Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1372543
05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 16 TA' MEJJU 2021 George Hyzler L-ADPD favur l-abort f'każi ta' abbuż u vjolenza, ħajja ipperikolata jew 'tqala mhux vijabbli' Il-Partit ADPD approva riżoluzzjoni biex jappoġja d-dikriminalizzazzjoni tal-Abort, permezz ta' mozzjoni ppreżentata mid-Deputat Marlene Farrugia din il-ġimgħa. Il-Kumitat Eżekuttiv tal- ADPD qed jappoġġja dan il-pass, fid-dawl tal-fatt li l-liġi Maltija għadha tpoġġi mara li tagħmel abort fir-riskju ta' tliet snin ħabs. Filwaqt li r-riżoluzzjoni tal-ADPD tisħaq li l-abort "m'għandux ikun normalizzat, xorta għandu jkun limitat għal ċirkostanzi speċifiċi u straordinarji." It-tliet ċirkostanzi illi fihom l-ADPD tħoss li l-abort huwa ġustifikat huma: Meta l-ħajja ta' mara tqila tkun ipperikolata, meta t-tqala tkun riżultat ta' vjolenza u abbuż - bħal inċest u stupru - u meta mara tkun iffaċċjata bi tqala li mhijiex vijabbli. "Il-leġiżlazzjoni Maltija fuq l-abort mhix xierqa u hemm bżonn li tiġi riformata wara aktar minn 160 sena. Hemm bżonn li tiġi aġġornata mal-progress mediku u xjentifiku ta' matul is-snin," tgħid ir-riżoluzzjoni. Din ir-riżoluzzjoni allura ttemm 30 sena illi matulhom l-Alternattiva Demokratika dejjem kellha pożizzjoni kontra l-abort, kuntrarjament għal partiti Ħodor madwar l-Unjoni Ewropea. "Hija riżultat ta' dibattitu intern li ilu għaddej tliet snin," qal Carmel Cacopardo. Huwa sostna li hemm bżonn urġenti "għal aktar emfasi fuq edukazzjoni riproduttiva u sesswali f 'kull livell ta' strutturi edukattivi. " Arnold Cassola kien irreżenja mill-AD propju fuq din il-kwistjoni, wara li l-kandidat tal-AD għall- elezzjoni tal-Parlament Ewropew esprimiet ruħha favur diskussjoni dwar l-abort. Intant jidher li l-mozzjoni ta' Marlene Farrugia se jkollha ħajja qasira ħafna, hekk kif kemm il-Partit Nazzjonalista u anke l-Partit Laburista ma qablux magħha u allura it hemm ċans li tmur fuq l-aġenda tal-Parlament. Filwaqt li l-PN - permezz tal-Kap Bernard Grech - sostna li l-PN huwa kontra l-abort, il-Partit Laburista fakkar li l-pożizzjoni tal-PM dejjem kienet ċara, kontra l-abort. Minkejja dan il-Partit Laburista qal li l-Prim Ministru se jkompli jsegwi d-diskussjoni lilhinn mill-mozzjoni ta' Farrugia li qal illi toħnoq dan l-istess dibattitu. 'Kunu leali lejn il-poplu - favur il-ħajja mhux il-mewt' - Fondazzjoni Life Il-Fondazzjoni Life Network fi stqarrija appella lid-deputati kollha fil-Kamra tad-Deputati sabiex jibqgħu leali lejn il- principji tagħhom "u lejn il-mandat li tahom il-poplu, u jagħżlu l-ħajja u mhux il- mewt." Il-Fondazzjoni nnutat kif sa issa ħarġu żewġ dikjarazzjonijiet mill- partiti politiċi. "Id-dikjarazzjoni tal-PN hija ċara u kontra d-dekriminalizzazjoni tal-abort. Il-PL, filwaqt li jtenni li huwa favur il-ħajja u kontra l-abort, ma jagħmilx dikjarazzjoni kontra d-dekriminalizazzjoni tiegħu. Nittamaw li fil-jiem li ġejjin tali dikjarazzjonijiet joħorġu aktar ċari fl-interess tal-protezzjoni tat-trabi fil-ġuf," sostniet il- Fondazzjoni fi stqarrija. Il-Fondazzjoni Life Network għamlet appell lill- mexxejja ta' pajjiżna kontra d-dekriminalizazzjoni tal- abort. "Appell sabiex inkomplu nipproteġu l-ħajja, niġġieldu kontra kull thedida kontra l-ħajja umana, u wegħda li nkomplu noffru u nżidu s-servizzi tagħna sabiex nisa tqal isibu kull għajnuna. Irridu nkunu hemm ghall-ommijiet tul it-tqala u wara, sakemm ikun hemm il-bżonn." Huma qalu illi l-mozzjoni tad- Deputata Marlene Farrugia ma hu xejn "ħlief tentattiv sabiex jiġi introdott u pprattikat l-abort f ' Malta u b'hekk kull tqala tkun tista' tigi mwaqqfa minn omm jew professjonist mediku, u t-tarbija f 'ġua meqruda." Il-Fondazzjoni temmet tgħid li d-dikriminalizzazzjoni tal-abort iwassal mhux biss li l-abort ma jibqax jitqies bħala reat kriminali "imma li ma jkunx regolat u faċilment iwassal għall-abbuż għax isir permissibbli (a) f 'kull stadju tat-tqala anki lejliet it- twelid u (b) f 'kull ċirkostanza."