Illum previous editions

ILLUM 5 January 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1197483

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport 'Il-bilanċ huwa l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja' CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futsal? L-imħabba lejn il-futbol u futsal bdiet minn meta kont għadni żgħir. L-ewwel bdejt nilgħab fit-toroq u sqaqien ta' ħdejn id-dar u ta' 13-il sena bdejt nitħarreġ mat-tim ta Qormi. Bdejt nilgħab il-futsal disa' snin ilu mat-tim ta' Sliema white eagles. Ħa mmur mal-ewwel għall- punt - x'tikkummenta fuq ir-rebħ tal-Kampjonat u tan- Knock-Out minn Luxol Futsal it tax-xhur ilu? L-istaġun li għadda kien wieħed ta' suċċess għalija fejn flimkien ma' sħabi rbaħna kemm il-kampjonat u n-knock- out biex b'hekk irbaħna t-tazzi l-iktar prestiġġjużi. Dan l-istaġun bdejtu bit-tajjeb ukoll hekk kif flimkien mat-tim ta' Valletta Futsal irbaħna s-super cup kontra l-eks tim tiegħi Luxol Futsal. Kemm tħoss illi l-MFA qed tagħmel biżżejjed sabiex il- futsal jiżviluppa f 'pajjiżna? Jiena personali nemmen li bħala pajjiż il-futbol jibqa' l-iktar sport maħbub u segwit mill-poplu Malti. Għaldaqstant nemmen ukoll li r-riżorsi tagħna fejn il-pajjiżi li qed nikkompetu magħhom huma limitati ħafna. Nixtieq li l-MFA flimkien mal- gvern joħolqu fondi u strutturi fejn fil-futur inkomplu nkabbru u nħeġġu aktar żgħażagħ jilagħbu din il-logħba li tgħinek ħafna ttejjeb il-ħiliet kemm għall-futbol kif ukoll għall- futsal. Pajjiż bħall-Brażil li jesporta eluf ta' plejers kemm fil-futbol kif ukoll fil-futsal. In-nurseries tagħhom jibbażżaw fuq futsal sal-età ta 12-il sena u llum il-ġurnata ħafna pajjiżi qed jimxu wkoll fuq dawn il-passi. Sfortunatament din il-mentalità hawn Malta għadha lura. Kemm inti kuntent fil-post fejn tilagħbu l-futsal jiġifieri fl- Iskola Nazzjonali tal-Isport? Bħala post fejn qed nilagħbu din is-sena huwa ferm aħjar mill-padiljun ta' Kordin. Il-pitch huwa ta' livell internazzjonali fejn kemm il-ballun u kemm l-ispazju li nilagħbu fih ikompli jgħin biex il-logħob ikunu interessanti. Nixtieq li kull skwadra li tikkompeti fil- kampjonat tal-elite tingħata l-istess opportunità li titħarreġ fuq dan il-pitch. Xi tgħidli dwar is-sigurtà li teżisti bħalissa fl-Iskola Nazzjonali tal-Isport? Bħala sigurtà ma tantx hemm għax is-sapporters qegħdin direttament mal-plejers, però dis-sena fortunatament il- logħob qed ikun kumbattut u sabiħ fil-pitch u bħala sapporters mhux qed ikun hemm l-ebda problemi. Dan jawgura tajjeb għax-xhur li ġejjin hekk kif il-logħob jibda jkun iktar kompetittiv. Kif qed tħares lejn l-avven- tura Ewopea fil-Futsal EURO qualifying round it tal- ġimgħat oħra? Meta' tilgħab dawn il-logħob internazzjonali huwa dejjem ta' unur li tkun qed tirrapreżenta lil pajjiżek. Ġejna fi grupp diffiċli meta tikkunsidra li aħna ma nkunux seeded bilfors ħa tiltaqa' ma' timijiet iktar b'saħħithom, però kontra dawn it-timijiet tista' biss titgħallem u nemmen li nistaw u kapaċi nġibu riżultati posittivi. X'tikkummenta fuq il- kumitat ta' Valletta Futsal immexxi mill-president Chris McKay? Bħala kumitat ta' Valletta Futsal nista' ngħid li sorpriż ħafna b'mod pożittiv bil- professjonalità u s-sagrifiċċji li jagħmlu biex ma jħalluna neqsin minn xejn. Mill-kbir saż-żghir kulħadd jaf ir-rwol tiegħu fit-tim u kulħadd jiġbed ħabel wieħed. Min-naħa tiegħu l-president huwa bniedem ta' eżempju u dejjem b'xi kelma biex itina iktar kuraġġ u fiduċja fina nfusna. U fuq il-kowċ Carlo Scicluna? Il-kowċ ilni nafu għax meta bdejt l-avventura tiegħi fil- futsal hu kien il-captain tiegħi man-nazzjonal. Huwa kowċ determinat u qatt ma jikkuntenta ruħu. Din l-attitudni tgħinna biex aħna dejjem natu il-100% tagħna fit-taħrig u fil-logħob. L-esperjenza tiegħu qed tghinna biex inġibu riżultati tajbin. X'tikkummenta fuq l-esper- jenza tiegħek mat-tim nazzjon- ali tal-futsal? Kif għidt iktar qabel li tilgħab man-nazzjonal ta pajjiżek hija dejjem il-ħolma ta' kull plejer. Jien inħossni fortunat li għall dawn l-aħħar disa' snin kont nifforma parti mit-tim nazzjonali. Illum il- ġurnata grazzi għal-livell ta' plejers barranin u ta' kowċis li kellna matul is-snin nemmen li nilagħbu futsal ħafna aħjar minn meta bdejt l-avventura tiegħi fl-2010 U fuq il-kowċ Zeljko Anicic? Il-kowċ Zeljko Anicic, m'għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni fix-xena tal-futsal. Kellna diversi staġuni flimkien kemm ma' Luxol Futsal u anke man-nazzjonal u nista' ngħid li huwa kowċ bravu ħafna u jgħaqqad it-tim bil-kariżma tiegħu. Kemm tħoss li huwa importanti l-isport fil-ħajja tal- bniedem? Il-bilanċ huwa l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja. Jiena nsib il-bilanċ tiegħi bejn il-familja u l-istress tax-xogħol permezz tal-futsal. L-isport inġenerali u f 'kull livell jgħin lill-individwu jiżvoga, juża l-enerġija b'mod tajjeb u jaqsam il-ferħ tiegħu fi grupp u jgħinek tgħix iktar kuntent u tibqa' f 'kuntatt mal- ħbieb fejn tista' taqsam kemm ferħ u jgħinek ukoll tegħleb l-isfidi li taf toffri l-ħajja. IL-ĦADD 5 ta' Jannar 2020 • illum George Frendo - fost l-aqwa plejers li pproduċa l-futsal lokali f'dawn l-aħħar snin. Fil-bidu ta' dan l-istaġun, ingħaqad ma' Valletta mingħand iċ-champions Luxol Futsal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 5 January 2020