Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 festi illum • IL-ĦADD 5 TA' JANNAR 2019 bliet u rħula madwar Malta u anke Għawdex li jiċċelebraw lil San Ġużepp. Ta' min ifakkar li d-devozzjoni lejn San Ġużepp f 'Malta hija mifruxa sew tant li l-festa tiegħu hija waħda mill-aktar komuni ċċelebrata madwar il-gżejjer Maltin. Għalhekk ma jistax jonqos li l-festi kollha ta' San Ġużepp din is-sena se jkunu ċċelebrati b'solennità akbar. Fid-19 ta' Marzu, jiġifieri fil- jum liturġiku tiegħu, filgħodu San Ġużepp ikun iċċelebrat fil-Belt Valletta (fis-Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu) u filgħaxija fir-Rabat tal- Imdina minn fejn inxterdet id-devozzjoni lejn San Ġużepp f 'Malta. Wara dan, ikun imiss il- Karkariżi biex jiċċelebraw il- festa ta' San Ġużepp Ħaddiem nhar l-1 ta' Mejju u ftit warajhom San Ġużepp ikun iċċelebrat ukoll fil-Ħamrun. Fis-7 ta' Ġunju San Ġużepp ikun iċċelebrat f 'Ħal Għaxaq. F'Lulju, San Ġużepp, ikun iċċelebrat f 'erba' lokalitajiet: nhar il-Ħadd 12 ta' Lulju f 'Ħal Kirkop, fit-19 fl-Imsida u fil- Kalkara u fis-26 tal-istess xahar f 'Ħaż-Żebbuġ. F'Awwissu jibdew jiċċele- braw lil San Ġużepp il-Qalin, bil-festa din is-sena se taħbat nhar il-Ħadd 2 ta' Awwissu u warajhom ikun imiss il-komu- nità parrokjali tal-Manikata li se tiċċelebra lil San Ġużepp fit- 30 tal-istess xahar. Ċelebrazzjoni nazzjonali oħra għal Settembru Wara li jgħaddu l-festi ta' San Ġużepp fl-ibliet u fl-irħula, f 'Settembru se tkun qed issir ċelebrazzjoni nazzjonali oħra Ġużeppina. Din id-darba ċ-ċelebrazzjoni se tkun qed issir fir-Rabat tal-Imdina nhar id-19 ta' Settembru u apparti purċissjoni se tinkludi wkoll logħob tan- nar. Id-dettalji dwar din iċ- ċelebrazzjoni kbira se jingħataw aktar tard. L-istatwa ta' San Ġużepp li se tkun qed tinħareġ fil-purċissjoni nhar id-19 ta' Jannar hija waħda mill-aktar xbihat antiki ta' dan il-qaddis f 'Malta. Fil-fatt, din l-istatwa, is-sena li għaddiet għalqet 325 sena hekk kif tnaqqxet fl-injam minn Mastru Nazju Portelli fl-1694. L-istatwa kienet qamet 60 skud u għaliha kienu ħarġu l-flus diversi nobbli, inkluż kavallieri. L-istatwa kienet ġiet sgraffita mill-induratur Mastru Marozz Bramon. Din l-istatwa ta' San Ġużepp hija meqjusa bħala waħda mill-isbaħ li nsibu fil-gżejjer Maltin. F'idu x-xellugija San Ġużepp qed iżomm l-asluġ bil-ġilju u b'idu l-leminija qiegħed iżomm minn idu lit-tfajjel Ġesù. It-tnejn li huma jidhru mexjin. Il-libsa mxammra mill-kmiem u minn qaddu n-naħa tax-xellug tagħti lil San Ġużepp xeħta ta' ħaddiem. Il-vini mqabbża f 'idejh juru l-ebusija tax-xogħol. Il-Bambin jidher tfajjel ta' xi għaxar snin, liebes libsa li tinżillu ftit iktar mill-irkoppa, b'xuxtu maħlula. B'idu x-xellugija qiegħed jaqbad l-id il-leminija tal-missier putattiv tiegħu, waqt li f 'wiċċu tinqara l-fiduċja sħiħa tal-protezzjoni ta' San Ġużepp. L-istatwa tistrieħ fuq pedistall tal-injam tond u fuqu hemm erba' anġli tal-injam iżommu għodda ta' mastrudaxxa. Qabel l-istatwa preżenti, l-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp kellha statwa oħra li kienet ġiet mibjugħa lill-Arċikonfraternità ta' San Ġużepp tar-Rabat, tal-Imdina. Is-sena li għaddiet, din l-istatwa ġiet irrestawrata mis-Sur Publio Magro hekk kif l-Arċikonfraternità bdiet tħejji biex tiċċelebra dan l-anniversarju importanti. X'nafu dwar il-vara ta' San Ġużepp tal-Belt Valletta? IL-VARA TA' SAN ĠUŻEPP TAL- BELT VALLETTA LI SE TINĦAREĠ F'PURĊISSJONI NHAR ID-19 TA' JANNAR Il-vara ta' San Ġużepp tal-Belt Valletta li se tinħareġ f 'purċissjoni nhar id-19 ta' Jannar Pittura famuża ta' San Ġużepp Patrun tal-Knisja Universali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020