudni. Imbagħad beda joħloq kriżijiet fl- istituzzjonijiet li jipproteġu liċ-ċittadini bit-tneħħija tal-Kummissarju tal- Pulizija u tal-Kap Kmandant tal-Forzi Armati. Għall-ewwel darba fl-istorja ta' pajjiżna l-Ombudsman kellu jdaħħal lill-Gvern il-Qorti. Segwew riżenji mill- FIAU, jiġifieri l-aġenzija governattiva li taħdem kontra l-frodi. L-istituzzjonijiet finanzjarji bdew jonqsu milli jagħmlu xogħolhom. Quddiem dat-tnawwir apposta u l-falliment tal-istituzzjonijiet, rajna l-maa lokali tieħu r-riedni fil- kuriduri u fl-uffiċċji tal-poter f 'Kastilja. Id-differenza bejn il-kriżijiet tad- deċennju li għadda hija ċara: l-ewwel waħda – il-kriżi finanzjarja – kienet imposta minn barra l-pajjiż; it-tieni waħda – il-kriżi politika u istituzzjonali li saħansitra wasslet għall-qtil faħxi ta' Daphne Caruana Galizia – kienet kriżi maħluqa u minsuġa mill-poter politiku tal-pajjiż. Waqt il-kriżi ekonomija u finanzjarja bosta pajjiżi barranin kienu jħarsu lejn kif Malta kienet qed tilqa' kontra l-mewġ internazzjonali. Il-midja barranija kienet tirrapporta dwar Malta b'mod pożittiv filwaqt li fit-tieni kriżi pajjiżna qed jissemma minħabba r-raġunijiet il- ħżiena u bi stmerrija. Joseph Muscat abbuża mill-fiduċja u mill-poter Joseph Muscat qatt ma jista' jgħid li safa' vittma ta' dak li ġara. Ir- responsabbiltà kienet, hija u tibqa' tiegħu. Kien hu li ddeċieda kif jeżerċita l-poter li fdawlu n-nies. Abbuża minn dak il-poter. Tradixxa l-fiduċja. Għamel dan b'detriment għall-poplu Malti u Għawdxi u għal pajjiżna kollu kemm hu. L-effetti negattivi tal-iskandli, tal-abbuż tal-poter u tal-kollass tal- istituzzjonijiet ser jibqgħu magħna fit-tul. Hemm konsegwenzi li ma jistgħu jgħaddu qatt. Qabelxejn, kif qatt tista' ssabbar lir-raġel, lill-ulied, lill-ġenituri u lill-qraba ta' Daphne Caruana Galizia? Il-midja Laburista ta' Joseph Muscat kif ukoll dawk qrib tiegħu fuq il-mezzi soċjali kienu jattakkaw lil Caruana Galizia b'mod regolari, organizzat, skedat u sistematiku. Issa qed jippretendu li dak li għamlu bħal qisu ma sar qatt. Il-qtil kien beda bl-assassinju tal-karattru tagħha. Il-prezz ħallsitu Daphne Caruana Galizia u mhux Joseph Muscat. Intant il-Prim Ministru jibqa' jaħseb li jista' jinsulenta l-intelliġenza tan-nies billi jgħidilhom li l-akbar prezz ħallsu hu. Neħtieġu azzjoni immedjata Pajjiżna jeħtieġ azzjoni immedjata. Fi ħmistax oħra f 'pajjiżna ser ikollna Prim Ministru ġdid. B'urġenza jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jerġgħu jibdew jaħdmu kif suppost billi jipproteġu liċ-ċittadini. Jenħtieġ li l-Gvern jibda jmexxi bi trasparenza, b'ġustizzja, b'onesta, bil-ħaqq u bis-sewwa u b'kontabbiltà, f 'kollox. Pajjiżna jrid isib l-għeruq tal-problema. Dak li żara' Joseph Muscat kabbar frott ħażin ħafna fl- istituzzjonijiet u fis-sistema politika ta' pajjiżna. Dan kollu l-oppożizzjoni diġà għamlitu ċar, anke billi ppubblikat dokumenti bi proposti konkreti dwar x'għandu jsir. Il-Gvern ma jistax ikompli jtellef aktar żmien lil pajjiżna. Ma jistax jibqa' jittratieni billi jkompli jipproteġi lill- kriminali u lill-korrotti. Pajjiżna għatxan għal tmexxija serja. L-effetti negattivi tal-iskandli, tal-abbuż tal-poter u tal-kollass tal-istituzzjonijiet ser jibqgħu magħna fit-tul. Hemm konsegwenzi li ma jistgħu jgħaddu qatt illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2020

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020