Illum previous editions

ILLUM 16 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 27

11 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 nemmnu fik ... se tagħmilna kburin ... 'ifqa' tal-Eurovision jawguraw lil Destiny 'Aħna warajk, nemmnu fih u kunfidenti li se tagħmilna kburin' - Jean Pierre Cassar "Naħseb li hija diska kurrenti u li kienet xi ħaġa li ħadd ma stenna minn Destiny, forsi għax konna drajniha tkanta ċertu stil ta' diski matul X Factor. Togħġobni ħafna u nemmen li se togħġob lil ħafna Ewropej ukoll. Dwar Destiny nista' ngħid li hi waħda mill-aqwa talenti li għandna f 'Malta. It-talent tagħha ħadd ma jista' jmerih u nemmen li se tħalli impatt kbir fil-Eurovision. Nixtieq ħafna li nara spettaklu li jixraq artista bħalma hi Destiny u bħalma jixraq lid-diska Je Me Casse. Nixtieq nara prestazzjoni li turi lil Destiny kunfidenti, hi min hi, hi kif inhi. Ċert li tagħmel x'tagħmel se tħalli impatt u se tkun memorabbli għal kull min jaraha. Jekk nirbħu l-Eurovision se niċċelebra bħal kull Malti naħseb! Għalkemm hawn Maltin li jgħidu li l-Eurovision jarawh bla skop, nemmen li dakinhar kulħadd se jkun qed jistennih. Ir-rebħ tal-Eurovision ilna nistennewh wisq. Minjaf! Forsi jkun din is-sena. Nirbħuh jew le, xorta nemmen li Destiny se taqta' figura tajba għal pajjiżna. Destiny, aħna warajk, nemmnu fik u kunfidenti li se tagħmilna kburin b'dak li toffri int fuq il-palk f 'Rotterdam." 'Itla' fuq il-palk, oħroġ b'saħħtek u ifqa' sala' - Valentina Rossi "Aħna mdorrija ħafna naraw lil Destiny tkanta ballati (balads). Għalija li ħadu riskju u marru għal xi ħaġa li hija aktar fuq tagħha, aktar ħajja u li tirrappreżenta aktar il-karattru u l-età tagħha, kienet xi ħaġa tal-ġenn. Naħseb li dan kien riskju li ħadna u li niżel tajjeb ħafna man-nies. Minkejja dan, xorta naħseb li lil Destiny, tagħtiha x'tagħtiha, se tidħol għaliha, se toħroġ b'saħħitha u se tagħmel ħoss. Fejn jidħol l-ispettaklu fuq il- palk, qed nittama li dak li rajna fil-vidjow ta' Je Me Casse, narawh issa fuq il-palk f 'Rotterdam. Il-vidjow kien tajjeb u ntlaqa' tajjeb ħafna min-nies u għalhekk nittama li l-ispettaklu fuq il-palk ikun tajjeb daqsu. Jekk tirbaħ Malta ħasra waħda! Ma nistgħux imorru niltaqgħu magħha l-Ajruport, kif kieku żgur li nagħmlu. Imma nimmaġina li tkun xi ħaġa fenomenali. Probabbilment noħroġ it indoqq bil-karozza, kif jagħmlu meta jirbħu xi Inter jew hekk! Nawguralha minn qalbi! Sejra tajjeb ħafna. Anke fl-intervisti kollha li qed ikollha, qed toħroġ b'saħħitha mmens. Nawguralek Destiny! Għamel dak kollu li taf! Oħroġ b'saħtek u ifqa' sala!" 'Ikun xi jkun ir-riżultat, il-Eurovision huwa biss l-ewwel pass għalik' - Johann Myers "Bħala kanzunetta mill-ewwel laqtitni u Destiny, bħas-soltu, kif taf tagħmel hi, qaxrita! Destiny hija kantanta unika u ma jkollokx spiss kantanti ta' vera bħal dawn għaliex hija kompluta. Je Me Casse kienet pinġunta għaliha u tixraqilha ħafna. Nixtieq li Destiny tkun komda b'dak li se jkollha magħha fuq il- palk. Nixtieq li bħala pakkett ikun komplut. Hija kantanta żagħżugħa u bħala viżwal irid jikkumplimenta l-karatteristika, kemm tal- kanzunetta u anke tal-kantanta nnifisha. Dan anke biex joħroġ il- messaġġ tal-kanzunetta. Mistoqsija ħelwa għalina li nitilgħu kull sena għal dan il- festival. Din is-sena hija dieqa għalina li mhux se nkunu hemm. Kieku nkun hemm lanqas nimmaġina xi tkun ir-reazzjoni. Ma nafx inwerżaqx, nibkix bil-ferħ jew ngħajjatx kemm niflaħ: Viva Malta. Dan il-festival ifisser wisq għaliha u għal sħabi! Destiny jiena kont rajtek l-ewwel darba tkanta fl-2014 waqt festival tat-tfal u x'ħin rajtek għidt li din it- tifla se nisimgħu ħafna biha. Mort il-Junior Eurovision u erbaħtu. Illum sirt kantanta bravissima u unika f 'pajjiżna. Awguri mill-qalb u j'Alla tieħu gost f 'dawk it-tliet minuti. Ikun xi jkun ir-riżultat, il- Eurovision huwa biss l-ewwel pass għalih. Dan huwa biss il-bidu tal- karriera tiegħek! Awguri sabiħa! Malta warajk." 'Destiny żomm saqajk mal-art u ibqa' emmen fik innifsek - Adrian Refalo "Il-kanzunetta Je Me Casse, naħseb jien, għandha messaġġ qawwi ħafna dwar kif persuna għandha tkun libera u tirreaġixxi kif tħossha hi mingħajr ma tweġġa' lil persuni ta' madwarha. Destiny għandha vuċi impekkabbli u ta' barra minn hawn, li diffiċli ssib fi tfajla tal-età tagħha. Destiny għandha kanzunetta li ggagħlek tiċċaqlaq u allura nixtieq li hija tiddomina l-palk biex bil- kanzunetta tagħha tużah kollu. Nixtieq li jkollha backdrop u staging ħaj għax nemmen li bil-kanzunetta pop tista' toħloq spettaklu għall- udjenza tas-sala u anke għal kull min ikun qed isegwi mid-dar. Din is-sena hija pjuttost differenti għalija għax minħabba l-pandemija ma stajtx nitla' Rotterdam u nagħti l-appoġġ lill-kantanta li se tirrappreżentana ġewwa l-Olanda. Is-soltu nitla' kull sena ma' fans oħra Maltin li niffurmaw il-klabb lokali tal-Eurovision OGAE Malta. Imma jekk tirbaħ xorta waħda se nkun kuntent u naħseb li se noħroġ indoqq fit-toroq. Destiny żomm saqajk mal-art u ibqa' emmen fik innifsek. Tirbħu jew ma tirbħux, mhux se taqa' d-dinja. Għadek żgħira u nemmen li se jkollok futur mimli esperjenzi sbieħ fix-xena mużikali, kemm lokali kif ukoll internazzjonali."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 May 2021