Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
14 kultura IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 • illum Mill-maħżen ta' San Sebastjan Ġorġ … il-festi l-aktar għeżież Tiġi fi tmiemha l-Ġimgħa Qormija, b'żewġ intervisti oħra din id-darba dirett mill-imħażen tal-armar f'Ħal Qormi Sarah Camilleri - L-Għaqda Armar San Sebastjan F'waħda mit-toroq ew- lenin ta' Ħal Qormi, passi 'l bogħod mill-għassa tal- pulizija, insibu l-maħżen tal-Għaqda Armar ta' San Sebastjan. It-temp din il- ġimgħa kien wieħed xemxi u sħun u għalhekk dan ikun iż- żmien għal dawn l-għaqdiet jibdew biex itellgħu l-aktar xogħol. L-ILLUM tkelmet ma' Sarah Camilleri li fil-ħin li fetħet il-bieb lil gazzetta kienet mitlufa taħdem. Hi spjegat bil-paċenzja kollha x-xogħol li jmur f 'sena ta' preparazz- jonijiet, il-ġimgħa tal-festa, x'se jkun qed jiġri din is-sena u aktar. F'dettall hi spjegat il-ġimgħa tal-festa li l-preparamenti għaliha jibdew minn ħafna qabel. "Kull għaqda tkun fuq xogħlha u kulħadd jagħmel il-parti tiegħu bħala familja bastjaniża," spjegat hi. Bħal kull avenniment u proġett ieħor, ix-xogħol ikun maq- sum skont il-ġranet. Camilleri qaltilna li f 'ċirkostanzi normali l-armar tal-festa jibda jinħareġ minn Mejju. Wara sena ta' prepa- ramenti, n-nar jibda jinħareġ wkoll. Fost il-preparamenti jkun hemm wkoll pjanar estensiv fuq il-programm vokali u strumentali li jinklu- di l-baned kif ukoll il-marċ. Sarah Camilleri qaltilna li l-ġimgħa tal-festa hi fejn jilħaq il-qofol ta' kollox, fejn dak kollu li jkun ġie maħsub u krejat jibda jseħħ realtà. Dan jinkludi wkoll ż-żgħażagħ li matul is-sena jkunu akkumulaw numru ta' ideat. Il-ġimgħa ddedikata għal San Sebastjan hi opportunità ta' ċelebrazzjoni għal kulħadd inkluż it-tfal. Dan għaliex it-Tlieta hu 'Jum it-Tfal' fil-festa Bastjaniża. Il-paroċċa tieħu ħsieb li torganizza quddiesa kif ukoll purċiss- joni mill-mużew tas-subien sal-Knisja bil-personaġġi li kienu l-iktar prominenti f 'ħajjet San Sebastjan. L-Erbgħa hi l-ġurnata li dawk il-kotba tal-ideat li ż-żgħażagħ Bastjaniżi jkunu ilhom jħarbbxu fihom jin- fetħu. Din il-ġurnata tkun iddedikata għal sorpriża preparata mill-Kumitat Żgħażagħ Bastjaniżi. Il-Ħamis jkun hemm il-programm tal-banda u l-Ġimgħa l-aħħar jum tat-tridu, f 'dan il-jum isir ukoll marċ bl-istatwa ta' San Sebastjan Rebbiegħ. Is- Sibt imbgħad ikun hemm t-translazzjoni u l-ħruq tan-nar. Sintendi filgħaxija jkun hemm ukoll l-is- petakklu tan-nar kemm tal-arja u tal-art. Il-Ħadd hi l-ġurna- ta fejn il-festa tilħaq il-quċċata tagħha. Bit-toroq armati, bil-banda fl-aħjar tagħha u għal-ħoss tal-murtali, jsir il- marċ il-kbir. Marċ fejn mhux biss il-membri jamiraw ix-xogħol li jkun għamlu iżda marċ fejn huma jiċċel- ebraw mal-partitarji, flimkien taħt baħar aħdar. Filgħaxija issir il-purċissjoni bl-istatwa tal-padrun. L-għada, it-Tnejn, "ma ninsewx ix-xalata. Tradizz- joni ta' hafna, fejn wara lejl ta' żarmar u tindif minn kull għaqda, jkun imiss it rilas- sament għall-organizzaturi u l-aħħar tgawdija għall-parti- tarji tal-festa". Il-festa ta' San Sebastjan tiġi ċċelebrata fit-tielet ġimgħa ta' Lulju. Din il-paroċċa għand- ha għaqda tal-banda waħda bl-isem ta' Soċjetà Filarmon- ika Pinto jew Banda San Sebastjan u fetħet fl-1862.