Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
06 analiżi IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 • illum TLIET TOROQ LI GĦANDU GRECH Is-sondaġġ xjentifiku ta' ġimgħa ilu xejn ma kellu aħbarijiet sbieħ għal Bernard Grech u l-PN. Imma mhux kollox mitluf! Il- PN għad għandu tliet toroq quddiemu li jistgħu jsalvawh minn umiljazzjoni, jekk l-elezzjoni isseħħ fix-xhur li ġejjin. L-ILLUM tanalizza... JEKK IRID IMQAR JOFFRI SFIDA LILL-PL FL-ELEZZJONI LI JMISS ALBERT GAUCI CUNINGHAM Il-Ħadd li għadda kien ippubblikat sondaġġ xjentifiku fuq il-gazzetta oħt Maltatoday li xejn ma kellu aħbarijiet sbieħ għall-Partit Nazzjonalista. Prattikament juri li l-avvanzi kollha li għamel il-PN fl-aħħar xhur, minħabba konsolidament fil-bażi ta' votanti tiegħu kif ukoll minħabba telf ta' appoġġ lejn il- Gvern fl-eqqel, tat-tieni (kważi) lockdown, tar kollu mar-riħ. Naturalment wieħed irid jistenna s-sondaġġi li jmiss biex jara jekk din id-differenza hija xejra, imma apparti d-differenza ta' madwar 39,000 voti favur il- Partit Laburista dak tal-Ħadd li għadda fil-fatt kien it-tieni sondaġġ li juri titjib favur il-PL. Fis-sondaġġ ta' April, minkejja li d-differenza bejn il-partiti baqgħet kbira (madwar 26,000 vot), il-Prim Ministru rreġistra żieda fil-fiduċja ta' it aktar minn 7%. Fis-sondaġġ ta' Mejju imbagħad il-fiduċja fil- PM żdiedet bi it iktar minn 2% filwaqt li ta' Grech, naqset b'10%. Jidher ċar allura, jekk naqbdu l-aħħar tliet sondaġġi, li f 'termini ta' differenza bejn il-partiti qed nitkellmu dejjem fuq differenza li hija aktar minn 20,000 vot u li espandiet, minn 23,000 vot f 'Marzu (meta tħabbar it-tieni lockdown u Malta kellha bejn 200 u 500 każ ġdid kuljum ta' Covid-19) sa 39,000 vot f 'Mejju (meta kien beda sew il-proċess ta' rilaxx ta' miżuri). L-affarijiet mhux jidhru sbieħ għall-PN u għal Bernard Grech. Iżda għad hemm ħames soluzzjonijiet li jista' jaħdem fuqhom jekk irid li jagħti lill-Partit Laburista, imqar, sfida tajba: Ħudu pożizzjonijiet - Kunu rilevanti! Imma qed tkunu? Il-korruzzjoni, il-governanza tajba u s-saltna tad-dritt huma lkoll suġġetti importanti ħafna, li jifformaw il-pedament ta' soċjetà demokratika. Bl-iżbalji jew bl- azzjonijiet, uħud reali (VGH, Panama papers, 17 Black ...), oħrajn perċeputi ('qatt ma kellna korruzzjoni daqs illum') u oħrajn li qatt għadhom ma kienu pruvati iswed fuq l-abjad (implikazzjoni ta' eks politiċi/personaġġi fil- Gvern, fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia) il-PN jista' jidher bħalissa bħala l-għażla naturali ta' dawk il-votanti, li jivvutaw fuq dawn il- kwistjonijiet bħala priorità. Il-problema hija li jinħass, illi ladarba toħroġ mill-ispazju ta' dan is-suġġett, hemm perċezzjoni (li tinħass illi hija popolari) ta' vakuum u vojt. Għal dawk l-eluf ta' nies li fl- elezzjoni li ġejja se jivvutaw fuq il- flus fil-but u kif Malta immaniġġjat l-isfida kbira tal-Covid-19 - il-PN x'jista' joffri differenti u aħjar? X'inhuma l-policies ekonomiċi tal-PN u kif inhuma differenti mill-politika preżenti li timbotta l-konsum, li toħloq d-domanda fil-kostruzzjoni, il-proprjetà u permezz tat-turiżmu tal-massa, fost oħrajn? X'inhi l-viżjoni tal- PN għall-qasam tat-toroq u infrastruttura? Aktar toroq u proġetti bħal tal-Marsa/Santa Luċija/Central Link jew inqas? Toroq taħt l-art? Metro? Li l-PN jibqa' jsemmi x'kien jagħmel tmien snin ilu - filwaqt li ma fiha xejn ħażin - hija narrativa li għal dawk l-eluf kbar ta' votanti li llum għandhom 16, 17 jew 18- il sena (u se jivvutaw l-ewwel darba u allura fl-2013 kellhom tmienja, disa' jew 10 snin) ma tfisser (kważi) assolutament xejn meta se jivvutaw! Dan apparti li meta l-istrateġija (jekk hemm!) tkun iffukata ħafna fuq il-passat, għandek ċans tqajjem il-preġji, imma anke l-iskeletri! Għal persuna li għandha negozju marbut ma' tikħil, żebgħa, elettriku jew inkella għamara li mhux talli naqsilha x-xogħol, talli żdidilha waqt il-pandemija. Il-PN x'qed joffrilha differenti? Għal min xeba' b'dak li jidher illi huwa attakk kontinwu fuq l-ambjent, kostruzzjoni bla rażan u binjiet ta' sulari rekord, lilhinn mill-kliem sabiħ dwar ir-rispett u proposti biex laqgħat tal-ERA ikunu aktar pubbliċi - x'bidla fil-policy jixtieq li jwettaq? Se jwaqqaf iktar żvilupp ta' binjiet b'ċerti sulari? Se joħloq aktar żoni ta' konservazzjoni u liema huma? Se jagħmilha aktar diffiċli biex joħroġ permess u jekk iva kif? X'se jbiddel fil-politika tal- ODZ? Għal persuna żagħżugħa li ma tantx issegwi politika u li qatt ma tara stazzjonijiet politiċi jew aħbarijiet lokali, pero' li hija interessata ħafna fis-suġġett tal- kannabis. Hija per prinċipju favur ħafna din il-leġiżlazzjoni jew inkella żagħżugħ ieħor li huwa per prinċipju, kontra ħafna. Il-PN x'se jagħmel? Għandu pożizzjoni? Għal persuna li dejjem ivvutat PN, imma mhux akkanita. M'għandhiex proprjetà u hija kontra l-iskema tal-IIP bil-qawwi għax taraha bħala skema li qed tbigħ ruħ Malta. Mhux se tivvota Labour żgur, imma l-PN għaliex mhux iwiegħed li jneħħi l-iskema? Jew in-naħa l-oħra tal-munita: Persuna li dejjem ivvotat PN jew ma vvutatx (mhux akkanita għall-partit) imma qed tikri appartamenti lil persuni li xtraw