Illum previous editions

ILLUM 16 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 aħbarijiet L-ebda sinjal ta' ftehim xaharejn wara li għalaq it- terminu ta' Mifsud ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Minkejja li issa għaddew ġimagħtejn oħra mill-aħħar aħbarijiet, il-gazzetta ILLUM hija infurmata li ma kien hemm ebda żblokk fil-kwistjoni tal- Ombudsman u dan minkejja li l-Ombudsman kurrenti, Anthony C Mifsud, spiċċalu t-terminu f 'Marzu li għadda, xaharejn ilu. Din is-sitwazzjoni għall-ewwel darba tfisser li istituzzjoni tinsab prattikament f 'limbu hekk kif Mifsud għamilha ċara li ma jridx jagħmel terminu ieħor, ibbażat fuq raġunijiet personali. Il-liġi tobbligah iżda li jibqa' sakemm tinstab il-persuna li se teħodlu postu. Minkejja dan il-Gvern u l-Oppożizzjoni qed jibqgħu jinsistu fuq l-ismijiet tagħhom, qalu sorsi mal-ILLUM u jidher li dan il- kompromess mhux se jintlaħaq malajr bil-konsegwenza li l-Uffiċċju tal-Ombudsman jinsab f 'limbu assolut. Dan qed iseħħ minħabba riforma li seħħet fl-aħħar sena u li issa jfisser li biex ikun maħtur Ombudsman ġdid, dan jeħtieġ il- vot taż-żewġ terzi tal-Kamra. Jidher li lanqas il-President tar- Repubblika għadu ma rnexxielu jsolvi din is-sitwazzjoni. Filwaqt li l-Gvern ressaq diversi ismijiet, fosthom Imħallef Emeritus li rtira snin ilu, il-PN qed iressaq ismijiet oħrajn - fosthom, tinsab infurmata din il-gazzetta, Martin Bugelli, li kien Kap tar- Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f 'Malta, fost oħrajn. Il- Gvern mhux jaċċetta dan l-isem u l-PN mhux jaċċetta lill-Imħallef Emeritus. Il-midja, fosthom l-illum.com. mt irrappurtaw kif isem ieħor li kienet qed tmexxi 'l quddiem l-Oppożizzjoni kien George Hyzler - il-Kummissarju preżenti tal-Istandards - iżda l-Kap tal- PN Bernard Grech kien qal illi hu sempliċiment semma' ismu għax ħaseb li t-terminu ta' Hyzler jagħlaq din is-sena, li mhuwiex il-każ. Grech kien sostna illi Abela kien irresponsabbli meta - skont hu - għadda ismijiet li suppost jibqgħu kunfidenzjali lill-midja. L-Ombudsman huwa wieħed mill-aktar istituzzjoni importanti f 'pajjiżna u l-oġġettiv tiegħu huwa li jikkontribwixxi lejn servizz pubbliku u miuħ, fost oħrajn. Huwa llum punt ta' referenza għal eluf ta' nies li ħassewhom inġurjati jew inkella ddiskriminati minn deċiżjonijiet meħuda f 'entitajiet pubbliċi, minn Ministeri jew mill- Gvern. Wara r-riforma mmexxija mill- Ministru Edward Zammit Lewis, liema riforma għaddiet b'mod unanimu fil-Parlament f 'Lulju 2020, l-Ombudsman imma anke l-Kummissarju tal-Istandards u l-President tar-Repubblika jeħtieġ ikunu maħtura biż-żewġ terzi tad- Deputati tal-Parlament. Sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta, meta mistoqsijin x'se jiġri issa, sostnew li "għalissa deadlock - imma tibqa' għaddejja l-medjazzjoni sakemm il-Gvern u l-Oppożizzjoni jsibu isem li huwa aċċettabbli għat-tnejn." L-ebda akkużi mill-pulizija fil-konfront tad-Deputat Toni Bezzina Toni Bezzina mhu se jkun qed jiffaċċja ebda akkużi fil-konfront tiegħu, wara li f 'April ntalab imur fid- Dipartiment tal-Pulizija għall-Investigazzjoni fuq Reati Finanzjarji fuq każ ta' allegat korruzzjoni li seħħ disa' snin ilu. Bezzina kien mistenni li jiffaċċja proċeduri kriminali minħabba xogħlijiet li kienu saru minn ħaddiema tal-Gvern fuq il-każin tal-Partit Nazzjonalista taż-Żurrieq fuq struzzjonijiet tiegħu. Iżda wara kważi erba' sigħat ta' interrogazzjoni, malli ħareġ mid-Dipartiment tal-Pulizija għall-Investigazzjoni fuq Reati Finanzjarji, Bezzina qal lill- ġurnalisti li dan huwa 'frame-up politiku' fuqu." Joe Giglio, li ħabbar dan fuq Facebook bħala l-avukat ta' Bezzina, sostna "s-sewwa jista' jdum biex jirbaħ imma fl-aħħar jirbaħ dejjem." Dan il-każ imur lura għall-2012 u kien żvelat mill- gazzetta tal-Partit Laburista 'Kullħadd.' Ir-rapport kien jgħid li x-xogħlijiet kienu saru ftit qabel l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-2012. Ix-xogħlijiet saru fil-ħin tax-xogħol. Bezzina kien fetaħ libell fl-2015 iżda tilfu tliet snin wara. Kien żvelat li d-Deputat kien sejjaħ tliet ħaddiema fl- uffiċċju tiegħu biex jiffirmaw dikjarazzjoni li huma lestew ix-xogħlijiet wara l-ħinijiet tax- xogħol. Jidher li wieħed minn dawn il- ħaddiema ma riedx jiffirma. Meta kien qed ikun mistoqsi fil-Qorti, fil-każ tal-libell, wieħed mill-ħaddiema kien ċaħad li ttieħed ġurament fuq din id-dikjarazzjoni u kien qal li ffirma għax kien sfurzat. L-irġiel l-oħra xehdu l-istess. Wara li ffirmaw id- dikjarazzjoni, tnejn mill- ħaddiema għamlu affidavit li fih ċaħdu li marru jaħdmu fil-każin b'mod volontarju u li kienu marru fuq struzzjonijiet tal- foreman tagħhom. Anthony C Mifsud, l-Ombudsman kurrenti waqt il-ġurament tal-ħatra

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 May 2021