Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 • illum YENDRICK CIOFFI Statwa minquxa fl-irħam abjad ta' Carrara, tal-iskultur Antonello Gagini u li għandha 517-il sena, ġiet irrestawrata mill-kumpanija PrevArti u mqiegħda fil-post oriġinali anke jekk ma tistax titgawda fit-totalità tagħha għax mifruda mill-pedistall tal-irħam li nħadem magħha u li llum jinsab fil-Muża. Dwar dan, il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Gwardjan tal- komunità tal-Patrijiet Franġiskani tar-Rabat, Patri Martin Coleiro li saħaq kif apparti l-importanza storika u artistika, għall-Patrijiet din l-istatwa hija għażiża għax tathom 'il-laqam' li huma magħrufa bih. Fil-fatt, minn din l-istatwa msejħa "il-Madonna ta' Ġesù," ħareġ l-isem "Ta' Ġieżu," kif inhuma magħrufa l-Patrijiet Franġiskani u l-knejjes tagħhom, mhux biss fir-Rabat. Patri Martin saħaq li ma tistax tifred lill-Patrijiet Franġiskani mid-devozzjoni lejn il-Madonna. Biss biss kienu huma li ddefendew id-Domma tal-Immakulata Kunċizzjoni. Fil-fatt, meta waslet f 'Malta, l-istatwa tpoġġiet fuq wieħed mill-artali laterali ta' din il- knisja, iddedikat lill-Immakulata Kunċizzjoni u hekk bdiet tissejjaħ. Fil-fatt, Monsinjur Vincenzo Borg, fil-ktieb tiegħu, jisħaq li l-Patrijiet Franġiskani Osservanti kienu l-ewwel li daħlu xbieha tal-Kunċizzjoni fi knisja f 'Malta, b'referenza għal din l-istatwa. Patri Coleiro spjega kif f 'din il- kappella kienu jsiru l-15-il Sibt tal- Kunċizzjoni u anke tiġi ċċelebrata quddiesa solenni bil-paniġierku nhar it-8 ta' Diċembru. Madanakollu ġie żmien meta din l-istatwa tpoġġiet wara l-artal maġġur, fuq l-artal privileġġat ta' San Franġisk u għalhekk moħbija minn għajn in-nies, biex minflokha tpoġġiet statwa ta' San Franġisk. Issa din l-istatwa tpoġġiet mill-ġdid fil-post oriġinali tagħha. "Tant kemm kienu jħobbuha l-Patrijiet li kienu għamlulha żewġ kuruni tal-fidda li għadna ngawdu sal-lum," saħaq Coleiro, waqt li spjega kif meta t-Torok kienu pprovaw jieħdu lil Malta fl-1551, jingħad li l-Patrijiet tant kemm beżgħu, li niżluha fil-bir tal- kunvent. Minkejja li llum tinsab fil-post oriġinali tagħha, hija mifruda mill- pedistall ottangolari li kien ħadem magħha Gagini. Fil-fatt, fl-1911, fuq talba ta' Sir Temi Zammit, dan il-pedistall kien ingħata 'b'self,' mill-Patrijiet lill- Mużew Nazzjonali. Minkejja dan baqa' hemm u llum jinsab fil-Muża. Il-Gwardjan spjega kif il-patrijiet, anke permezz tal-mikbi Patri Ġorġ Aquilina, ilhom mill-1990 jipprovaw iġibu lura dan il-pedistall. Fl-2013 jidher li l-Kabinett kien approva dan, iżda sal-lum il- ġurnata l-pedistall għadu mifrud mill-istatwa li nħadem għaliha. Minkejja dan, saħaq kif għadha għaddejja l-ħidma u d-diskussjonijiet bil-għan li din l-opra importanti tkun tista' titgawda fit-totalità kollha tagħha, speċjalment issa li rrestawrata. Il-gazzetta ILLUM titkellem mal-Gwardjan tal-Patrijiet Franġiskani fir-Rabat u ma' Dr Charlene Vella dwar l-importanza ta' din l-istatwa u kif il-pedistall tagħha huwa mifrud minnha Irrestawrata statwa ta' ħames sekli ; Ma tistax titgawda fit-totalità tagħha għax mifruda mill-pedistall li nħadem għaliha aħbarijiet L-ILLUM tkellmet ukoll ma' Dr Charlene Vella mid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal- Arti, fi ħdan l-Università ta' Malta, li spjegat il-fatturi li jkomplu jżidu mal-importanza ta' din l-istatwa. Apparti l-fatt li ħarġet minn idejn Antonello Gagini (1478-1536), kontemporanju ta' Michelangelo, l-istatwa hija waħda mill-it skulturi u xogħlijiet tal- arti Rinaxximentali li wieħed isib f 'Malta. Gagini, ħadem l-istatwa fl-1504 meta kellu 26 sena. Dan ifisser, spjegat Vella, li din l-istatwa waslet f 'Malta qabel ma wasal l-Ordni ta' San Ġwann fl-1530. L-istatwa waħedha tiżen madwar 380 kilo. Vella spjegat li mir-riċerka li saret, instab il-kuntratt li juri kif l-istatwa kienet ġiet ikkummissjonata għall-knisja li l-Patrijiet Franġiskani Osservanti kienu għadhom kemm bnew fuq stil Gotiku madwar l-1490. Minkejja li kien minn Palermo, Gagini kif għamel għaxar snin Messina fejn ħadem l-istatwa. Vella spjegat kif fi Sqallija, partikolarment fil-provinċji ta' Messina, Katanja u f 'Kalabrija, hemm statwi simili għal din ix-xbieha li kienu nħadmu għall-knejjes tal-Franġiskani Osservanti ddedikati lil "Santa Marija di Gesu." Mistoqsija għaliex il-Patrijiet kienu għażlu skultur barrani u mhux Malti, Vella fakkret li dak iż-żmien l-ordnijiet reliġjużi bdew jaslu f 'Malta minn barra, fi żmien meta l-Gżejjer Maltin kienu taħt l-Aragoniżi. Anke ħafna nobbli minn Sqallija u minn Spanja kienu qed jingħataw artijiet f 'Malta u magħhom ġabu influwenza barranija. Il-Patrijiet riedu statwa tal-Madonna li qed iżżomm lill-Bambin f 'idha x-xellugija u ura f 'idha l-leminija u kellha tistrieħ fuq pedistall tal-irħam ottangolari b'xeni mill-ħajja ta' San Franġisk. Nafu wkoll li l-Franġiskani xtaqu li din l-istatwa ikollha l-kulur blu u deheb. Vella spjegat li anke skulturi medjevali u ta' żmien ir-Rumani kienu jkunu miżbugħa u indurati. Fil-fatt, anke jekk din l-istatwa tidher bajda, matul il-proċess tar-restawr, instabu traċċi tal-kulur u anke livelli preparatorji li fuqhom kien hemm l-induratura bid-deheb. Instab li fuq il-mantell tal-Madonna kien hemm xi dekorazzjoni ta' uri u li kienu oriġinarjament indurati, u jirriżulta li xahar il-Madonna u l-Bambin kien indurat bid-deheb. Fakkret kif fir-Rinaxximent l-enfasi kienet li d-Divin ikun ippreżentat kemm jista' jkun simili għall-uman idealizzat biex min ikun qed jara l-biċċa xogħol tal-arti, ikun jista' jirrelata aħjar magħha. Il-kulur u d-daqs kienu importanti. F'dawn l-aħħar ħames sekli, ma kienx faċli li wieħed iħallas kontinwament biex isir restawr taż-żebgħa u l-induratura u b'hekk maż-żmien, anke minħabba t-tindif, dawn spiċċaw kważi għal kollox. F'id il-bambin instabet ukoll toqba għax x'aktarx li kien qed iżomm gardell. Kollox fih is-simboliżmu tiegħu, spjegat Vella. Il-gardell jagħmel il- bejta tiegħu mix-xewk u għalhekk ifakkar fil- kuruna tax-xewk u għandu parti minn rasu ħamra, simbolu tas-sagrifiċċju u l-passjoni tal-Mulej. Maż-żmien din l-istatwa ġarrbet ukoll xi ħsarat. Fost dawn kellha xi swaba nieqsa u anke rasha kienet inqalgħet minn mal-kumplament tal-ġisem u qed iżżomm b'żewġ vireg tal-ħadid. Vella kompliet tispjega kif l-istudji fuq l-istatwa għadhom ma waqfux. Fil-fatt, l-istudenta Jamie Farrugia bħalissa qed toħloq outline 2D ta' din l-istatwa u wara li saru diversi studji u ġew analizzati statwi oħra tal-istess żmien u tal-istess artist, se tkun tista' toħloq immaġini li turi kif l-istatwa kienet oriġinarjament. Sar ukoll scan 3D din l-istatwa biex tkun tista' titgawda minn kull angolu. Ir-restawr sar bis-saħħa ta' fondi mill- Majjistral Action Group Foundation taħt il- Programm LEADER 2014-2020 tal-Unjoni Ewropea. Ix-xbieha restawrata tal-Madonna xogħol Antonello Gagini Id-dekorazzoni li nstabet fuq il-mantell tal- Madonna Il-pedistall li sal-lum għadu mifrud minn mal- kumplament tal-istatwa