Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
17 letteratura illum • IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa Kevin Saliba jkompli jaqsam mal-qarrejja ħsibijietu dwar l-ilment illi ressaq m'ilux Alfred Sant lill-Kummissjoni Ewropea rigward ċerti regoli impliċiti li jrieġu l-Premju tal-Unjoni Ewropea għal-Letteratura (PUEL). Qabelxejn jikkummenta dwar il-korrispondenzi li kellu Sant mal-ġesturi tal-PUEL filwaqt li jevalwa l-kontenut politiku ta' wieħed mix-xogħlijiet letterarji esklużi mill-premju, voldieri l-ġabra ta' stejjer qosra Għall-Glorja tal-Patrija t'Alekx Farrugia. Jistaqsi wkoll sensiela ta' mistoqsijiet rigward x'jifred il-kitba partiġġjana minn dik politika u dwar ċerti kriterji oħrajn li jillimitaw il-parteċipazzjoni tal-awturi fil-PUEL. Saliba jtemm billi jistieden lil Alfred Sant jieħu nota tar-rimarki u tad- domandi mressqa minnu hawnhekk. il-premju. Lanqas dan il-kriterju ma jagħmel wisq sens, l-iżjed meta nqisu li mhux lakemm taqta' linja ċara bejn il-kittieba emerġenti u dawk li mhumiex. U wara kollox, għaliex premju letterarju suppost tant prestiġjuż bħal dan – almenu fil-prinċipju l-ogħla wieħed fil-livell Ewropew – għandu jkun aċċessibbli biss għall-awturi emerġenti? F'dar- rigward tista' ssir ukoll domanda oħra: ġaladarba kull pajjiż ikun eliġibbli għal dan il-premju kull tliet snin, x'sens jagħmel illi jitqiesu biss il-pubblikazzjonijiet li jkunu dehru fis-suq tul l-aħħar tmintax-il xahar? Mill-intervent ta' Marshall sirna nafu wkoll illi l-ġurija – abbli wkoll, biex jingħad kollox, f 'isem l-Akkademja tal-Malti li ħatritha – kienet ipprotestat mal-ġesturi tal-PUEL kontra l-esklużjoni tal- pubblikaturi politiċi iżda baqgħet ma ngħatat ebda palju. Tul dawn l-aħħar jiem saru wkoll diversi interventi u stqarrijiet siewja oħrajn, b'mod speċjali mid-diriġenza tas- Sensiela Kotba Soċjalisti u mill- awturi li ppubblikaw xi xogħlijiet magħhom fl-imgħoddi, fosthom sintendi Aleks Farrugia. Fl-istqarrija tagħha l-SKS ma naqsitx, fil-fehma tiegħi bir-raġun kollu, milli tistqarr id-diżapprovazzjoni tagħha dwar "il-mod żgarbat" li ttrattaw bih lil Farrugia. Ma qagħditx lura lanqas milli tirrimarka b'ċertu sodisfazzjon mistħoqq li minbarra materjal ta' propaganda politika tul is-snin ippubblikat ukoll xogħlijiet politiċi, ekonomiċi, soċjoloġiċi, edukattivi u storiċi kif ukoll – xejn u xejn inqas – rumanzi, novelli, drammi u traduzzjonijiet letterarji notevoli li llum saru magħduda bi klassiċi minn diversi kritiċi letterarji. Irrimarkat ukoll li d-deċiżjoni tal- PUEL tmur ukoll bil-kbir kontra ċerti valuri ewlenin tal-Unjoni Ewropea, fosthom it-trasparenza u n-non-diskriminazzjoni. Min jista' qatt ilum lill-SKS dwar dan kollu? Iżjed minn hekk, min qatt issa jista' tassew ilum lid-diriġenti tal-SKS dwar it-tħassib tagħhom li regola bħal din – iżjed u iżjed jekk għad tassew issir espliċita – kapaċi tikkawża telf liema bħalu fl-għadd ta' kittieba interessati li jippublikaw xogħolhom mad-dar ta' pubblikazzjoni tagħhom? Farrugia flimkien m'oħrajn f 'dawn l-aħħar jiem żiedu bosta rimarki validi ħafna. Il-kittieb milqut sostna li l-awturi għandhom il-jedd jagħżlu l-pubblikaturi tagħhom bla ebda interferenza. Saħaq tajjeb ħafna wkoll li wara kollox l-għażla tal-assoċjazzjoni, letterarja jew mhix, huwa dritt Ewropew fundamentali. Fil-każ speċifiku tiegħu – bħalma kont issupponejt jien u naqra l-ġabra Għall-Glorja tal-Patrija – spjega li huwa għażel proprju l-SKS – apposta b'mod mill-iktar konxju – għax kiteb appuntu fi tradizzjoni soċjopolitika partikulari li tmur lura sa Manwel Dimech u li SKS dejjem ħadmet biex tmexxiha 'l quddiem, sa mit-twaqqif tagħha minn Alfred Sant innifsu. Dan b'ebda mod jfisser illi fil-ġabra tiegħu hemm kontenut partiġġjan maħsub biex imexxi l-aġenda politika attwali, strettament fis-sens partiġġjan tal-kelma, ta' xi partit politiku. Jidhirli li dan tal-aħħar huwa argument b'saħħtu ħafna għax jekk xejn jenfasizza l-ħtieġa li jsiru ċerti distinzjonijiet meħtieġa: altru tressaq xi ktieb t'Emanuel Cuschieri jew ta' Lino Cassar u altru xogħol letterarju t'Alfred Sant jew ta' Aleks Farrugia. F'dar-rigward ir-raġuni ma teħtieġ ebda forza. Għaldaqstant ikun iżjed jagħmel sens illi d-deċiżuri tal-PUEL iqisu qabelxejn jekk it-testi mressqa lilhom, irrispettivament mill- pubblikatur, ikunux sempliċement eżerċizzji ta' propaganda iżjed milli jiddeċiedu li jiskwalifikaw ċumm bumm lill-pubblikaturi politiċi u mbagħad barra bid-daqq. X'ser jiġri, ngħidu aħna, jekk fl-edizzjoni tal-PUEL li jmiss xi awtur iressaq xogħol letterarju fittizju mitbugħ minn pubblikatur apolitiku dwar Daphne Caruana Galizia jew Glenn Bedingfield illi, akkont, fl-aħħar mill-aħħar ma jkun xejn għajr attakk bi skop partiġġjan kontra xi wieħed mill-partiti l-kbar? Jekk niġu f 'dan, rumanzi bħal Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi t'Alex Vella Gera u Kapitali ta' Wayne Flask – żewġ xogħlijiet letterarji li, bħar- rumanz Kissirtu Kullimkien ta' Lara Calleja wara kollox, fihom kontenut li jista' jitqies politiku – kienu jkunu jingħaddu b'eleġibbli skont dan il-kriterju? Xi ngħidu mela għall- ġabra ta' stejjer qosra L-Aqwa Żmien t'Immanuel Mifsud? X'qed infissru sewwasew bit-terminu "test politiku"? Fejn jintemm il- partiġġjan u fejn imbagħad jibda l-politiku? Fuq kollox, jista' xogħol letterarju ma jkunx b'xi mod jew ieħor politiku? Tajjeb illi ngħid ukoll – jekk xejn biex ma nagħti ebda nifs lil dawk illi forsi għandhom xi interess iħawdu l-imħuħ – illi la r-rimarki ta' dawn l-osservaturi u lanqas il-mistoqsijiet tiegħi m'għandhom bilfors xi għan illi jpoġġu f 'dubju serju l-kwalità tax- xogħlijiet letterarji magħżula mill- ġurija Maltija. Wisq inqas qegħdin nallegaw illi fil-livell nazzjonali seta' kien hemm xi "ħaġa tinten" bħal xi kunflitt ta' interess jew nuqqas gravi ta' professjonalità u trasparenza. Jekk niġu f 'dan, innotajt b'sodisfazzjon kbir illi ċerti awturi skwalifikati – b'mod partikulari Aleks Farrugia nnifsu u Loranne Vella li kellha titwarrab minħabba l-impjieg tagħha – bagħtu messaġġi t'awguri sew lil Lara Calleja u sew lil Joe Pace. Terġa' u tgħid, Calleja rrikonoxxiet b'mod pubbliku s-siwi tal-letteratura ta' Vella. Mhux li kien illi f 'sitwazzjonijiet bħal dawn – b'mod partikulari wara t-tħabbir tar-riżultati tal-PNK – dejjem jirrenja dan l-ispirtu ta' solidarjetà reċiproka minflok is-soliti gdiedem, lanżit, suppervji u paranoji fiergħa. Ta' min infakkar f 'dar-rigward illi r-raġuni għaliex sar tant ħoss kwantu l-esklużjoni ta' Farrugia – mentri it li xejn imbagħad fuq awturi mwarrba oħra – hija li l-iskwalifika ta' kittieba oħra bħal Gioele Galea u Clare Azzopardi almenu tajjeb jew ħażin filfatt ħarġet minn regoli miktuba u espliċiti mentri dik tiegħu ġiet iġġustifikata biss bi kriterju li teknikament ma jeżistix. U mhux li kien ukoll, bħalma diġà rrimarkajt qabel, illi Alfred Sant issa jieħu nota sħiħa tal- mistoqsijiet, tar-rimarki u tal-argumenti kollha mressqa hawnhekk minni. Tkun tassew ħasra li dawn jibqgħu biss kummenti mistura fid- diskussjonijiet fuq il-midja soċjali, iżjed u iżjed issa li donnu nfetaħ spazju biex issir laqgħa – nisperaw mhux biss ċerimonjali – rigward ir-regoli aġġudikattivi li jrieġu l-PUEL. Ikun tajjeb ukoll illi ma ninsewx – kif fakkar kemm-il darba dan l-aħħar il-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri – illi dan kollu jkun diskuss bis-sħiħ minn kull parti interessata matul il- Kungress Nazzjonali tal-Kittieba 2021 fid-29 ta' Mejju. Ittra 3 Alekx Farrugia