Illum previous editions

ILLUM 16 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 27

04 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 • illum Dan l-artiklu jifforma parti minn sensiela jisimha Ewropej. Din parti minn inizzjattiva ta' tlett organiżazzjonijiet tal-aħbarijiet, iffinanzjata mill-Parlament Ewropew biex iqarreb iċ- ċittadini Maltin max-xogħol tal-PE u jżommhom infurmati fuq is-suġġetti li jmissulhom il-ħajja ta' kuljum. Dan l-artiklu jirrefletti l-veduti tal-awtur. Il-Parlament Ewropew mhuwiex responsabbli għall-użu li jista' jsir mill-informazzjoni hawn provduta. Kumitat tal-PE jisħaq illi l-Istati membri għadhom ineħħu kull ostaklu għall-abort li jgħidu illi huwa 'dritt' Il-Kumitat FEMM tal-Parlament Ewropew japprova rapport illi fih qed jisħaq li l-Istati membri għandhom jagħtu aċċess sħiħ lil servizzi u kura relatata mal-abort, fuq l-istess linji ta' Rapport ta' Opinjoni tal- Kumitat tal-Iżvilupp iktar kmieni din is-sena... ALBERT GAUCI CUNNINGHAM L-abort ma kienx is-suġġett li ġie diskuss xi ftit jew wisq f 'Malta biss din il-ġimgħa, hekk kif il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza tal- Ġeneru tal-Parlament Ewropew (FEMM) approva rapport li fost oħrajn qiegħed jinsisti illi Stati Membri Ewropej ineħħu l-ostakli sabiex ikun introdott l-abort. F'rapport ta' Opinjoni tal- Kumitat tal-Iżvilupp tal- Parlament Ewropew li għadda għand il-Kumitat FEMM, jiġi mfakkar illi d-drittijiet sesswali u riproduttivi huma servizzi ta' saħħa essenzjali "li jeħtieġ ikunu aċċessibbli għal kulħadd u li jinkludu... servizzi ta' abort sigur u legali, kif ukoll kura, fosthom kura lil dik il-mara li diġà għamlet abort." Dan jinnota kif skont data tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) madwar 45% tal-abort kollu li seħħ madwar id-dinja bejn l-2010 u l-2015 ma sarx b'mod sigur, ħafna drabi saru f 'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u madwar seba' miljun mara qed jiddaħħlu l-isptar kull sena bħala riżultat ta abort mhux sigur. Ir-rapport jisħaq illi s-servizzi ta' saħħa sesswali u riproduttivi huma drittijiet umani, huma elementi fundamentali tad- dinjità umana, "essenzjali biex in-nisa jżommu dejjem il-kontroll fuq ġisimhom." Ir- rapport tal-Kumitat tal-Iżvilupp li kien mgħoddi lil FEMM f 'Marzu li għadda jfakkar illi l-abort sigur u legali "huwa ankrat fid-drittijiet tan-nisa u t-tfajliet." Iwissi illi hemm attakki fuq id-drittijiet tan- nisa anke f 'pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt il-Polonja kienet taħt ħafna skrutinju mill-istess Parlament Ewropew propju fuq dan is-suġġett. F'Diċembru li għadda b'455 vot favur, 145 kontra u 71 astensjoni, il- Parlament Ewropew ikkundanna id-deċiżjoni tat-Tribunal Kostituzzjonali tal-Polonja li jagħmel l-abort illegali anke f 'każi ta' defiċjenzi tal-fetu li huma severi u rriversibbli - li fil- fatt hija r-raġuni għal 96% tal- abort kollu li jsir fil-Polonja. Huma qalu illi din se twassal għal aktar abort klandestin u li jista' jhedded il-ħajja tal-mara. L-MEPs qed jisħqu li pajjiżi tal-UE jeħtieġ jassiguraw aċċess universali għal metodi differenti u ta' kwalità, ta' kontraċettivi, informazzjoni dwarhom kif ukoll counselling. Huma qed jisħqu wkoll li kull stat membru tal-UE jassigura aċċess għal edukazzjoni komprensiva sesswali fl-iskejjel tas-sekondarja u tal-primarja. Ifakkru li l-akbar problemi u nuqqasijiet f 'dak li jirrigwarda saħħa sesswali jinsab fost adoloxxenti, persuni mhux miżżewġin, persuni LGBTIQ, persuni b'diżabilità, minoranzi etniċi u anke dawk li huma foqra. 13-il miljun aktar mutazzjoni ġenitali minħabba l-Covid-19 Intant ir-rapport jidħol f 'diversi oqsma oħrajn , fosthom il-mutazzjoni ġenitali femminili - proċedura inumana li għadha ssir f 'partijiet differenti fid-dinja - f 'pajjiżi fqar u li għadhom qed jiżviluppaw. Filwaqt li jfakkar li din hija ksur tad-drittijiet tal- bniedem il-Kumitat tal-Iżvilupp tal-Parlament Ewropew jgħid illi huwa stmat li l-pandemija u allura l-ittardjar u l-interruzzjoni ta' għajnuna f 'komunitajiet differenti se jwasslu għal madwar żewġ miljun aktar mutazzjoni ġenitali femminili u madwar 13-il miljun aktar tfal li jidħlu fi żwiġijiet sfurzati. Ifakkar li madwar id-dinja hawn bejn wieħed u ieħor 125 miljun vittma, b'500,000 mara li huma vittmi fl-UE. Fil-fatt ir-rapport tal-Kumitat tal- Iżvilupp ifakkar li ħafna nisa li jgħixu fl-UE ikunu suġġetti għal riskju meta jżuru lil pajjiżhom. Għalhekk jappellaw biex kull pajjiż jinkriminalizza l-mutazzjoni ġenitali femminili. F'Malta fil-fatt, din il-prattika - li teżisti fost nies li ġejjin minn pajjiżi fejn il-prattika hija komuni - hija att kriminali. passi jittieħdu anke kontra dawk li ma jinformawx lill-awtoritajiet dwar dan il-proċess. L-abort madwar l-UE Skont iċ-Ċentru għad- Drittijiet Riproduttivi u l-Organizzazzjoni Dinjija tas- Saħħa, fl-Unjoni Ewropea, l-abort fuq talba (fejn id- deċiżjoni tittieħed mill-mara biss) huwa legali f 'bosta pajjiżi fosthom fl-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja u l-Iżvezja. Minkejja li l-abort hu legali f 'dawn il-pajjiżi, ma jfissirx li l-aċċess għall-abort hu faċli. Fil-Ġermanja, l-abort hu legali biss sakemm isir f 'ċirkostanzi partikolari. Apparti minn hekk, il-proċedura trid issir fi żmien ta' 12-il ġimgħa mill-konċepiment. Fi 15-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea inkluż l-Italja u Spanja, mara xorta hi mitluba li tistenna għal perjodu ta' żmien obbligatorju bejn id-data li fiha jintalab l-abort u d-data li jsir fiha. Fi 12-il pajjiż, inklużi l-Ungerija u l-Ġermanja, in-nisa huma obbligati li jisimgħu pariri kif ukoll jirċievu informazzjoni mit-tobba tagħhom qabel ma jitolbu biex jagħmlu abort. F'bosta pajjiżi inkluż il- Kroazja u l-Italja, it-tobba jitħallew jirrifjutaw li jgħinu fit-twettiq tal-abort speċjalment jekk jiddikjaraw lilhom infushom bħala Kattoliċi. Intant sitt pajjiżi Ewropej ma jippermettux l-abort fuq talba jew għandhom liġijiet restrittivi ħafna fosthom Monako, Malta u issa l-Polonja. Monako jippermetti l-abort biss meta s-saħħa jew il-ħajja ta' mara tkun f 'riskju, fil-każ ta' stupru jew minħabba difetti tal-fetu. Il-Polonja kienet tippermetti liġijiet simili bħal Monako sa' qabel l-Erbgħa 27 ta' Jannar. Fil-preżent, l-abort fil-Polonja huwa permess biss f 'każijiet ta' stupru, inċest jew meta t-tqala thedded il-ħajja tal- omm. Madankollu Malta tibqa' l-unika pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tipprojbixxi l-abort f 'kull ċirkostanza anke jekk il-mara tkun fil-periklu li titlef ħajjitha. L-abort jibqa' materja li mhijiex kompetenza tal-Unjoni Ewropea u allura sal-lum, din ma tistax tobbliga lil Malta biex iddaħħal din il-prattika. Minkejja dan, il-Parlament Ewropew jista' jagħmel pressjoni fuq istituzzjonijiet ewropej oħra fuq din il-materja. 'Pass 'il quddiem' - Pedrag Matić F'kummenti lill-midja wara li kien approvat ir-rapport tal- Kumitat FEMM din il-ġimgħa, ir-Rapporteur Pedrag Matić (S&D) qal illi dak li kien adottat fir-rapportjuri illi hemm is- saħħa fil-Parlament Ewropew "biex jiġġieled kontra dawk li qed jieħduha kontra d-drittijiet tal-bniedem." Huwa sejjaħ l-approvazzjoni ta' dan ir-rapport bħala "pass 'il quddiem biex ikun aċċertat li iċ- ċittadini kollha tal-UE ikollhom aċċess għas-servizzi ta' saħħa sesswali u riproduttivi u li "ħadd ma jitħalla lura meta jeżerċità d-dritt għal saħħtu."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 May 2021