Illum previous editions

ILLUM 16 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 27

02 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Regent Pharmacy, Valletta St. Gaetan Pharmacy, Ħamrun Fatima Pharmacy, Santa Venera Collis Williams St Mark's Phar., Swatar St. Matthew's Pharmacy, Gżira Spiżerija Kappara, San Ġwann Stella Maris Pharmacy, Sliema Balzan Pharmacy, Balzan Mġarr Pharmacy, Mġarr Smiths PAMA Pharmacy, Mosta Brown's Village Pharmacy, Mellieħa Sta. Lucia Pharmacy, Santa Luċija Verdala Pharmacy, Bormla St Elias Pharmacy, Xgħajra Blossoms Pharmacy, Birżebbuġa Prestige Pharmacy, Kirkop Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Ideal Pharmacy, Rabat Fontana Pharmacy, Fontana, Gozo Sokkors Pharmacy, Kerċem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Xlokk il-Lvant forza 3 għal 4 li jsir mix-Xlokk forza 4 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mil-Lvant L-OGĦLA: 25˚Ċ L-INQAS: 16˚Ċ Temp Ftit imsaħħab li jsir sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mix-Xlokk forza 3 għl 4 Baħar Ħafif Imbatt Baxx mill-Majjistral Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Kissirtu Kullimkien u l-Papa Aħmed - Nhar it-18 ta' Ġunju jitħabbar rebbieħ! Nhar it-Tlieta t-18 ta' Ġunju, jitħabbar ir-rebbieħ Malti tal- Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura. Dis-sena, il-ġurija nazzjonali Maltija ħarġet b'lista qasira ta' żewġ rumanzi nnominati biex jirbħu – Kissirtu Kullimkien ta' Lara Calleja u Papa Aħmed ta' Joe Pace (it-tnejn pubblikazzjoni Merlin) – u minnhom se jkun hemm rebbieħ jew rebbieħa, li jidħlu fl-istorja tar-rebbieħa Maltin ta' dan il-premju: il- kittieba llum stabbiliti Pierre Mejlak, Immanuel Mifsud u Walid Nabhan. Dan premju kaxxa magħluqa, fis-sens li wieħed ma jinkitbx għalih, imma ġurija nazzjonali tara liema kotba ħarġu fl-aħħar sena u nofs qabel it-tħabbir tar-rebbieħ, b'enfażi fuq awturi ġodda jew emerġenti. Malta tieħu sehem f 'dan il-konkors flimkien ma' 40 pajjiż ieħor: kull pajjiż ikollu awtur rebbieħ kull tliet snin, fuq bażi ta' rotazzjoni, u dis-sena jerġa' jmiss lil Malta flimkien ma' pajjiżi oħra. Iż-żewġ awturi li qed jikkompetu għal dan l-unur it-tnejn kitbu xogħlijiet politiċi għall-aħħar. Joe Pace jirrakkonta storja ta' papa Malti li jagħżel l-isem Aħmed bħala t-titlu uffiċjali tiegħu, u l-vjaġġ tiegħu fl-Art Imqaddsa tal-lum b'referenza għall- ġrajjiet tal-Vanġelu. Ktieb topiku għall-aħħar, li mhux biss ambjentat f 'din iż-żona tad-dinja mimlija storja imma tant problematika, imma anki fid-dawl tat-taqbid li għaddej bħalissa fil- Palestina. Eqreb lejn ir- realtà Maltija għandna lil Lara Calleja li f 'Kissirna Kullimkien tippreżenta sensiela ta' novelli ispirati mill-qerda tal-ambjent u tat-tessut urban, anki bil-konsegwenzi personali, min-naħa tal- kostruzzjoni bla rażan. Dan il-premju huwa wkoll nifs regolari għall-industrija tal- kotba f 'Malta u jgħin biex jagħti dik it-tikka imbuttatura żejda lir- rota ekonomika f 'dan il-qasam. Il-pubbliċità immedjata li jkollu awtur Malti malli jitħabbar li rebaħ dan il-premju tfisser li mhux biss isir aktar magħruf u ppubliċizzat f 'pajjiżu stess, imma minnufih isir magħruf fuq skala Ewropea u jibda jinteressa lill-pubblikaturi u l-qarrejja barranin. Kemm ilha tieħu sehem Malta mill-2011, kellna żewġ awturi li xogħlijiethom ġew tradotti u ppubblikati f 'madwar 20 pajjiż differenti. Walid Nabhan qiegħed qrib kuntratt prestiġġjuż l-Ingilterra, u l-Merlin ġa rċevew żewġ offerti ta' pubblikazzjoni għal kull wieħed miż-żewġ kotba, bir-rebbieħ proprja għadu mhux magħruf! Dan ifisser ukoll aktar kuntatti u aktar xogħol għall-industrija tal-ktieb madwar l-Ewropa, u fl-istess ħin rebħa bħal din hija ċelebrazzjoni sew tat-talent Malti, kif ukoll tal-bżulija tal- ħaddiema u l-operaturi fin- negozju diffiċli tal-kotba, mill- pubblikaturi u l-istampaturi sal-bejjiegħa tal-kotba, id- distributuri, it-tradutturi u servizzi lingwistiċi oħra. Għandna għalhekk biex ikunu kuntenti bi premju bħal dan, jirbħu minn jirbħu, għaliex bħal f 'katina, jispiċċa jgawdi kulħadd minnu. Huwa għalhekk li l-għan tal Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura huwa li jitfa' d-dawl fuq il-kreattività u r-rikkezza tant diversa tal- letteratura kontemporanja Ewropea fil-qasam tan- narrattiva. B'hekk tiġi promossa ċ-ċirkolazzjoni tal-letteratura madwar l-Ewropa u jiġi mħeġġeġ l-interess f 'xogħlijiet letterarji li ma jkunux dawk nazzjonali biss. Il-premju f 'din l-edizzjoni mexxa l-enfażi tiegħu lejn l-awturi emerġenti: ħaġa sabiħa għall-kittieba għax tagħti pjattaforma ta' inkoraġġiment għal min qed jipprova jemerġi f 'suq diffiċli bħalma hu dak letterarju. Vantaġġ ieħor huwa l-kuntatti. Premju bħal dan jiaħ minnufih opportunità tajba għall- awturi rebbieħa biex jagħmlu networking ma' awturi barranin ta' stoffa, kif ukoll jiżdiedu l-opportunitajiet li jiġu mistiedna għal festivals internazzjonali. Huwa għalhekk tassew premju ta' min jiċċelebrah, fejn ilkoll niġbdu ħabel wieħed favur il-ktieb Malti. Bħal ma jgħaqqduna bħala poplu manifestazzjonijiet oħra, dan il-ktieb jista' jgħaqqadna lkoll favur il-kultura Maltija. Nistednikom tgawdu dawn iż-żewġ kotba, li jinstabu faċilment għand il-librara u online. Viva l-ktieb, viva l-ktieb Malti, u viva l-awturi Maltin! It-tħabbira tal-awturi rebbieħa tal-EUPL se ssir nhar it-Tlieta, it-18 ta' Mejju b'xandira live online fis-sagħtejn ta' wara nofsinhar fuq Facebook: h t t p s : / / w w w. f a c e b o o k . c o m / events/510579476970646

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 May 2021