Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

28 sport 'Bla sagrifiċċji fil-ħajja ma timxix' Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Minn meta kont żgħir kont nara lil missieri jsegwi l-logħob tal-Manchester United u minn hemm bdiet l-imħabba tiegħi lejn il-futbol. Kull fejn kont immur kont inġorr il-ballun miegħi. Kullimkien nilagħbu l-futbol kemm jekk MUSEUM, kemm jekk skola fil-brejk u fis-sajf konna noħorġu fit-triq fejn noqgħod nilagħbu wkoll. X'taħseb dwar dak kollu li wrejtu matul l-aħħar staġun? Din hi l-ewwel esperjenza tiegħi ma' Ta' Xbiex SC. Ta' Xbiex huwa klabb żgħir u finanzjarjament limitat. Tmur tilgħab hemm għax vera tkun tħobb il-futbol mhux biex taqla' l-flus żgur. Ta' Xbiex hu tim li jagħti ċans lil żgħażagħ bħali jibnu reputazzjoni fil-futbol Malti, li timijiet hekk hawn Malta it hawn. Dis-sena għandna skwadra vera żagħżugħa. Kulħadd lest li jitgħallem u jgħolli r-reputazzjoni tiegħu. Taqbel mal-format ta' 14-il tim fil- Premier? Iva, naqbel. Taqbel li hemm differenza ta' livell bejn it-timijiet ta' fuq u dawk ta' taħt? Iva, però trid tara l-aspett finanzjarju tal- klabb. Ma tistax tħallat tim li ilu fil-Premier 'il fuq minn 10 snin u dejjem ikun mal- aqwa ħames timijiet tal-Premier u klabb li jkun għadu kemm ħa l-promozzjoni. Niġu issa għall-kwistjoni tal-plejers barranin fil-Kampjonat BOV Premier. Taqbel mal-proposta li saret li jkun hemm 11-il plejer barrani f 'tim? Le, ma naqbilx għar-raġuni li fl- opinjoni tiegħi hemm barranin li bħala livell huma inqas minn ċerti Maltin u jieħdu l-preferenza għax huma barranin. Nippreferi li jkollok erba' jew ħames barranin ta' kwalità u ż-żgħażagħ Maltin ikollhom iktar opportunità milli 11-il barrani ta' livell indaqs jew inferjuri tal- Maltin - din hi l-opinjoni tiegħi! Taħseb li l-barranin li qed jiġu mhux dejjem qed ikunu ta' livell ikkomparati mal-plejers Maltin? Iva, naqbel mija fil-mija! Kemm int kuntent bil-grawnds fejn tilagħbu l-logħob tal-kampjonat tat-Tielet Divizjoni? Kuntent, però jista' jkun hemm tibdiliet għall-aħjar bħal dejjem. Però, fl-aħħar mill- aħħar iva kuntent. X'taħseb dwar il-kontroll tar-referis matul dan l-istaġun? Jien nara li fil-kamp tar-referis hemm diskrepanza kbira - jew referì tajjeb jew wieħed diżastru, m'hemmx triq tan-nofs. Il-maġġoranza tar-referis li nara fit-Tielet Diviżjoni huma referis bla personalità. Ma tistax tikkontrolla logħba u ma tkunx awtorità fil-grawnd. X'inhuma s-sagrifiċċji li plejer tal-futbol irid jagħmel sabiex ikun tajjeb? Jien ma nqisx ruħi mat-"tajbin", kieku mhux qed nilgħab fit-Tielet Diviżjoni, però l-futbol inħobbu u bil-it li naf nipprova nurih fil-grawnd biex ngħin lit-tim tiegħi. Sagrifiċċji hemm ħafna speċjalment fix- xitwa. Li tkun id-dar għall-kenn u trid toħroġ fit-8 ta' filgħaxija fil-kesħa u x-xita biex tmur għat-taħriġ hu sagrifiċċju fih innifsu, però jekk ma jkunx hekk bħala plejer mhux ħa timxi 'l quddiem. Trid taħdem biex timxi 'l quddiem u dan mhux fil-futbol biss. Bla sagrifiċċji fil-ħajja ma timxix. Kif jirnexxilek tlaħħaq max-xogħol tiegħek u mal-futbol? Mhux faċli wara ġurnata xogħol fuq saqajk trid tmur id-dar u flok toqgħod tara t-televixin trid tlesti biex tmur għat-taħriġ, però, il-futbol inħobbu jiġifieri ma nsibhiex daqshekk diffiċli. Insib ħafna sapport mill- familja tiegħi. Min jaf kemm-il darba nasal id-dar fit-8.30 jew id-9 ta' filgħaxija u ommi toqgħod taħsilli l-ħwejjeġ biex l-għada nsib kollox lest. Anke t-tfajla tiegħi tinkoraġġini biex immur għat-taħriġ. Kważi kull logħba, bard, xita u bnazzi tiġi l-grawnd tappoġġjani. Affarijiet hekk vera jinkoraġġuni! Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil- futbol? Irrid inkompli nilgħab u nieħu gost nagħmel dak li nħobb. Għandi aspirazzjonijiet li nilgħab f 'diviżjonijiet ogħla, però għalissa jien plejer ta' Ta' Xbiex u ħa nagħmel li nista' biex niksbu l-punti u jkollna staġun aħjar milli hu s'issa. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ lil dawk it-tfal u żgħażagħ li qed jaqraw din l-intervista u li bħalek jaspiraw li jilagħbu futbol kompetittiv f 'kompetizzjonijiet tal-MFA. Taqtgħu qalbkom qatt u tħallu lil ħadd jgħidilkom: "Kemm int ħażin", anzi jekk xi ħadd jgħidilkom hekk, dik għandha tkun il-punt li taħdmu iktar biex tagħtu risposta. Jien kelli fażijiet fejn lanqas kont nilgħab kemm fl-iskwadra tal-under 15 u anke tal-under 17 però llum il-ġurnata kuntent biż-żewġ prestazzjonijiet li kelli mat-tim ta' Ta' Xbiex kemm kontra Mtarfa kif ukoll kontra Mdina avolja r- riżultati ma ġewx kif xtaqnihom. Jekk vera tħobb xi ħaġa, ħa taħdem u tagħmel sagrifiċċji biex titjieb fiha u hekk trid tagħmel fil-futbol! IL-ĦADD 5 ta' Jannar 2020 • illum CRISTIAN ANTONY MUSCAT

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020