Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
S a minn dejjem il- bniedem kien iħoss il-ħtieġa, (minn natura tiegħu) li minn fost il-miġemgħa, minn fost il-merħ- la, minn fost il-poplu jagħżel persuna li jmexxih. Il-bniedem mill-istint tiegħu jagħżel l-aħjar persuna li fil-kapaċità tagħha, imexxihom fin-neċessitajiet tagħhom ta' kuljum, mhux biss, imma li jiggwidhom fid-direz- zjoni t-tajba. Jiġini f 'moħħi l-ktieb tal-Eżodu, bil-protagoni- sta jkun Mose, il-mexxej li għen lill-poplu Lhudi jaqsam id-deżert, jiskanshom mill-għadu komuni, iwassalhom fil-post propju meta jaqbadhom l-għatx u fl-aħħar mill-aħħar li jwassalhom sal-art imwiegħda. Il-poplu magħmul minn bnedmin, (minn natura tagħhom) meta jaraw li l-mexxej tagħhom xjieħ, jibdew jaħsbu għal mexxej ieħor sabiex jiġġen- eralhom is-sinsla, ħalli jibqgħu mexjin fid-direzzjoni li jkun qabbadhom ta' qablu. Hekk hi l-ħajja! Jintagħżel mexxej li l-kwalifiki tiegħu fost oħrajn li jkun għaqli bħas-sriep u safi bħal ħamiem, sabiex flok oasi waħ- da jirnexxielu jsib tnejn u biex ħadd ma jsib l-iċken nitfa' dell ħażin fuqu. Għax hu mexxej, li l-kapaċità tiegħu tidher fl-influ- wenza lis-segwaċi tiegħu. Dan hu mexxej ... mal-poplu, tal-pop- lu u għall-poplu. Parti sostanzjali minn dik li nsejħulha politika. Għax il-politika hi enerġija li ddur mal-bniedem, enerġija maħluqa minnu biex lilu stess isservih. Mill-politika titqanqal ħolma, ħolma f 'kull temp, kemm f ' baħar kalm u anki f ' baħar imqalleb, f 'baħar li meta tpinġih jippreżenta l-isbaħ pittura għal futur. Futur li jistenniena, futur ħerqan għalina, futur għal qalbna għax qed narawh b'idejh miuħa biex jgħannaqna. Kull min hu fil-politika, jew midħla tal-politika, din irid jaħdem għaliha bis-serjetà! Għax hemm barra, numru ta' bnedmin dejjem jikber, mhumiex jaraw l-istess pittura li qed "nipprova" nara jien. Bosta bnedmin hemm barra sfortunatament qegħdin jaraw tmiem impenġi. Ma jridux ikunu parti minn sistema maqsuma bi klikek ifferoċċjati u mejtin bil-għatx għal poter. L-idea li sservi u li nkunu ta' għajnuna għal ħaddieħor lanqas biss xammewha. Anzi jidħqu bik f 'qalbhom jekk tgħidilhom li ddedikajt ħajtek għal poplu permezz tal-politika. Ma tħossok fl-ebda klikka meta tkun fil-politika b'dan l-iskop. Sħabek iħarsu lejk bħala tikka jew baħnan. Jgħajtulek biss, biex jinqdew bil-vot tiegħek. Din l-istil ta' politika, tħalli lil bnedmin ġenwini joħorġu mid-Dar Ċentrali, (jew mill-Kwartieri) b' qalbhom vojta aktar minn qabel daħlu hemm. Din l-istil ta' politika tħalli d-Dar Ċentrali/il-Kwartieri bħal dar sabiħa imma vojta, bi ġnien sabiħ mimli siġar mejtin, bi frott qares u ta' dwejjaq. F'din l-istil ta' politika, sħabek tarahom joffrulek il-frott minn din is-siġra li tħalilek togħma morra, li twasslek għal mewt, li twasslek biex tibda tobgħod il-politika. Għalhekk il-partiti politiċi jdumu biex isibu kandidati validi kemm għal Kunsilli Lokali u anki għall-Elezzjoni Ġenerali. Kandidati ssib kemm trid, iżda l-biċċa l-kbira tagħhom huma kandidati li ġew sfurzati jkunu mal-lista, bħal patata ġo xkora patata. Għalhekk hemm barra, hemm bnedmin li qatgħu qalbhom mill-politika u mill-politiċi. Minn din il-amma ta' realtà, hemm bżonn jitwieled ħolm ġdid, li fil-politika tħossok preġju. Minn din il-amma jeħtieġ jitwieled ħolm ġdid li jilqa' xintilli ta' kuluri mżewqa bi bnedmin moħħhom biss fil-ġid komuni għal ħaddieħor. Id-Dar Ċentrali/il-Kwartieri għandhom ikunu bħal dik l-Omm li tħobb lil uliedha u tgħannaqhom meta jaslu lura d-dar mill-iskola jew mill-post tax-xogħol. Il- prinċipji fundamentali f ' dawn l-imkejjen, minn fejn jitfasslu l-ħsibijiet għandhom ikunu IN- NIES, IN-NIES, IN-NIES. In-nies huma l-opportunità għal pajjiżna. Imma n-nies huma ċ-ċentru tal-ħsieb fid-Dar Ċentrali jew fil-Kwartieri. Qishom dawk il-ġenituri li fil-proċess ta' twelid ta' tarbija l-aktar ħaġa diffiċli li jsibu huma meta jiġu biex jagħżlu l-isem lit-tarbija tagħhom. L-eks Papa Ratzinger fl-2010 f 'Londra kien qal, li s-sejħa ta' kull wieħed u waħda minnha hi li nibdlu d-dinja. Dan il-prinċipju jħoll u jorbot il-vot tal-bnedmin ġenwini, (li għadhom jeżistu) imma donnu saru rari daqs pitirross. Din hi l-mamma tal-politika. Li tkun għotja għal ħaddieħor. M'hemmx Sibt u Ħadd, lanqas jum u dlam. Meta xi ħadd jeħtieġek f 'nofs ta' lejl, nemmen li trid tkun għotja, hu min hu, u hi min hi. Xi wħud isejħulek ċuċ għax timplimenta din l-istil ta' politika, dik li nħobb insejħilha tal-fardal. Ħati jekk qed iċċappas u tħammeġ il-politika li suppost hi qaddisa. Iħossu mweġġa' dak li ħadem biex inaddaf isem il-politika. Jitqalleb fil-qabar ikun, jekk jara x'qed jiġri fil- politika, u laħaq daħal fl-eternità. Hemm min ta ħajtu biex f 'pajjiżna jkun hawn il-ġustizzja, biex tiorixxi l-libertà, u biex insiru mill-ġdid ilkoll aħwa Maltin. Min iċappas il-politika mhuwiex postu fiha. Għandu jitwarrab jew iwarrbuh. Politiku li jċappas il-politika qisu qed jerda' l-ħalib ta' martu, meta dan il-ħalib suppost jerdawh l-ulied. Għal poter, hemm min ibiegħ l-ommu, hemm min joqtol lil ħuh. Hemm bżonn urġenti li jinfetħu l-għajnejn u l-widnejn. Il-politika tinsab fi kriżi. Tibqax torqod mal-Eva ta' dejjem. Fil-politika jibqgħu dejjem it-tentazzjonijiet, għax aħna bnedmin. Is-siġra tat-tuffieħ dejjem tibqa; fin-nofs u l-għasel dejjem jibqa jġennen lis-sriep. Huwa JIEN, Il-POLITIKU fdat mill-poplu, li rrid inżomm sod. Jekk miniex tajjeb li nżomm din l-integrità, m'għandhiex triq oħra x' nagħżel ħlief li noħroġ minn din l-għalqa. Politiku ta' veru, li jilbes il- fardal hu li jkun tan-nies qabel ma jkun tiegħu inniffsu. Iservi biss. B'hekk ikun maħbub minn kull saff tas-soċjetà. "Mill-frott tagħhom tagħrfuhom." Hawn tkun irbaħt int, bihom tkun rebħet Malta. Dawn huma politiċi li jafu eżatt fejn sejrin u fejn iridu jaslu. Dawn huma politiċi li jimirħu, li jiskopru dak li ġej u joħorġu minn djarhom iwissu, meta tkun ġejja xi maltempata. Dawn huma kalamita li tikkomunika mal-bnedmin li jgħixu fl-istess komunità. Għalhekk telgħu fil-Parlament, għax iħossu l-polz tagħhom. Din hi kapaċità importanti, li jien nemmen bis-sħiħ li Alla l-imbierek jagħtik id-dehen li tasal għaliha, avolja forsi bħal Mose tkun ittemtem, jew forsi moħħok ma jtikx daqshekk. Din hi kapaċità li ttik is-saħħa mhux li tpoġġi qalb il- folla, iżda quddiem nett tal-folla. Irridu nkunu bilgħaqal lil min inlibbsu x-xettru tal-kmand. X'uħud la darba tawulhom, jippretenduh sal-mewt. Mhux sew. Donnu ħadd ma jista' għalihom. Is-sabiħa hi li dawn jaħsbuhom li huma pilastri tad-demokarazija. Donnu minn natura twieldu biex jibqgħu dejjem hemm. Mhux sew. Il-garanzija tal-futur ta' soċjetà, tissarraf fl-abilitajiet tal-politiċi tagħha; il-garanzija tal-politiċi tagħha tissarraf fl-għażla għaqlija ta' dik is-soċjetà. 23 opinjoni illum • Il-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 Ivan Bartolo Ivan Bartolo huwa Deputat u Kelliem tal-Oppożizzjoni Rari daqs pitirross