Illum previous editions

ILLUM 16 May 2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 27

Quo Vadis? I l-ħajja politika hija waħda ta' missjoni u dedikazzjoni, triq li wieħed jaqbad għax veru jkun irid iservi u jaħdem għall-ġid ta' pajjiżu. Pero' mhux dejjem faċli tiem kif wieħed ikun qed jagħmel dan, speċjal- ment meta tikkunsidra kemm ikun qiegħed jaħdem bla heda biex jara lil pajjiżu jkun attak- kat kontinwament, f 'kull ċans li jkollu, u anke jekk ma jkunx jeżisti ċ-ċans jara kif ser joħolqu. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, qiegħda dejjem toħroġ aktar ċara d-differenza bejn min qed ikun ta' disservizz għal pajjiżu u min qed jaħdem bla heda biex jagħmel riformi li kienu ilhom tant fuq l-ixkaffa u jara li bħala nazzjon nimxu 'l quddiem u nissaħħu. F'dawn l-aħħar snin, l-establishment Nazzjonalista għamel minn kollox biex jorkestra attakk wara ieħor fuq pajjiżna, biex jipprova jkisser lill-Gvern Laburista. Kien hemm minn dawk l-anġli tal-paċi li jkunu qed jimmarċjaw mar-Repubblika li saħansitra bdew jitolbu li tolqot riċessjoni qawwija lil pajjiżna fil-pandemija, u qaluha pubblikament, ħalli jkollhom biex jattakkaw lil Gvern. Pero' aħna naraw ukoll ta' kuljum il-ħsara kbira li l-Partit Nazzjonalista qed jaħdem biex jagħmel lil pajjiżna. Il-Parlament Ewropew spiċċa l-playground ta' Metsola, Casa u Simon Busuttil, jogħxew iħufu fil-kurituri jxewxu kontra pajjiżna u jfittxu kull opportunità biex mal-ewwel ċans li jiġi jimbuttaw għal xi dibattitu jew xi reżoluzzjoni mimlija nofs veritajiet, mibgħeda u gideb. L-hena tagħhom idawwru l-messaġġi politiċi moqżieża tagħhom minn taħt u jaraw kif ser isibu lil xi ħadd ikun lest jagħmillhom id-dirty work. Id-dibattitu u r-riżoluzzjoni li mbuttaw ix-xahar li għadda ma kinux biżżejjed, issa qed jagħmlu aktar mossi biex ikomplu jmexxu l-attakki tagħhom, din id-darba b'attakk dirett fuq il-fondi Ewropej li Malta tirċievi. Bid-disperazzjoni li għandhom, minkejja li ma hemm l-ebda allegazzjonijiet ta' dan it-tip, il-Grupp tal-Popolari li għandu lil Simon Busuttil bħala Segretarju Ġenerali, flimkien ma' Grupp tar-Renew Europe, qegħdin jitolbu li jsir dibattitu fl-aħħar ta' dan ix-xahar dwar kif il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia jista' jkun marbut ma' xi miżapproprjazzjoni ta' fondi Ewropej, għalkemm ħadd ma jista' jiem x'inhi l-konnessjoni u x'bażi hemm għal din l-allegazzjoni. Dan naturalment ġie opponut mill-kollegi tagħna mill-Grupp tas-Soċjalisti għaliex minn huwa naturali li wieħed jistaqsi għalfejn hemm bżonn dibattitu ieħor meta sar wieħed inqas minn xahar ilu. Wara dan kollu hemm żewġ raġunijiet. Il-Partit li qiegħed jiggverna bħalissa fir-Repubblika Ċeka, li jifforma parti mill- Grupp Renew Europe, għandu fuq rasu akkużi serji ħafna li ilhom għaddejjin is-snin dwar użu ħażin ta' fondi Ewropej, u għaldaqstant, bid-dawl ikrah li diġà rnexxilhom jitfgħu fuq pajjiżna l-klikka ta' Busuttil u l-Grupp tal-Popolari, irid idaħħal lil Malta fil-kredu sabiex iċ-Ċeki ma jkunux waħedhom u jiddevjaw l-attenzjoni minn fuqhom, minkejja li pajjiżna qatt ma kellu akkużi ta' dan it-tip. Naturalment, il-Grupp tal-Popolari ħataf din l-opportunità u appoġġja din il-manuvra, b'attentat ieħor biex ikompli jattakka lill-Gvern Laburista, u agħar minn hekk, għaliex bħalissa huwa żmien kruċjali ħafna għal pajjiżna biex jikseb il-fondi li huma dovuti u li nnegozja tant b'għaqal il-Gvern matul is-sena li għaddiet, sabiex jibda t-triq ta' rkurpru ekonomiku b'saħħtu. Dan huwa s-servizz li qed jagħtu għal pajjiżna l-Membri Parlamentari Ewropej Nazzjonalisti, Simon Busuttil u sħabhom. U jien nistaqsi, fejn iridu jaslu dawn in-nies? Sinċerament hawn xi ħadd jemmen li dawn l-affarijiet jiġru b'kumbinazzjoni u li mhemmx l-orkestrazzjoni u l-id "moħbija" tal-establishment tal-Partit Nazzjonalista warajhom? Kulħadd għandu moħħ biex jixtarr u janalizza dawn il- manuvri f 'kuntest politiku. Min kien jaħseb li n-nies ma tiimx, jew li n-nies ma tafx tiżen u tiddeċiedi, għadu jemmen l-istess u għadu bl-istess mentalità li x-xogħol tal-oppożizzjoni hu li tkisser lill-Gvern tal-ġurnata. Jinfaqgħu kemm jinfaqgħu bżieżaq f 'wiċċhom, l-istess jibqgħu. Rajna dil-ġimgħa stess li wara li l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea l-ġimgħa l-oħra tat ir- raġun lill-Gvern Malti fil-każ tal- ħatriet tal-ġudikatura li mexxew 'il quddiem u tant ippuppaw fil-Qorti Simon Busuttil, Manuel Delia, Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia, issa l-għaqda Repubblika rtirat il-każ, u b'arroganza riedet ukoll tipprova xxejjer il-bandiera tar- rebħa! In-nies trid partiti politiċi li kapaċi joffru alternattiva għall- Gvern tal-ġurnata, partiti ta' stoffa li kapaċi jiffukaw fuq il-ġid komuni u mhux jintilfu fil-logħob maħmuġ u l-partiġġjaniżmu. Sfortunatament għadna ferm 'il bogħod minn dan, u huwa ta' detriment kbir għad-demokrazija ta' pajjiżna li għadna fejn konna, anke issa wara li għaddew tmien snin minn fuq Gvern Laburista u wara numru ta' rebħiet elettorali kbar. Alex Agius Saliba 19 opinjoni illum • IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 Alex Agius Saliba huwa Ewroparlamentari tal-Partit Laburista Il-Parlament Ewropew spiċċa l-playground ta' Metsola, Casa u Simon Busuttil, jogħxew iħufu fil-kurituri jxewxu kontra pajjiżna u jfittxu kull opportunità biex mal-ewwel ċans li jiġi jimbuttaw għal xi dibattitu jew xi reżoluzzjoni mimlija nofs veritajiet, mibgħeda u gideb

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 May 2021